This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999R2335
Commission Regulation (EC) No 2335/1999 of 3 November 1999 laying down marketing standards for peaches and nectarines
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2335/1999 tat-3 ta’ Novembru 1999 li jippreskrivi standards ta’ marketing għal ħawħ u ċiprisk
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2335/1999 tat-3 ta’ Novembru 1999 li jippreskrivi standards ta’ marketing għal ħawħ u ċiprisk
ĠU L 281, 4.11.1999, p. 11–15
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2005; Imħassar b' 32004R1861
Official Journal L 281 , 04/11/1999 P. 0011 - 0015
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2335/1999 tat-3 ta’ Novembru 1999 li jippreskrivi standards ta’ marketing għal ħawħ u ċiprisk IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq ta’ frott u ħaxix [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu, Billi: (1) ħawħ u ċiprisk huma fost il-prodotti elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2200/96 li għalihom għandhom ikunu adottati livelli; għandhom isiru ħafna emendi għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3596/90 tat-12 ta’ Diċembru 1990 li jippreskrivi livelli ta’ kwalità għal ħawħ u ċiprisk [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 888/97 [4]. Sabiex tkun żgurata ċarezza legali, r-Regolament (KEE) Nru 3596/90 għandu jkun imħassar u r-regoli ta’ ġewwa fih impoġġija mill-ġdid. Għal dak il-għan u fl-interessi sabiex tkun miżmuma trasparenza fis-suq dinji, għandu jingħata każ tal-livell tal-ħawħ u ċipresk rakkommandat mill-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Konformità ta’ Prodotti li Jittieklu u Żvilupp ta’ Kwalità tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (NU/KEE); (2) il-livelli għal ħawħ u ċipreski jipprovdu għal l-obbligazzjoni sabiex ikun hemm konformità ma’ skala ta’ daqs; skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1169/93 [5], daqs D hu awtorizzat biss matul il-perijodu mill-bidu tas-sena ta’ marketing sat-30 ta’ Ġunju sabiex varjetajiet bikrija ta’ frott żgħir jitħalla jkunu marketed waqt li fl-istess ħin, ma jitħallewx ikunu marketed wara l-1 ta’ Lulju ta’ varjetajiet waħħarija ta’ ħawħ u ċiprisk ta’ daqs D, li huma akbar meta jkunu misjura; m’hemmx bżonn li din ir-restrizzjoni tkun estiża aktar ‘l hemm mill-perijodu ta’ suq għal ħawħ u ċiprisk tal-Komunità; (3) is-suq ta’ ħawħ u ċiprisk frisk, b’mod partikolari fil-fażi ta’ l-imnut, jkun jiddependi ħafna fuq il-kwalità organoleptika ta’ dawn il-prodotti, li tista’ tvarja konsiderevolment. Id-ditta għandha għalhekk titħalla tindika fuq l-ippakkettjar il-valuri minimi u massimi għal kriterji ta’ maturità essenzjali sabiex konsumaturi jkollhom libertà ta’ għażla fix-xiri ta’ frott ta’ kwalità organoleptika ottimali; (4) l-applikar ta’ dawn il-livelli għandu jagħmel li prodotti ta’ kwalità mhux sodisfaċjenti jitneħħew mis-suq, bil-produzzjoni ssir konformi mal-ħtiġijiet tal-konsumatur u jkunu ffaċilitati relazzjonijiet ta’ negozju bbażati fuq kompetizzjoni ġusta, b’hekk tkun megħjuna l-profittabilità ta’ produzzjoni; (5) il-livelli japplikaw għall-fażijiet ta’ suq kollha. Trasport ta’ distanzi twal, ħażna għal ċertu perijodu u l-varji proċessi li l-prodotti jgħaddu minnhom jistgħu jikkawżaw alterazzjonijiet għall-iżvilupp bijoloġiku tal-prodotti jew għan-natura tagħhom li relattivament tispiċċa malajr. Għandu jingħata każ ta’ tali deterjorazzjoni meta jkunu applikati l-livelli fil-fażijiet ta’ suq li jsegwu d-dispaċċ. Minħabba li prodotti fil-klassi "Extra" għandhom ikunu mqassma u ppakkjati b’kura partikolari, għandu jingħata każ ta’nuqqas ta’ freskezza u nfieħ biss fil-każ tagħhom; (6) il-miżuri li għalihom hemm provdut f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni dwar Frott u Ħaxix, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-livelli ta’ suq li għandhom x’jaqsmu ma’ ħawħ u ċiprisk li huma skond il-kodiċi KN 080930 għandhom ikunu kif murija fl-Anness ma’ dan. Dan il-livell għandu japplika għall-fażijiet kollha ta’ suq, skond il-kundizzjonijiet iddettati fir-Regolament (KE) Nru 2200/96. Iżda, f’fażijiet ta’ wara d-dispaċċ, il-prodotti jistgħu juru f’dak li għandu x’jaqsam mad- dispożizzjonijiet tal-livell: - nuqqas żgħir ta’ freskezza u nfieħ, - għal prodotti kklassifikati f’klassijiet minbarra l-klassi "Extra", deterjorazzjoni żgħira minħabba l-iżvilupp tagħhom u t-tendenza tagħhom li jmorru malajr. Artikolu 2 Ir-Regolament (KEE) Nru 3596/90 hu minn issa mneħħi. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mill-ewwel ġurnata tax-xahar ta’ wara dik ta’ dħul fis-seħħ tiegħu. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-3 ta’ Novembru 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1. [2] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80. [3] ĠU L 350, ta’ l-14.12.1990, p. 38. [4] ĠU L 126, tas-17.5.1997, p. 11. [5] ĠU L 118, ta’ l-14.5.1993, p. 22. -------------------------------------------------- L-ANNESS LIVELL TA’ SUQ GĦAL ĦAWĦ U ĊIPRESK I. DEFINIZZJONI TA’ PRODOTT Dan il-livell japplika għal ħawħ u ċipresk [1] mkabbra minn varjetajiet (kultivar) ta’ Prunus persica Sieb. u Zucc., li għandhom jingħataw friski lill-konsumatur, ħawħ u ċipresk għal ipproċessar industrijali jkunu esklużi. II. DISPOSIZZJONIJIET LI GĦANDHOM X’JAQSMU MA’ KWALITà L-għan tal-livell hu sabiex jiddeffinixxi l-ħtiġijiet ta’ kwalità għal ħawħ u ċipresk wara l-preparazzjoni u ppakkjar. A. Ħtiġijiet minimi Fil-klassijiet kollha, soġġetti għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, ħawħ u ċipresk għandhom ikunu: - intatti, - ta’ kwalità tajba; prodott affettwat mit-tħassir jew deterjorazzjoni sabiex ma jkunx tajjeb biex jittiekel hu eskluż, - nodfa, prattikament mingħajr kull materja barranija li tidher, - prattikament mingħajr parassiti, - prattikament mingħajr ħsara kkawżata minn parassiti, - mingħajr umdità minn barra mhux normali, - mingħajr ebda riħa u/jew togħma barranija. Ħawħ u ċipresk għandhom ikunu maqtugħa b’attenzjoni. L-żvilupp u l-istat ta’ sajran ta’ ħawħ u ċipresk għandhom ikunu tali sabiex ikunu jistgħu: - jifilħu għat-trasport u l-immaniġjar, u - jaslu f’kundizzjoni sodisfaċjenti fil-post ta’ destinazzjoni. B. Klassifikazzjoni Ħawħ u ċipresk huma kklassifikati fi tlett klassijiet kif imfissra taħt: (i) Klassi "Extra" Ħawħ u ċipresk f’din il-klassi għandhom ikunu ta’ kwalita superjuri. Fil-forma, żvilupp u kulur għandhom ikunu tipiċi tal-varjetà b’konsiderazzjoni għad-distrett li fih ikunu imkabbra. Għandhom ikunu mingħajr difetti bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali żgħar ħafna, sakemm dawn ma jaffettwawx l-apparenza ġenerali tal-prodott, il-kwalità, iż-żamma ta’ kwalità tiegħu w il-preżentazzjoni tiegħu fil-pakkett. (ii) Klassi I Ħawħ u ċipresk f’din il-klassi għandhom ikunu ta’ kwalità tajba. Għandhom ikunu karatteristiċi tal-varjetà b’konsiderazzjoni għad-distrett li fih ikunu imkabbra. Iżda, difett żgħir fil-forma, żvilupp jew kulur jista’ jitħalla. Il-frotta għandha tkun bla mittiefsa. Ħawħ u ċipresk maqsuma minn fejn iz-zokk ikun magħqud mal-frotta għandhom ikunu mwarrba. Difetti żgħar fil-qoxra, iżda, jistgħu jitħallew sakemm dawn ma jaffettwawx l-apparenza ġenerali tal-prodott, il-kwalità, iż-żamma ta’ kwalità tiegħu w il-preżentazzjoni tiegħu fil-pakkett u li ma jaqbżux: - 1 ċm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija, - 0.5 ċm2 f’żona totali għal difetti oħra. (iii) Klassi II Din il-klassi tinkludi ħawħ u ċipresk li ma jikwalifikawx biex jidħhlu fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfaw il-ħtiġijiet minimi speċifikati fuq. Il-frotta m’għandhiex ikollha difetti serji. Frott maqsum minn fejn iz-zokk ikun magħqud mal-frotta huma permessi biss b’konnessjoni ma’ tolleranzi ta’ kwalità. Id-difetti segwenti fil-qoxra jistgħu jitħallew sakemm il-ħawħ u ċipresk iħommu il-karatteristiċi essenzjali tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwalità, żamma ta’ kwalità u preżentazzjoni u ma jaqbżux: - 2 ċm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija, - 1.5 ċm2 f’żona totali għal difetti oħra. III. DISPOSIZZJONIJIET LI GĦANDHOM X’JAQSMU MA’ DAQS Id-daqs jiġi stabbilit b’: - ċirkumferenza, jew - dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali. Ħawh u ċipresk għandhom ikunu mqassma skond l-iskala segwenti: Dijametru | Daqs (kodiċi) | ċirkumferenza | 90 mm u ' l fuq | AAAA | 28 cm u 'l fuq | 80 mm u 'l fuq iżda taħt 90 mm | AAA | 25 cm u 'l fuq iżda taħt 28 cm | 73 mm u 'l fuq iżda taħt 80 mm | AA | 23 cm u 'l fuq iżda taħt 25 cm | 67 mm u 'l fuq iżda taħt 73 mm | A | 21 cm u 'l fuq iżda taħt 23 cm | 61 mm u 'l fuq iżda taħt 67 mm | B | 19 cm u 'l fuq iżda taħt 21 cm | 56 mm u 'l fuq iżda taħt 61 mm | C | 17.5 cm u 'l fuq iżda taħt19 cm | 51 mm u 'l fuq iżda taħt 56 mm | D | 16 cm u 'l fuq iżda taħt 17.5 cm | Id-daqs minimu permess ghall-klassi "Extra" huwa ta’ 17,5 ċm (ċirkumferenza) jew 56 mm (dijametru). Daqs D (51 mm jew iżjed iżda inqas minn 56 mm ta’ dijametru jew 16 ċm u iżjed iżda inqas minn 17,5 ċm ċirkumferenza) mhux permess fil-perijodu bejn l-1 ta’ Lulju to l-31 ta’ Ottubru. Għandu jingħata daqs f’kull klassi. IV. DISPOSIZZJONIJIET LI GĦANDHOM X’JAQSMU MA’ TOLLERANZI Tolleranzi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwalità u daqs għandu jkun permess f’kull pakkett għal prodott li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet għall-klassi murija huma kif segwit: A. Tolleranzi fil-kwalità (i) Klassi "Extra" 5 % tan-numru jew piż ta’ ħawħ jew ċiprisk li ma jissodisfawx il-ħtiġijiet tal-klassi, iżda li jissodisfaw dawk ta’ klassi I, jew, eċċezzjonalment, li huma skond it-tolleranzi ta’ dik il-klassi. (ii) Klassi I 10 % tan-numru jew piż ta’ ħawħ jew ċiprisk li ma jissodisfawx il-ħtiġijiet tal-klassi, iżda li jissodisfaw dawk ta’ klassi II, jew, eċċezzjonalment, li huma skond it-tolleranzi għal dik il-klassi. (iii) Klassi II 10 % tan-numru jew piż ta’ ħawħ jew ċiprisk li ma jissodisfawx la l-ħtiġijit tal-klassi u lanqas il-ħtiġijiet minimi, b’l-eċċezzjoni ta’ frott li qed jiħżien, imbenġel sew jew kull deterjorazzjoni oħra li tagħmlu mhux tajjeb għall-kunsum. B. Tolleranzi fid-daqs Għall-klassijiet kollha, 10 % tan-numru jew piż ta’ ħawħ jew ċiprisk sa mhux aktar minn 1 ċm aktar jew inqas mid-daqs iddikjarat fuq il-pakkett fil-każ ta’ kejl b’ċirkomferenza u sa mhux aktar minn 3mm aktar jew anqas fil-każ ta’ kejl b’dijametru. Iżda, għal frott fl-iżgħar daqs, din it-tolleranza għandha tapplika biss għal ħawħ jew ċiprosk ta’ daqs iżgħar b’mhux aktar minn 6mm (ċirkumferenza) jew 2mm (dijametru) mid-daqs minimu speċifikat. V. DISPOSIZZJONIJIET LI GĦANDHOM X’JAQSMU MA’ PREŻENTAZZJONI A. Uniformità Il-kontenut ta’ kull pakkett għandu jkun uniformi u jkun fin biss ħawħ jew ċiprisk ta’ l-istess oriġini, varjetà, kwalità, grad ta’ sajran u daqs, u għall-klassi "Extra", il-kontenut għandu jkun uniformi fil-kulur. Il-parti li tidher tal-kontenut ta’ kull pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu. B. Ippakkettjar Il-ħawħ u ċiprisk għandhom ikunu ppakkjati b’tali mod li jipproteġi l-prodott b’mod xieraq. Il-materjali wżati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu ġodda, nodfa u ta’ kwalità sabiex ikun evitat li jikkawża ħsara esterni jew interni għall-prodott. L-użu ta’ materjali, partikolarment ta’ karta jew timbri li juru speċifikazzjonijiet ta’ negozju hu permess sakemm l-istampar jew tikkettjar jkun sar b’inka jew kolla mhux tossika Pakketti għandhom ikunu mingħajr kull materjal barrani. Ċ. Preżentazzjoni Il-ħawħ u ċiprisk għandhom ikunu ppreżentati: - f’pakketti ta’ wieħed żgħar, - f’faxx wieħed, fil-każ ta’ klassi "Extra"; kull frotta ndividwali f’din il-klassi għandha tkun isseparata minn dawk ta’ madwarha. Fi klassijiet I u II: - f’faxx wieħed jew tnejn, jew - f’mhux aktar minn erba’ safef meta l-frott ikun mqiegħed f’riċipjenti riġidi rranġati b’tali mod li ma jserrħux fuq il-bqija tal-frott fil-faxx immedjat ta’ taħthom. VI. DISPOSIZZJONIJIET LI GĦANDHOM X’JAQSMU MA’ MMARKAR Kull pakkett għandu juri d-dettalji segwenti f’ittri ggruppjati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqraw u li ma jittieklux u li jidhru minn barra: A. Identifikazzjoni "Min ippakkja u/jew min bagħat il-pakkett": isem u ndirizz jew kodiċi maħruġa b’mod uffiċjali jew aċċettata. Iżda, fil-każ fejn tkun wżata kodiċi ta’ marka, r-riferenza "Min ippakkja u/jew min bagħat il-pakkett" (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti) għandha tkun murija b’konnessjoni mill-qrib mal-kodiċi ta’ marka. B. Natura tal-prodott - "ħawħ" jew "ċiprisk", jekk il-kontenut ma jkunx jidher minn barra, - isem tal-varjetà għal klassijiet "Extra" u I. Ċ. Origini tal-prodott Pajjiż ta’ oriġini u, tista’ tagħżlu jew le, d-distrett fejn imkabbar, jew isem nazzjonali, reġjonali jew tal-post lokali. D. Speċifikazzjonijiet Kummerċjali - klassi, - daqs imfissra f’dijametri minimi u massimi jew ċirkumferenzi minimi u massimi jew skond il-kodiċi preskritta fit-Taqsima III "Dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ daqs", - numru ta’ unità (tista’ tagħżlu jew le), - kontenut minimu ta’ zokkor, imkejjel b’refrattrometru u mfisser fi gradi ta’ Brix (tista’ tagħżlu jew le), - fermezza massima, mkejjla b’penetrometer u mfissra f’ kg/0,5 ċm2 (tista’ tagħżilha jew le), E. Marka ta’ kontroll uffiċjali (tista’ tagħżilha jew le). [1] Dan it-test japplika għall-varjetajiet kollha mkabbra minn Prunus persica Sieb. u Zucc., kemm jekk inhuma ħawħ jew ċiprisk jew simili b’għadma fihom (ħawħ Franċiż) jew mingħajr għadam u b’qoxra lixxa jew raffa. --------------------------------------------------