EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R1493

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid

ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1–84 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2008; Imħassar b' 32008R0479

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/1493/oj

31999R1493



Official Journal L 179 , 14/07/1999 P. 0001 - 0084


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999

tas-17 ta' Mejju 1999

dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [4],

Billi:

(1) L-operazzjoni u l-iżvilupp tas-suq komuni fi prodotti agrikoli għandu jkun akkumpanjat bl-iżvilupp ta' strateġija agrikola komuni li għandha tinkludi b'mod partikolari organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli li jistgħu jieħdu diversi forom skond il-prodott;

(2) L-iskop ta' l-istrateġija agrikola komuni hu li jinkisbu l-obbjettivi stabbiliti fl-Artikolu 33 tat-trattat u b'mod partikolari, fis-settur ta' l-inbid, sabiex jiġu stabbilizzati l-iswieq u sabiex ikun assigurat il-livell tal-ħajja ġusta għall-Komunità agrikola konċernata; dawn l-obbjettivi jistgħu jinkisbu billi r-risorsi jkunu aġġustati għall-bżonnijiet, b'mod partikolari billi tkun segwita l-istrateġija għall-addattazzjoni potenzjali tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid u l-istrateġija ta' kwalità;

(3) Il-qafas eżistenti ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid kienet ġiet stabbilita bir-Regolament (KEE) Nru 822/87 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1627/98 [6]; fid-dwal ta' l-esperjenza jkun xieraq jekk dan jiġi mibdul sabiex tkun indirizzata s-sitwazzjoni preżenti fis-settur ta' l-inbid, li hija karatterizzata mill-fatt li, waqt li l-eċċess strutturali huwa anqas frekwenti, eċċess fuq bażi multi-annwali għadu possibbli, b'danakollu, partikolarment minħabba l-potenzjal inerenti tas-settur għal ċaqlieq drammatiku fil-produzzjoni minn ħsad wieħed għal dak ta' wara;

(4) L-implimentazzjoni tal-ftehim fl-Uruguay Round ta' l-1995 irriżulta f'suq Komunitarju aktar miftuħ fejn miżuri ta' intervenzjoni tradizzjonali tilfu ħafna mill-impatt potenzjali tagħhom, u fejn hemm anqas skop għal esportazzjoni ssusidjati, li jfisser li produtturi Komunitarji għandhom bżonn itejbu il-kompetittività tagħhom; il-maġġoranza ta' l-esportazzjoni diġà qegħdin iseħħu mingħajr sussidju;

(5) L-aktar problema sinifikanti tas-suq li preżentement jiffaċċjaw ċerti partijiet tas-settur Komunitarju ta' l-inbid hija l-kapaċità limitata tagħhom li jaddattaw malajr biżżejjed għal bidliet kompetittivi kemm fis-suq intern kif ukoll dak estern; l-organizzazzjoni komuni eżistenti tas-suq ma rnexxilhiex toffri soluzzjonijiet għal żoni ta' fejn jitkabbru d-dwieli fejn il-produzzjoni tidher b'mod ċar li mhux kapaċi ssib suq remunerattiv; ma kienx hemm biżżejjed flessibbiltà għal dawk ir-reġjuni bi swieq li qegħdin jespandu sabiex jitħalla skop għall-iżvilupp;

(6) Fl-1994 il-Kummissjoni ppreżentat proposta għar-riforma ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid li ma kinitx, b'danakollu, adottata; il-qagħda fis-suq inbidlet minn meta kienet saret dik il-proposta;

(7) Għandu għalhekk ikun hemm riforma ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid sabiex tiġi ggarantita l-flessibbiltà neċessarja sabiex din taddatta mingħajr skossi għal żviluppi ġodda b'dawn l-iskopijiet ġenerali: li jinżamm bilanċ imtejjeb bejn il-provvista u d-domanda fis-suq Komunitarju; li s-settur ikun jista' jsir aktar kompetittiv f'termini aktar fit-tul; li tiġi eliminata d-disponibbiltà ta' intervenzjoni bħala żbokk artifiċjali għall-produzzjoni żejda; li jingħata appoġġ lis-suq ta' l-inbid u b'hekk tiġi ffaċilitata l-kontinwazzjoni ta' provvisti ta' distillati ta' l-inbid lejn dawk il-partijiet tas-settur ta' l-alkoħol potabbli li tradizzjonalment jużaw dak l-alkoħol; li tiġi akkomodata d-diversità reġjonali; li jiġi formalizzat ir-rwol ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi u organizzazzjonijiet settorali;

(8) Ir-Regolament (KEE) Nru 822/87 kien ġie ssupplimentat u implimentat mir-Regolamenti (KEE) Nru 346/79 [7], (KEE) Nru 351/79 [8], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1029/91 [9], (KEE) Nru 460/79 [10], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 3805/85 [11], (KEE) Nru 465/80 [12], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1597/83 [13], (KEE) Nru 457/80 [14], (KEE) Nru 458/80 [15], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 596/91 [16], (KEE) Nru 1873/84 [17], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2612/97 [18], (KEE) Nru 895/85 [19], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 [20], (KEE) Nru 823/87 [21], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru1426/96 [22], (KEE) Nru 1442/88 [23], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 859/199 [24], (KEE) Nru 3877/88 [25], (KEE) Nru 4252/88 [26], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1629/98 [27], (KEE) Nru 2046/89 [28], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2468/96 [29], (KEE) Nru 2048/89 [30], (KEE) Nru 2389/89 [31], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2088/97 [32], (KEE) Nru 2390/89 [33], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2611/97 [34], (KEE) Nru 2391/89 [35], (KEE) Nru 2392/89 [36], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1427/96 [37], (KEE) Nru 3677/89 [38], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2796/94 [39], (KEE) Nru 3895/91 [40], (KEE) Nru 2332/92 [41], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1692/98 u (KEE) Nru 2333/92 [42], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1429/96 [43]; dawk ir-Regolamenti kienu ġew emendati sotanzjalment bosta drabi; billi jenħtieġ li jsiru emendi ulterjuri, dawn għandhom fl-interess tal-kjarezza jerġgħu jinkitbu, f'test wieħed;

(9) Ir-Regolament (KEE) Nru 822/87 għamel provvediment biex il-Kunsill jistabbilixxi regoli ġenerali għall-applikazzjoni tiegħu; dan ħoloq struttura kumplessa ta' livelli ta' leġislazzjoni; ir-Regolamenti hawn fuq imsemmija fihom ammont kbir ta' dettalji tekniċi li kienu jenħtieġu emendi ta' spissi; dan ir-Regolament għandu għalhekk, b'mod ġenerali, ikun fih l-istruzzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tiegħu; il-Kunsill għandu jikkonferixxi l-poteri implimentattivi neċessarji kollha lill-Kummissjoni bi qbil ma' l-Artikolu 211 tat-Trattat;

(10) Ir-regoli li jirregolaw l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid huma estremament komplessi; f'xi każijiet ma jieħdux in konsiderazzjoni biżżejjed id-diversità reġjonali; sa fejn dan ikun possibbli r-regoli għandhom għalhekk jiġu ssimplifikati u għandha tiġi żviluppata u implimentata strateġija li tkun kemm jista' jkun qrib tal-produttur f'qafas Komunitarju;

(11) Sabiex wieħed jikkapitalizza fuq u jikkonsolida l-bilanċ imtejjeb tas-suq, u sabiex il-provvista u d-domanda għal diversi tipi ta' prodotti jinġiebu aktar fuq livell wieħed, għandu jkun hemm qafas ta' miżuri dwar it-tmexxija ta' potenzjal tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid, li għandhom jinkludu restrizzjonijiet fuq tħawwil f'termini medji, laġġju għall-abbandun permanenti tat-tkabbir ta' dwieli għall-inbid u appoġġ għar-ristrutturazzjoni u konverżjoni ta' oqsma tad-dwieli;

(12) Miżuri strutturali mhux direttament relatati mal-produzzjoni ta' l-inbid għandhom jaqgħu taħt l-iskop tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanziji Agrikoli (FAEGG) u li jemenda u jirrepeti ċerti Regolamenti [44]; miżuri rrelatati mal-promozzjoni jagħmlu kontribuzzjoni importanti lill-kompetittività tas-settur u partikolarment lill-promozzjoni ta' nbid Komunitarju fi swieq ta' pajjiżi terzi għandhom jiġi stimulati; b'danakollu, sabiex tkun assigurata konsistenza ma' l-istrateġija ġenerali ta' promozzjoni tal-Komunità, miżuri rrelatati mas-settur ta' l-inbid għandhom jaqgħu taħt l-iskop ta' regoli orizzontali dwar din il-kwistjoni; għal dan l-iskop, il-Kummissjoni ssottomettiet proposta għal Regolament dwar miżuri li jippromwovu u jipprovdu informazzjoni dwar prodotti agrikoli f'pajjiżi terzi [45];

(13) Il-bilanċ tas-suq kien ġie mtejjeb, għalkemm b'manjiera relattivament bil-mod u b'diffikoltà; billi r-restrizzjonijiet esistenti dwar it-tħawwil dehru li huma komponent essenzjali f'din il-kisba; fid-dawl ta' l-esperjenza ma jidhirx li huwa possibbli li wieħed juża miżuri oħrajn sabiex jikkapitalizza minn u jikkonsolida fuq il-bilanċ tas-suq imtejjeb; jidher għalhekk neċessarju li l-użu tal-proprjetà tal-produtturi jiġi kkontrollat b'dan il-mod bi qbil ma' l-interessi ġenerali;

(14) Restrizzjonijiet eżistenti dwar it-tħawwil għandhom għalhekk jibqgħu applikabbli għal perjodu limitat f'terminu medju sabiex jippermettu li l-medda kollha tal-miżuri strutturali li jkunu jistgħu jidħlu fis-seħħ, u b'hekk it-tħawwil ta' dwieli għall-produzzjoni ta' l-inbid għandu jkun ipprojbit sal-31 ta' Lulju 2010 sakemm ma jkunx xort'oħra permissibbli skond dan ir-Regolament;

(15) Il-permess eżistenti għat-tħawwil mill-ġdid ta' postijiet intenzjonati bħala mixtliet għat-tilqim, konsolidazzjoni ta' l-art u xiri obbligatorju kif ukoll esperimenti tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid urew li ma jtellfux is-suq ta' l-inbid u għandhom għalhekk li jibqgħu iseħħu soġġetti għall-kontrolli meħtieġa; għal raġunijiet simili, għandu jkun possibbli wkoll li jkunu miżrugħa dwieli, li l-produzzjoni tagħhom hija intiża għall-konsum mill-familja tal-produttur ta' l-inbid;

(16) Il-permess eżistenti għal tħawwil ġdid għall-produzzjoni ta' inbid ta' kwalità f'reġjuni speċifikati (inbid ta' kwalità psr) u nbid tal-mejda deskritt b'referenza għal indikazzjonijiet ġeografiċi wera li huwa komponent utli ta' l-istrateġija ta' kwalità li hija disinjata li ġġib il-provvista u d-domanda aktar fuq livell wieħed; b'danakollu, la darba sistema ta' riservi għad-drittijiet tat-tħawwil tkun kompletament funzjonali, din is-sistema ta' l-aħħar għandha twettaq dan l-objettiv; il-permess eżistenti għandu għalhekk jitkompla, soġġett għall-kontrolli meħtieġa, għal perjodu transizzjonali sal-31 ta' Lulju 2003, sa liema żmien s-sistema ta' riserva għandha tkun kompletament funzjonali;

(17) Il-permess eżistenti sabiex jerġgħu jinżergħu mill-ġdid dwieli huwa meħtieġ sabiex jitħalla li jsir it-tiġdid normali ta' oqsma ta' dwieli eżawriti; is-sistema eżistenti għandha għalhekk tinżamm soġġetta għall-kontrolli meħtieġa; għal flessibbiltà akbar is-sistema għandha wkoll tippermetti, soġġetta għall-kontrolli meħtieġa, l-akkwiżizzjoni u l-użu ta' drittijiet ta' tħawwil mill-ġdid qabel ma jseħħ it-tindif relatat; drittijiet ta' tħawwil mill-ġdid akkwistati permezz tal-leġislazzjoni Komunitarja jew nazzjonali preċedenti għandhom jiġu rrispettati; inoltre, għandu jkun possibbli li wieħed jittrasferixxi drittijiet ta' tħawwil mill-ġdid lejn oqsma oħra, soġġetti għal kontrolli stretti, basta li dan it-trasferiment ikun fis-segwiment tal-kwalità jew ikun jikkonċerna postijiet intenzjonati bħala mixtliet għat-tilqim jew ikun konness mat-trasferiment ta' parti mill-qasam; sabiex ikun assigurat li l-organizzazzjoni komuni titmexxa sewwa, dawn it-trasferimenti għandhom jinżammu fl-istess Stat Membru;

(18) Sabiex tittejjeb it-tmexxija tal-potenzjal għat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid u sabiex wieħed jippromwovi l-użu effiċjenti ta' drittijiet tat-tħawwil u b'hekk itaffi aktar l-effett tar-restrizzjonijiet fuq it-tħawwil, sistema ta' riservi nazzjonali jew reġjonali għandha tkun stabbilita;

(19) L-Istati Membri għandhom jingħataw diskrezzjoni wiesa' fit-tmexxija tar-riservi, soġġetta għall-kontrolli meħtieġa, sabiex ikunu jistgħu jaġġustaw aħjar d-drittijiet ta' tħawwil ta' dawn ir-riservi mal-ħtiġijiet lokali; din għandha tinkludi l-opportunità li jinxtraw drittijiet tat-tħawwil, li jkun hemm fondi għar-riserva u li jinbiegħu drittijiet tat-tħawwil mir-riserva; għal dan l-iskop, l-Istati Membri għandhom jitħallew li ma japplikawx is-sistema ta' riserva, basta li dawn ikunu jistgħu jagħtu prova li diġà għandhom sistema effiċjenti ta' amministrazzjoni tad-drittijiet tat-tħawwil;

(20) L-għoti ta' benefiċċji speċifiċi lill-produtturi żgħar ta' l-inbid jista' jiffaċilita mhux biss l-istabbiliment tagħhom imma wkoll l-aġġustament strutturali ta' l-oqsma tagħhom wara l-istabbiliment inizzjali tagħhom; produtturi bħal dawn għandhom għalhekk ikunu eliġibbli għall-għoti ta' drittijiet mir-riservi mingħajr ebda ħlas;

(21) Sabiex ikun assigurat li r-risorsi jintużaw bl-aktar mod effiċjenti u sabiex il-provvista tinġieb aktar fuq l-istess livell mad-domanda, id-drittijiet tat-tħawwil għandhom jintużaw mid-detenturi tagħhom fi żmien raġonevoli, jew fin-nuqqas ta' dak, għandhom ikunu allokati jew ri-allokati lir-riservi; drittijiet allokati lir-riservi għandhom jingħataw fi żmien raġonevoli għall-istess raġunijiet;

(22) Fid-dawl tat-titjib fil-bilanċ tas-suq u ta' l-espansjoni tas-suq dinji, jista' jkun hemm ġustifikazzjoni għal żieda fid-drittijiet tat-tħawwil li għandhom ikunu allokati lill-Istati Membri kkonċernati u, parzjalment, lil riserva Komunitarja għall-allokazzjoni li tiddependi fuq domanda addizzjoniali fuq is-suq; din iż-żieda għandha tiġi mnaqqsa skond il-medda tad-drittijiet tat-tħawwil il-ġodda li jkunu ġew awtorizzati għal inbejjed ta' kwalità psr u għal inbejjed tal-mejda b'indikazzjoni ġeografika;

(23) Minkejja r-restrizzjonijiet eżistenti fuq it-tħawwil, oqsma ġew miżrugħa bi ksur ta' dawk ir-restrizzjonijiet; is-sanzjonijiet eżistenti, li huma disinjati sabiex jassigura li l-prodotti ta' dawk il-postijiet ma jtellfux is-suq ta' l-inbid, irriżultaw li huma aktar diffiċli biex jiġu enforzati; postijiet miżrugħin illegalment għandhom għalhekk jintgħażlu; din il-kondizzjoni għandha tiġi imposta fir-rigward tat-tħawwil illegali kollu li jsir wara li l-proposta għal dan ir-Regolament tkun ġiet ippubblikata, u li minn dak iż-żmien il-produtturi għandhom ikunu jafu bil-proposta sabiex tiġi introdotta din il-ħtieġa;

(24) Mingħajr preġudizzju għall-ebda miżuri nazzjonali eżistenti, għal raġunijiet ta' ċertezza legali m'huwiex possibbli li tiġi imposta fuq livell Komunitarju l-kondizzjoni ta' tagħżieq fuq postijiet miżrugħin bi ksur tar-restrizzjonijiet qabel mal-proposta għal dan ir-Regolament tkun ġiet ippubblikata; għal kontroll aħjar ta' potenzjal tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid, waqt perjodu stabbillit, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jirregolarizzaw il-posizzjoni ta' dawn l-oqsma, soġġetti għall-kontrolli meħtieġa; trattament differenti jista' jkun ipprovdut sal-limitu li r-regolarizzazzjoni hija konċernata, li jiddependi fuq id-dettalji tat-tħawwil f'dak il-każ, partikolarment meta dan it-tħawwil aktarx li jwassal għal żieda fil-produzzjoni; il-produttur involut jista' jkun soġġett għal penalitajiet amministrattivi xierqa jekk jinqala' riskju bħal dan;

(25) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu li jieħdu akkont tal-kondizzjonijiet lokali u għalhekk ikunu jistgħu jimponu regoli aktar stretti fir-rigward ta' tħawwil ġdid, tħawwil mill-ġdid u tilqim, meta meħtieġ;

(26) Jeżistu postijiet fejn jitkabbru d-dwieli għall-inbid fejn il-produzzjoni mhijiex aġġustata mad-domanda; sabiex jinkoraġġixxi aġġustament aħjar tas-settur kollu, l-abandun permanenti tat-tkabbir ta' dwieli għall-inbid f'dawn l-inħawi għandu jkun inkoraġġit; laġġju għandu għalhekk jingħata għal dan l-għan; l-immaniġġjar ta' laġġju bħal dan għandu jitħalla f'idejn l-amministrazzjoni ta' l-Istati Membri, f'qafas Komunitarju u soġġett għall-kontrolli meħtieġa, sabiex il-laġġju jkun jista' jiġi mmirat aħjar lejn ir-reġjuni konċernati; b'mod partikolari l-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu jistgħu jinnominaw ir-reġjuni konċernati u jistabbilixxu l-livelli tal-laġġju, fuq kriterji objettivi u permezz ta' limitu ġenerali;

(27) Il-produzzjoni f'dawk l-Istati Membri fejn il-produzzjoni ta' l-inbid hija anqas minn 25000 ettolitru fis-sena ma taffettwax b'mod serju l-bilanċ tas-suq; dawk l-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu eżentati mir-restrizzjonijiet dwar it-tħawwil imma m'għandhomx ikollhom aċċess għall-laġġju għall-abbandun permanenti ta' tkabbir ta' dwieli għall-inbid;

(28) Jeżistu oqsma oħrajn tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid fejn il-produzzjoni m'hijiex aġġustata mad-domanda, imma fejn il-produzzjoni tista' tkun aġġustata aħjar permezz ta' ristrutturazzjoni ta' l-għelieqi tad-dwieli b'konverżjoni tal-varjetajiet, rilokazzjoni ta' l-oqsma tad-dwieli jew tat-titjib tat-teknika użata fl-amministrazzjoni ta' l-oqsma tad-dwieli; għandu għalhekk jingħata appoġġ għal dawn il-finijiet soġġetti għall-kontrolli meħtieġa;

(29) Biex ikun assigurat li din ir-ristrutturazzjoni u l-konverżjoni jitwettqu b'mod ikkontrollat, dawn għandhom ikunu ppjanati; il-pjanijiet għandhom jitħejjew fuq livell kemm jista' jkun qrib tal-produttur sabiex tkun assigurata li d-diversità reġjonali tkun ikkunsidrata; b'danakollu, sabiex ikun assigurat li l-pjanijiet ikunu b'konformità mal-liġi Komunitarja, l-Istati Membri għandhom jibqgħu responsabbli ultimament għal dawk il-pjanijiet;

(30) Ir-ristrutturazzjoni u l-konverżjoni għandhom żewġ effetti finanzjarji prinċipali fuq il-produttur, li huma telf ta' dħul waqt il-perjodu ta' konverżjoni u l-ispejjeż involuti sabiex jiġu implimentati dawk il-miżuri; l-appoġġ għandu għalhekk ikopri dawn iż-żewġ effetti; fil-proċess ta' ristrutturarizzazzjoni hemm lok għal miżuri nazzjonali addizzjonali fil-limiti speċifikati;

(31) Huwa mixtieq għal tmexxija aħjar tal-potenzjal tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid li jkun ikkumpilat inventarju ta' dan il-potenzjal fuq livell ta' l-Istati Membri jew reġjonali; biex jinkoraġġixxi lill-Istati Membri sabiex jikkompilaw l-inventarju, l-aċċess għar-regolarizzazzjoni ta' l-inħawi mħawwla illegalment, iż-żieda fid-drittijiet tat-tħawwil u l-appoġġ għar-ristrutturazzjoni u għall-konverżjoni għandhom ikunu llimitati għal dawk li jikkompilaw l-inventarju; fil-każ ta' inventarji reġjonali, dawk ir-reġjuni li jikkompilaw l-inventarju m'għandhomx jiġu esklużi milli jikkwalifikaw għall-miżuri ta' ristrutturarizzazzjoni u konverżjoni minħabba li reġjuni oħrajn ma jkunux ikkompilaw inventarju; b'danakollu, l-inventarji reġjonali kollha jridu jitlestew sal-31 ta' Diċembru 2001;

(32) Il-klassifika tal-varjetajiet tad-dwieli għall-produzzjoni ta' l-inbid hija biċċa xogħol li l-aħjar titwettaq kemm jista' jkun fil-qrib tal-produttur; l-Istati Membri għandhom għalhekk jinkarigaw ruħhom minn dan l-impenn minflok il-Komunità;-

(33) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru Nru 2392/86 ta' l-24 ta' Lulju 1986 li jistabbilixxi reġistru Komunitarju ta' l-oqsma tad-dwieli [46], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1631/98 [47], għandu jibqa' fis-seħħ sabiex jippermetti lill-dawk l-Istati Membri li għadhom fil-proċess li jikkompilawh li jlestu din il-biċċa xogħol; b'danakollu, dispożizzjoni għandha ssir għall-emendar jew it-tneħħija tiegħu;

(34) Sabiex jinżamm il-bilanċ tas-suq, għandha tingħata għajnuna għall-ħażna privata ta' nbid tal-mejda u tipi ta' most ta' l-għeneb; il-miżura għandha tkun kemm jista' jkun flessibbli u twieġeb għaċ-ċaqliq fis-suq; għal dawn il-finijiet, għandu għalhekk ikun partikolarment possibbli li l-applikazzjoni tagħha tkun mitmuma f'qasir żmien;

(35) Sabiex tiġi eliminata d-disponibbiltà ta' l-intervent bħala żvog artifiċċjali għal produzzjoni eċċessiva għandu jkun hemm tibdil fis-sistema ta' distillazzjoni; għandu għalhekk ikun hemm l-għamliet segwenti ta' distillazzjoni: distillazzjoni obbligatorja tal-prodotti sekondarji li jirriżultaw fil-manifattura ta' l-inbid, distillazzjoni obbligatorja ta' inbid prodott mill-għeneb mhux klassifikat solament bħala varjetà ta' għeneb ta' l-inbid, miżura ta' distillazzjoni bħala sostenn għas-suq ta' l-inbid billi tippromwovi l-kontinwità ta' provvisti ta' distillanti ta' l-inbid f'partijiet tas-settur ta' l-alkoħol potabbli li tradizzjonalment jużaw dak l-alkoħol, u miżura għad-distillazzjoni fi kriżi; forom oħra ta' distillazzjoni għandhom jiġu abbandunati; dawn il-miżuri għandhom ikunu kemm jista' jkun flessibbli sabiex iwieġbu għall-bżonnijiet tas-suq u kondizzjonijiet reġjonali speċifiċi;

(36) Minħabba l-kwalità fqira ta' inbid miksub mill-għasir iżżejjed, din il-prattika għandha tiġi projbita u sabiex dan ma jsirx, id-distillazzjoni tal-fdalijiet u tal-karfa ta' l-għeneb, b'danakollu, derogi minn dan l-obbligu jistgħu jkunu kkunsidrati sabiex jittieħed akkont tal-kondizzjonijiet tal-produzzjoni f'ċerti reġjuni fejn jitkabbru d-dwieli ta' l-inbid; b'żieda ma dan, la draba l-istrutturi tal-produzzjoni u tas-suq fiż-żona tat-tkabbir ta' l-inbid A u fil-parti Ġermaniża taż-żona tat-tkabbir ta' l-inbid B huma kapaċi li jassiguraw li jintlaħqu l-għanijiet ta' din il-miżura, produtturi f'dawn ir-reġjuni ma humiex obbligati li jiddistillaw prodotti anċillarji tal-produzzjoni ta' l-inbid imma li jwarrbu dawn il-prodotti anċillarji taħt sorveljanza;

(37) Il-produzzjoni ta' nbid magħmul minn għeneb mhux klassifikat solament bħala varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid għandha tkun diretta fl-ewwel waqt lejn użu tradizzjonali fis-settur ta' l-ispirti u lejn sbokki tradizzjonali oħrajn; dispożizzjonijiet għandhom isiru għad-distillazzjoni obbligatorja ta' nbid ta' din ix-xorta li jsir b'eċċess tal-kwantitajiet normali intenzjonati għal dan l-użu;

(38) Ċerti partijiet tas-settur ta' l-alkoħol potabbli jikkostitwixxu sbokk tradizzjonali importanti għal distillati ta' l-inbid u prodotti oħrajn ibbażati fuq l-inbid; għandu għalhekk ikun hemm appoġġ Komunitarju għad-distillazzjoni ta' nbid tal-mejda u nbid xieraq li minnu jista' jsir inbid tal-mejda sabiex iforni dan is-suq, fil-forma ta' għajnuna primarja mħallsa għad-distillazzjoni ta' dawn l-inbejjed u għajnuna sekondarja għall-ħażna tad-distillat risultanti;

(39) Sabiex ikunu jistgħu jiġu ttrattati każi eċċezzjonali ta' tfixkil fis-suq u problemi serji ta' kwalità, għandu jkun hemm miżura ta' distillazzjoni fi kriżi; il-livell u l-format ta' l-għajnuna għandhon ikunu ddeterminati mill-Kummissjoni billi jittieħed akkont tas-sitwazzjonijiet speċifiċi, inklużi każi meta waqgħa notevoli fil-prezz tas-suq għal kategorija ta' inbid tkun ġiet innutata; il-miżura għandha tkun volontarja għall-produtturi; jekk din il-miżura tiġi applikata għal tliet snin suċċessivi fir-rigward ta' kategorija partikolari ta' l-inbid (f'żona partikolari), il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u, fejn xieraq, proposti;

(40) Id-disponiment ta' alkoħol miksub minn distillazzjoni għandu jitwettaq b'tali mod li joffri akbar trasparenza u kontroll u li jevita tfixkil ta' swieq tradizzjonali ta' l-alkoħol;

(41) Iż-żieda fil-qawwa alkoħolika naturali bil-volum mhijiex preżentement titwettaq permezz ta' l-istess kondizzjonijiet ekonomiċi mill-produtturi Komunitarji kollha minħabba l-prattiċi enoloġiċi diversi mħollija minn dan ir-Regolament; sabiex tiġi eliminata diskriminazzjoni bħal din, għandu jkun inkuraġġit l-użu ta' prodotti tad-dielja għall-arrikkiment, b'mod li jiżdiedu l-iżbokki tagħhom u li jgħin sabiex jiġi evidat inbid eċċessiv; sabiex jintlaħaq dan l-iskop, il-prezzijiet tad-diversi prodotti għall-arrikkiment għandhom jiġu mqarrba; dan ir-risultat jista' jintlaħaq permezz ta' sistema ta' għajnuna għal konċentrat ta' masta ta' l-għeneb u most konċentrat ta' għeneb rettifikat li jiġi minn ċerti reġjuni u li huwa użat għall-arrikkament;

(42) Jibqa' neċessarju sabiex jintlaħaq bilanċ aktar stabbli bejn il-produzzjoni u l-użu, li jiżdied l-użu ta' prodotti tad-dielja; intervent jidher li huwa ġġustifikat aktar qabel mill-produzzjoni ta' inbid tal-mejda, billi jiġi inkuraġġit l-użu ta' most ta' l-għeneb għal ċerti skopijiet apparti mill-produzzjoni ta' l-inbid permess ta' għajnuna li tassigura li prodotti ta' l-inbid Komunitarji jżommu l-iżbokki tradizzjonali tas-suq tagħhom; il-miżura għandha tiġi applikata sabiex ikun evitat tfixkil fil-kompetizzjoni, wara li jittieħed akkont tal-metodi ta' produzzjoni tradizzjonali;

(43) Produtturi li ma jkunux wettqu l-obbligi tagħhom permezz tal-miżuri ta' distillazzjoni obbligatorji m'għandhomx jitħallew jibbenefikaw minn miżuri ta' intervenzjoni oħrajn;

(44) Dispożizzjoni għandha ssir ukoll dwar miżuri possibbli fil-każ ta' prezzijiet għoljin fis-suq Komunitarju;

(45) Meqjusa l-karatteristiċi speċjali tas-suq ta' l-inbid, il-formazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi pjuttost li tikkontribbwixxi lejn il-kisba ta' l-objettivi ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq; l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu dawn l-organizzazzjonijiet; dawn ta' l-aħħar jistgħu jiġu organizzati fuq bażi volontarja u jridu jġibu prova ta' l-utilità tagħhom permezz tal-firxa u l-effiċjenza tas-servizzi offruti mill-organizzazzjonijiet ta' produtturi lejn il-membri tagħhom;

(46) Sabiex tittejjeb il-ħidma tas-suq għal inbejjed ta' kwalità psr u nbejjed tal-mejda b'indikazzjoni ġeografika, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jimplimetaw deċiżjonijiet meħuda minn organizzazzjonijiet settorali; il-kompetenza ta' dawn id-deċiżjonjiet għandha teskludi ċerti prattiċi kkonċertati; il-Kummissjoni għandha tassigura li dawn id-deċiżjonijiet ikunu konformi mal-liġi Komunitarja; l-organizzazzjonijiet settorali għandhom iwettqu ċerti impenji, waqt li jikkunsidraw l-interessi tal-konsumaturi;

(47) Għal raġunijiet ta' saħħa u sabiex jinżamm livell ta' kwalità, proċessi u prattiċi awtorizzati enoloġiċi għandhom jiġu stipulati fuq livell Komunitarju, u dawn għandhom ikunu l-uniċi permissibbli għall-użu fil-manufattura ta' prodotti koperti minn dan ir-regolament; għal raġunijiet simili, varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid biss għandhom jintużaw sabiex isir inbid għall-konsum uman;

(48) Minħabba l-fatt li kondizzjonijiet ta' produzzjoni, partikolarment il-ħamrija, l-art u l-klima, ivarjaw b'mod konsiderevoli minn reġjun fil-Komunità li jipproduċi l-inbid għall-ieħor, huwa essenzjali li dawn il-varjazzjonijiet jiġu kkunsidrati fir-rigward ta' prattiċi u proċessi enoloġiċi; għal raġunijiet ta' sempliċità u sabiex jiġu ffaċilitati l-modifikazzjonijiet ibbażati fuq l-esperjenza u l-progress teknoloġiku, ċerti limiti u kondizzjonijiet tekniċi konnessi ma' dawn il-prattiċi u proċessi għandhom jiġu definiti fir-regoli dettaljati ta' l-implimentazzjoni; b'danakollu, il-limiti li jikkonċernaw il-livelli tad-diossidu tal-kubrit, aċidu sorbiku u sorbat tal-potassju għandhom ikunu stabbiliti f'dan ir-Regolament in vista ta' l-importanza tagħhom għas-saħħa;

(49) Dispożizzjoni għandha ssir għal metodi awtorizzati ta' analiżi għal prodotti fis-settur ta' l-inbid;

(50) Id-deskrizzjoni, disinjazzjoni u presentazzjoni ta' prodotti koperti b'dan ir-Regolament jista' jkollhom effetti sinifikanti dwar il-kummerċjabbiltà tagħhom fis-suq; dan ir-Regolament għandu għalhekk jistabbilixxi regoli f'dan ir-rigward li jieħdu akkont ta' l-interessi leġittimi tal-konsumaturi u l-produtturi u li jippromwovu l-ħidma mingħajr skossi tas-suq intern u l-produzzjoni ta' prodotti ta' kwalità; il-prinċipji fundamentali ta' dawn ir-regoli għandhom jipprovdu għall-użu obbligatorju ta' ċerti termini u l-użu voluntarju ta' informazzjoni oħra fuq il-bażi ta' regoli Komunitarji jew soġġetti għal regoli dwar il-prevenzjoni ta' prattiċi qarrieqa;

(51) Ir-regoli li jikkonċernaw nominazzjoni partikolari għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-prevenzjoni ta' prattiċi qarrieqa, penali fuq livell Komunitarju li għandhom jiġu applikati f'każ ta' tikkettar mhux korrett, l-użu ta' lingwi, b'mod partikolari meta dawn involuti alfabeti differenti, u l-użu ta' ismijiet kummerċjali, speċjalment meta dawn jistgħu joħolqu konfużjoni fost il-konsumaturi;

(52) Minħabba d-differenzi bejn prodotti koperti b'dan ir-Regolament u s-swieq tagħhom, u l-aspettattivi tal-konsumaturi u prattiċi tradizzjonali, ir-regoli għandhom jiġu differenzjati skond il-prodotti kkonċernati, partikolarment fir-rigward li nbid frizzanti jkun ikkonċernat u skond l-oriġini tagħhom;

(53) Għandhom jiġu applikati wkoll regoli dwar it-tikkettar ta' prodotti importati, partikolarment sabiex tkun kjarifikata l-oriġini tagħhom u sabiex dawn ma jiġux imħallta ma' prodotti Komunitarji;

(54) Id-dritt li jsir użu minn indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali oħrajn huwa wieħed ta' valur; ir-regoli għandhom għalhekk jirregolaw dan id-dritt u jipprovdu għal protezzjoni ta' dawn it-termini; sabiex ikun hemm kompetizzjoni ġusta u sabiex il-konsumaturi ma jiġux imqarrqa, din il-protezzjoni jista' jkun li jkollha bżonn taffettwa prodotti li ma humniex koperti b'dan ir-Regolament, inklużi dawk li ma jinstabux fl-Anness I tat-Trattat;

(55) Meqjusa l-interessi tal-konsumaturi u tax-xewqa li jkun akkwistat trattament egwali għal inbid ta' kwalita psr f'pajjiżi terzi, dispożizzjonijiet għandhom isiru sabiex l-arranġamenti reċiproki jistgħu jkunu stabbiliti li bihom inbejjed importati għal konsum dirett mill-bniedem u li jkollhom deskrizzjoni ġeografika u kkumerċjalizzati fil-Komunità jkunu jistgħu igawdu minn dawn l-arranġamenti ta' protezzjoni u kontroll;

(56) Sabiex jittieħed akkont ta' l-obbligi li joħorġu, b'mod partikolari, mill-Artikoli 23 u 24 tal-Ftehim dwar Aspetti tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ, li jifforma parti integrali mill-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazjoni Dinjija tal-Kummerċ approvat bid-deċisjoni 94/800/KE [48], għandha ssir dispożizzjoni biex il-partijiet ikkonċernati li jipprevjienu, taħt ċerti kondizzjonijiet, l-użu illegali ta' desinjazzjonijiet ġeografiċi protetti minn pajjiżi terzi membri ta' l-WTO (ODK);

(57) L-iżvilupp ta' strateġija li tinkuraġġixxi l-produzzjoni ta' kwalità fl-agrikoltura u speċjalment fit-tkabbir tad-dwieli ta' l-inbid għandha tikkontribbwixxi lejn it-titjib tal-kondizzjonjiet fis-suq u, bħala risultat, lejn żieda fl-iżbokki; l-adozzjoni ta' regoli komuni addizzjonali li jikkonċernaw il-produzzjoni u l-kontroll ta' nbejjed ta' kwalità psr taqa' fil-qafas ta' din l-istrateġija u tista' tikkontribwixxi lejn il-kisba ta' dawn l-objettivi;

(58) Sabiex jinżamm livell ta' kwalità minimu għal inbejjed ta' kwalità psr, sabiex tiġi evitata espansjoni mingħajr kontroll fil-produzzjoni ta' dawn l-inbejjed, u sabiex jiġu armonizzati d-dispożizzjonjiet ta' l-Istati Membri b'mod li jistabbilixxu kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta fil-Komunità, għandu jiġi adottat qafas ta' regoli Komunitarji, li jirregola l-produzzjoni u l-kontroll ta' nbejjed ta' kwalità psr, li permezz tiegħu d-dispożizzjonijiet speċifiċi adottati mill-Istati Membri għandhom ikunu konformi.

(59) Billi jittieħed akkont tal-kondizzjonijiet tradizzjonali tal-produzzjoni, in-natura u l-firxa tal-fatturi li jippermettu li kull wieħed mill-inbejjed ta' kwalità jiġu distinti għandhom ikunu elenkati u definiti; aspett komuni sabiex ikunu armonizzati l-kondizzjonijiet ta' kwalità għandhom b'danakollu jsiru; dawn il-fatturi għandhom ikunu: id-demarkazzjoni taż-żona tal-produzzjoni, varjetajiet ta' dwieli, metodi ta' kultivazzjoni, metodi tal-produzzjoni ta' l-inbid, qawwa alkoħolika naturali minima bil-volum, produzzjoni għal kull ettaru u analiżi u evalwazzjoni tal-karatteristiċi organoleptiċi; regoli partikolari għandhom jiġu stabbiliti għal inbejjed likurużi ta' kwalità psr u nbejjed frizzanti ta' kwalità psr meqjusa n-natura partikolari ta' dawk il-prodotti;

(60) l-esperjenza wriet il-ħtieġa li jkun hemm regoli preċisi għar-riklassifika ta' nbejjed ta' kwalità psr bħala nbejjed tal-mejda u li jispeċifikaw il-kassijiet ta' meta l-produttur ikollu l-għażla li ma jitlobx li prodott ikun jidher fil-ħsad tiegħu jew fid-dikjarazzjoni tal-produzzjoni bħala prodott addattat għall-produzzjoni ta' inbid ta' kwalità psr ikun klassifikat bħala nbid ta' kwalità psr;

(61) Sabiex jiġu preservati l-karatteristiċi ta' kwalità partikolari ta' nbejjed ta' kwalità psr, l-Istati Membri għandhom jitħallew japplikaw regoli addizzjonali jew aktar iebsa li jirregolaw il-produzzjoni u l-moviment ta' nbejjed ta' kwalità psr, bi qbil mal-prattiċi ġusti u tradizzjonali;

(62) Il-ħolqien ta' suq Komunitarju wieħed għall-inbid jinvolvi l-introduzzjoni ta' sistema ta' kummerċ waħda fil-fruntjieri esterni tal-Komunità; sistema ta' kummerċ li tinkludi dazji fuq l-importazzjoni u rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni, flimkien mal-miżuri tas-suq estern, għandhom, fil-prinċipju, jistabbilizzaw is-suq Komunitarju; is-sistema ta' kummerċ għandha tkun ibbażata fuq l-impenji aċċettati tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj dwar negozjati f'kummerċ multilaterali;

(63) Sabiex jiġi ssorveljat il-volum ta' kummerċ fl-inbid ma' pajjiżi terzi, għandu jkun hemm provvedimenti dwar sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni għal ċerti prodotti, li jinkludu l-preżentazzjoni ta' garanzija li tiggarantixxi li t-transazzjonijiet li għalihom jinħarġu l-liċenzji jkunu effetwati;

(64) Sabiex jipprevjeni jew ipatti għall-effetti negattivi fuq is-Suq Komunitarju li jistgħu jirrisultaw mill-importazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli, l-importazzjoni ta' wieħed jew iżjed minn dawn il-prodotti għandha tkun soġġetta għall-ħlas ta' dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni, jekk ċerti kondizzjonijiet jkunu mwettqa;

(65) Huwa xieraq, taħt ċerti kondizzjonijiet, li l-Kummissjoni tingħata l-poter li tiftaħ u tamministra kwoti ta' tariffi li jirriżultaw minn ftehim internazzjonali konklużi bi qbil mat-Trattat u skond atti oħrajn tal-Kunsill;

(66) Dispożizzjonijiet għall-għoti ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi, ibbażati fuq id-differenza bejn prezzijiet fil-Komunità u fis-suq dinji, u li jaqgħu taħt il-Ftehim dwar l-Agrikultura ta' l-WTO (ODK) [49], għandhom jissalvagwardjaw il-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-kummerċ internazzjonali ta' l-inbid; dawn ir-rifużjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal limiti fir-rigward ta' kwantità u valur;

(67) Konformità mal-limiti tal-valur għandha, meta r-rifindi jkunu ffissati, biex ikun assigurat permess tas-sorveljanza ta' pagamenti taħt ir-regoli li jirrigwardaw il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija; is-sorveljanza tista' tkun iffaċilitata bl-iffissar obbligatorju bil-quddiem ta' rifużjonijiet, waqt li titħalla l-possibbiltà, fil-każ ta' rifużjonijiet differenzjati, li tibdel id-destinazzjoni speċifikata fil-parametri ta' żona ġeografika li dwarha tapplika r-rata singola tar-rifużjonijiet; fil-każ ta' kambjament tad-destinazzjoni, ir-rifużjonijiet applikabbli għad-destinazzjoni attwali għandha titħallas, b'limitu massimu fuq l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni stabbilita bil-quddiem;

(68) L-osservanza tal-konformità mal-limiti tal-kwantità tirrikjedi l-introduzzjoni ta' sistema affidabbli u effettiva ta' sorveljanza; għal dak l-iskop, l-għoti ta' rifużjonijiet għandu jkun soġġett għal liċenzja ta' l-esportazzjoni; ir-rifużjonijiet għandhom jingħataw sal-limiti disponibbli, skond is-sitwazzjoni partikolari ta' kull prodott ikkonċernat; eċċezzjonijiet għal dik ir-regola għandhom jitħallew biss fil-każ ta' l-operazzjonijiet ta' l-għajnuna għall-ikel, li huma eżenti minn kull limitu; is-sorveljanza tal-kwantitajiet esportati b'rifużjonijiet waqt is-snin ta' kummerċ kif hemm referenza dwarhom fil-Ftehim dwar l-Agrikolatura ta' l-WTO (ODK) għandha sseħħ fuq il-bażi ta' liċenzji ta' l-esportazzjoni maħruġa għal kull sena tal-kummerċ;

(69) Flimkien mas-sistema deskritta hawn fuq, u sal-limitu meħtieġ għat-tħaddim xieraq tagħha, dispożizzjonijiet għandhom isiru għal Regolament jew, meta l-qagħda fis-suq teħtieġ dan, jipprojbixxu l-użu ta' l-arranġamenti ta' proċessar 'il ġewwa.

(70) Is-sistema ta' dazji doganali tagħmilha possibbli li jittwarrbu l-miżuri protettivi oħra kollha fuq il-fruntieri esterni tal-Komunità; b'danakollu, is-suq intern u l-mekkaniżmu tad-dazju jistgħu, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jirriżultaw bħala difettużi; f'każijiet bħal dawn, sabiex is-suq Komunitarju ma jitħalliex mingħajr difiża kontra kull tfixkil li jista' jinqala' minn dan, il-Komunità għandha tkun kapaċi tieħu l-miżuri meħtieġa kollha mingħajr dewmien; dawk il-miżuri għandhom ikunu bi qbil ma' l-obbligazzjonijiet derivati mill-ftehim relevanti tal-WTO;

(71) Prodotti importati minn pajjiżi terzi għandhom ikunu soġġetti għal regoli dwar ċerti speċifikazzjonijiet tal-prodotti li jassiguraw miżuri ta' bilanċ mad-definizzjonjiet Komunitarji ta' nbejjed; għandhom ukoll ikunu konformi ma' xi regoli stipulati fil-pajjiż ta' l-oriġini tagħhom u għandhom ikunu akkumpanjati b'rapport analitiku f'ċirkostanzi xierqa;

(72) Għandu jiġi stipulat li l-prodotti kollha li jaqgħu taħt dan ir-Regolament jkollhom dokument relattiv meta jiċċirkolaw ġewwa l-Komunità;

(73) L-istabbiliment ta' suq wieħed jista' jkun ipperikolat bl-għoti ta' ċerti għajnuniet; id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jippermettu l-evalwazzjoni ta' għajnuna mogħtija minn Stati Membri u l-projbizzjoni ta' dawk li huma inkompatibbli mas-suq komuni għandhom għalhekk japplikaw fl-organizzazzjoni tas-suq komuni għall-inbid; id-dispożizzjonijiet dwar il-laġġju għall-abbandun permanenti tat-tkabbir ta' l-inbid m'għandhomx minnhom infushom ifixklu l-għoti ta' għajnuna nazzjonali għall-istess finijiet;

(74) Meqjusa l-kumplessità tar-regoli fis-settur ta' l-inbid, l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli sabiex jassiguraw osservanza; il-Kummissjoni għandha tkun hija stess li tissorvelja u tassigura din il-konformità permezz ta' l-ispetturi tagħha stess li jikkollaboraw ma' l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri;

(75) Huwa meħtieġ li, hekk kif jiżviluppa s-suq komuni ta' l-inbid, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iżommu lil xulxin fornuti bl-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament; produtturi ta' għeneb għall-produzzjoni ta' l-inbid, most ta' l-għeneb u nbid għandhom jagħmlu dikjarazzjoni ta' ħsad billi din l-informazzjoni hija meħtieġa; l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jitolbu aktar informazzjoni minn għand il-produtturi; il-Kummissjoni għandha titħalla tuża assistenza esterna meta tevalwa kull informazzjoni;

(76) Sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri proposti, għandu jkun hemm proċedura li tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan kumitat ta' tmexxija;

(77) Spejjeż involuti mill-Istati Membri b'risultat ta' l-obbligi li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu ffinanzjati mill-Komunità bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 dwar l-iffinanzjar tal-istrateġija agrikola komuni [50];

(78) L-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid għandha tieħu akkont xieraq, fl-istess ħin, ta' l-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 33 u 131 tat-Trattat;

(79) L-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid għandha tkun applikata wkoll fid-dawl tal-ftehim konklużi permezz ta' l-Artikolu 300(2) tat-Trattat, b'mod partikolari dawk li jifformaw parti mill-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, notevolment dawk dwar xkiel tekniku għall-kummerċ [51];

(80) Il-bidla mill-arranġamenti fir-Regolament (KE) Nru 822/87 u r-Regolamenti l-oħrajn fis-settur ta' l-inbid għal dawk f'dan ir-Regolament tista' tagħti lok għal diffikultajiet li mhumiex ikkontemplati minn dan ir-Regolament; sabiex jittrattaw ma' din l-eventwalità, dispożizzjoni għandha ssir għall-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri transizzjonali meħtieġa; il-Kummissjoni għandha wkoll tkun awtorizzata li ssolvi problemi prattiċi speċifiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

IL-QASAM TA' L-APPLIKAZZJONI

Artikolu 1

1. L-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid għandha tikkonsisti f'regoli li jirregolaw il-potenzjal ta' produzzjoni ta' l-inbid, mekkaniżmi tas-suq, organizzazzjonijiet ta' produtturi u organizzazzjonijiet settorali, prattiċi u proċessi enoloġiċi, deskrizzjoni, disinjazzjoni, presentazzjoni u protezzjoni, inbid ta' kwalità psr, u kummerċ ma' pajjiżi terzi.

2. Għandha tapplika għall-prodotti segwenti:

Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

| Ġulepp ta' l-għeneb (inkluż il-most ta' l-għeneb): |

22043092 | Most oħrajn ta' l-għeneb, apparti minn dawk fil-fermentazzjoni jew bil-fermentazzjoni mwaqqfa xorta oħra għajr biż-żieda ta' l-alkoħol |

22043094 |

22043096 |

22043098 |

| Inbid minn għeneb frisk, inklużi nbejjed imsaħħa; most ta' l-għeneb apparti milli ta' l-intestatura 2009, esklużi most oħrajn ta' l-għeneb tas-subintestaturi22043092, 22043094, 22043096 u 22043098 |

| Għeneb frisk apparti mill-għeneb għall-mejda |

08061095 |

08061097 |

22090011 | Ħall ta' l-inbid |

22090019 |

| Piquette |

23070011 | Karfa ta' l-inbid |

23070019 |

23089011 | Fdalijiet ta' l-għeneb |

23089019 |

3. Id-definizzjonijiet tat-termini użati f'dan ir-Regolament fir-rigward ta' prodotti għandhom ikunu kif elenkati fl-Anness I, it-termini dwar qawwa alkoħolika fl-Anness II u żoni tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid fl-Anness III. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dawk l-Annessi jistgħu jiġu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 75.

4. Is-sena ta' produzzjoni ta' l-inbid għall-prodotti koperti b'dan ir-Regolament (minn hawn 'il quddiem msejjħa "is-sena ta' l-inbid") għandha tibda fl-1 ta' Awissu kull sena u tispiċċa fil-31 ta' Lulju tas-sena segwenti.

TITOLU II

POTENZJAL TA' PRODUZZJONI

KAPITOLU I

TĦAWWIL TA' DWIELI

Artikolu 2

1. It-tħawwil ta' dwieli ta' varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid ikklassifikati bis-saħħa ta' l-Artikolu 19(1) għandu jkun projbit sal-31 ta' Lulju 2010 sakemm ma jsirx permezz ta':

(a) dritt ta' tħawwil ġdid, kif hemm referenza dwaru fl-Artikolu 3;

(b) dritt ta' tħawwil mill-ġdid, kif hemm referenza dwaru fl-Artikolu 4; jew

(ċ) dritt ta' tħawwil mogħti minn riserva, kif hemm referenza dwaru fl-Artikolu 5 jew fl-Artikolu 6(1) fil-każ ta' l-applikazzjoni ta' l-artikolu 5(8).

Sa l-istess data, it-tilqim tal-varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid ma' varjetajiet oħra mhux ta' l-inbid għandu wkoll ikun ipprojbit.

2. Għeneb miksub minn oqsma:

(a) fejn id-dwieli kienu ġew imħawwla qabel l-1 ta' Settembru 1998, u

(b) li l-produzzjoni tagħhom, bi qbil ma' l-Artikoli 6(3) jew 7(4) tar-Regolament (KEE) Nru 822/87, jista' jkun iddisponut biss permezz ta' distillazzjoni,

ma jistax jintuża għall-produzzjoni ta' inbid li jitpoġġa fis-suq. Prodotti magħmula minn għeneb bħal dan jistgħu jitpoġġew f'ċirkolazzjoni biss għall-iskopijiet ta' distillazzjoni. B'dana kollu, dawn il-prodotti ma jistgħux jintużaw fil-preparazzjoni ta' alkoħol li jkollu qawwa alkoħolika attwali bil-volum ta' 80 % vol jew anqas.

3. Jekk Stat Membru jkun ħejja l-inventarju ta' potenzjal ta' produzzjoni ta' l-inbid bi qbil ma' l-Artikolu 16, jista' jidderoga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Din id-deroga għandha tingħata sal-31 ta' Lulju 2002 u għandha tinvolvi l-għoti ta' permess għaż-żoni konċernati li jipproduċu nbid li jista' jitpoġġa fis-suq.

Id-deroga għandha tingħata:

(a) meta l-produttur kkonċernat ikun preċedentement naddaf dwieli oħra f'reġjun ekwivalenti f'termini ta' uċuħ puri apparti minn każi fejn il-bidwi konċernat ikun irċieva laġġju għat-tindif permezz tal-leġislazzjoni Komunitarja jew nazzjonali fir-rigward taż-żona kkonċernata; u/jew

(b) billi jippermettu l-użu ta' drittijiet ta' tħawwil mill-ġdid meta l-produttur ikun kisibhom f'perjodu li jrid jiġi iffissat sussegwentement tat-tħawwil taż-żona konċernata; l-Istati Membri jistgħu jużaw ukoll id-drittijiet maħluqa ġodda tat-tħawwil għal dan l-iskop permezz ta' l-Artikolu 6(1); u/jew

(ċ) jekk l-Istat Membru jista' jġib prova (għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni) li għandu drittijiet ta' tħawwil mill-ġdid li ma kienux ġew mitluba u li kienu jkunu għadhom validi jekk kien hemm applikazzjoni dwarhom; dawn id-drittijiet jistgħu jintużaw u jiġu ri-allokati lejn produtturi f'reġjun ekwivalenti fir-rigward ta' uċuħ puri; u/jew

(d) jekk il-produttur konċernat ikun impenja ruħu li jnaddaf żona ekwivalenti fir-rigward ta' uċuħ puri, fi żmien perjodu ta' tliet snin, jekk dik iż-żona tkun iddaħħlet fir-Reġistru ta' l-Oqsma tad-Dwieli ta' l-Istat Membru konċernat.

4. Meta l-paragrafu 3(a) jew (ċ) jkun applikat, l-Istati Membri għandhom jimponu penali amministrattiva xierqa fuq il-produtturi kkonċernati.

5. Il-paragrafu 3(ċ) jista' jintuża biss fir-rigward ta' żona mhux ikbar mil-limitu ta' 1,2 % taż-żona bid-dwieli.

6. Meta l-paragrafu 3 (b) jkun applikat:

(a) jekk dak li jkabbar jikseb id-drittijiet minn riserva, dawn jistgħu jinkisbu biss permezz ta' l-Artikolu 5(3)(b) u huwa għandu jħallas 150 % tal-prezz normalment imponut mill-Istati Membri permezz ta' dik id-dispożizzjoni, jew

(b) jekk min ikabbar ikun xtara d-dritt ta' tħawwil mill-ġdid, dan għandu jkopri ż-żona kkonċernata, b'żieda ta' 50 %, u dan l-ammont ta' l-aħħar għandu jiġi ttrasferit lir-riserva jew lir-riservi bi qbil ma' l-Artikolu 5 jew miżjud mal-volum ta' drittijiet ta' tħawwil maħluqa mill-ġdid fl-Artikolu 6(1) fejn l-Artikolu 5(8) jkun applikat.

7. Żoni mħawla bi dwieli ta' varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid permezz ta' l-Artikolu 19(1):

(a) mħawla mill-1 ta 'Settembru 1998 li l-produzzjoni tagħhom bi qbil ma' l-Artikoli 6(3) jew 7(4) tar-Regolament (KEE) Nru 822/87 jistgħu jkunu disponuti biss permezz ta' distillazzjoni, jew

(b) mħawla bi ksur tal-projbizzjoni dwar it-tħawwil fil-paragrafu 1, għandhom jiġu mnaddfa.

L-ispejjeż ta' dan it-tindif għandhom ikunu merfuha mill-produttur konċernat. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jassiguraw li dan il-paragrafu jkun applikat.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu drittijiet ġodda ta' tħawwil lill-produtturi fir-rigward ta' żoni:

(a) intenzjonati għal tħawwil ġdid li jsir permezz tal-miżuri għall-konsolidazzjoni ta' l-art jew miżuri li jikkonċernaw xiri obbligatorju fl-interess pubbliku adottat permezz tal-leġislazzjoni nazzjonali,

(b) intenzjonati għal esperimenti tat-tkabbir tad-dwieli ta' l-inbid, jew

(ċ) intiżi għal mixtliet għat-tilqim.

L-Istati Membri jistgħu jagħtu wkoll drittijiet ta' tħawwil ġodda fir-rigward ta' dawk iż-żoni li l-prodotti ta' l-inbid jew tad-dwieli tagħhom huma intenzjonati biss għall-konsum tal-familja ta' min ikabbar id-dwieli.

2. L-Istati Membri jistgħu jagħtu wkoll drittijiet ta' tħawwil ġodda sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju 2003 fir-rigward ta' żoni għall-produzzjoni ta' inbid ta' kwalità psr jew inbid tal-mejda deskritt permezz ta' l-indikazzjoni ġeografika fejn ikun rikonoxxut li, minħabba l-kwalità tiegħu, il-produzzjoni ta' l-inbid in kwestjoni hija wisq anqas mid-domanda.

3. Drittijiet ta' tħawwil ġodda għandhom jintużaw mill-produttur li jirċievihom, fir-rigward taż-żoni u għall-iskopijiet li jingħataw dwarhom.

4. Id-drittijiet ta' tħawwil ġodda għandhom jintużaw qabel it-tmiem tat-tieni sena ta' l-inbid li ssegwi dik ta' meta jkunu ngħataw. Drittijiet ta' tħawwil ġodda apparti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 li ma jkunux użati b'dak il-mod waqt dan il-perjodu għandhom jiġu allokati lejn riserva bi qbil ma' l-Artikolu 5(2)(a).

5. Drittijiet ta' tħawwil ġodda apparti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jingħataw biss lill-produtturi fil-limitu tal-kwantitajiet stabbiliti fl-Artikolu 6 (1). Għal dan l-iskop:

(a) qabel l-allokazzjoni tad-drittijiet ta' tħawwil maħluqa mill-ġdid kif hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 6 lejn riserva jew riservi, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-għoti ta' drittijiet ġodda ta' tħawwil ma jnaqqsux il-volum tad-drittijiet ta' tħawwil maħluqa mill-ġdid fl-Artikolu 6 (1) għal valur ta' anqas minn żero; u

(b) la darba Stat Membru jalloka d-drittijiet ta' tħawwil maħluqa mill-ġdid li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 6 lejn riserva jew riservi, l-għoti sussegwenti ta' dritt ġdid ta' tħawwil għandu jfisser li d-dritt ta' tħawwil li jkun jaqbel ma' żona egwali fir-rigward ta' uċuħ puri allokati għal riserva jew riservi relatati mar-reġjun in kwestjoni għandu jispiċċa. Jekk fir-riserva jew riservi konċernati ma jkunx hemm biżżejjed drittijiet ta' tħawwil disponibli, ma jista' jseħħ ebda għoti ta' drittijiet ġodda għat-tħawwil.

Artikolu 4

1. Id-drittijiet ta' tħawwil mill-ġdid għandhom ikunu:

(a) drittijiet ta' tħawwil mill-ġdid mogħtija permezz tal-paragrafu 2; jew

(b) drittijiet simili akkwistati permezz tal-leġislazzjoni Komunitarja jew nazzjonali preċedenti.

2. L-Istati Membri għandhom jagħtu drittijiet ta' tħawwil mill-ġdid lill-produtturi li jkunu naddfu żona tad-dwieli. L-Istati Membri jistgħu jagħtu drittijiet ta' tħawwil mill-ġdid lill-produtturi li jimpenjaw ruħhom li jnaddfu żona ta' dwieli, qabel it-tmiem tat-tielet sena ta' minn meta ż-żona kienet ġiet imħawla. Id-drittijiet ta' tħawwil mill-ġdid għandom ikunu għal żona ekwivalenti fir-rigward ta' uċuħ puri għal dik minn fejn id-dwieli ġew maqlugħa jew sejrin jinqalgħu.

3. Drittijiet ta' tħawwil mill-ġdid għandhom jiġu eżerċitati fuq l-oqsma li fir-rigward tagħhom ikunu ġew mogħtija. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw ukoll li dawn id-drittijiet ta' tħawwil mill-ġdid jistgħu jiġu eserċitati biss fiż-żona fejn seħħ it-tindif.

4. B'deroga mill-paragrafu 3, drittijiet ta' tħawwil mill-ġdid jistgħu jiġu trasferiti, totalment jew parzjalment, lejn oqsma oħra fl-istess Stat Membru meta:

(a) parti mill-oqsma konċernati tkun trasferita lejn dak il-qasam l-ieħor. F'dan il-każ, id-dritt jista' jintuża f'żona tal-qasam ta' l-aħħar mhux ikbar miż-żona trasferita; jew

(b) żoni fuq dik il-proprjeta l-oħra intenzjonati għal:

(i) produzzjoni ta' nbejjed ta' kwalità jew inbejjed tal-mejda li huma deskritti permezz ta' indikazzjoni ġeografika, jew

(ii) għall-kultivazzjoni ta' mixtliet għat-tilqim.

Id-drittijiet jistgħu jintużaw biss fir-rigward taż-żoni u għall-iskopijiet li ngħataw għalihom.

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-applikazzjoni ta' dawn id-derogi ma jwassalx għal żieda ġenerali fil-potenzjal tal-produzzjoni fit-territorju tagħhom, partikolarment meta jsiru trasferimenti minn żoni mhux imsoqqija għal żoni msoqqija.

5. Drittijiet ta' tħawwil mill-ġdid akkwistati permezz ta' dan ir-Regolament għandhom jintużaw qabel it-tmiem tal-ħames sena ta' l-inbid wara t-tmiem ta' dik ta' meta jsir it-tindif. B'deroga, dan il-perjodu jista' jiġi mtawwal mill-Istati Membri sa tmien snin ta' l-inbid. Drittijiet ta' tħawwil mill-ġdid mhux użati waqt dan il-perjodu għandhom jiġu allokati lejn riserva bi qbil ma' l-Artikolu 5(2)(a).

Artikolu 5

1. Sabiex tittejjeb it-tmexxija tal-potenzjal tal-produzzjoni, fuq livell nazzjonali u/jew reġjonali, l-Istati Membri għandhom joħolqu riserva nazzjonali, u/jew skond ma jkun il-każ, riservi reġjonali, ta' drittijiet ta' tħawwil.

2. Dawn li ġejjin għandhom jiġu allokati lir-riserva jew riservi:

(a) drittijiet ġodda ta' tħawwil, drittijiet ta' tħawwil mill-ġdid u drittijiet ta' tħawwil mogħtija mir-riserva li ma jingħatawx fl-istess limiti ta' żmien stipulati rispettivament fl-Artikolu 3(4), l-Artikolu 4(5) u l-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu;

(b) drittijiet ta' tħawwil mill-ġdid allokati lir-riserva minn produtturi li għandhom dawn id-drittijiet, fejn dan ikun meħtieġ għal ħlas minn fondi nazzjonali, u li l-ammont tagħhom u kull dettal dwarhom, għandhom jiġu determinati mill-Istati Membri wara li dawn jikkunsidraw l-interessi leġittimi tal-partijiet;

(ċ) drittijiet ta' tħawwil maħluqa mill-ġdid, kif hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 6.

3. L-Istati Membri jistgħu jagħtu d-drittijiet allokati lejn riserva:

(a) mingħajr ħlas, lill-produtturi li huma taħt l-eta' ta' 40 sena, li jkollhom l-esperjenza u l-kompetenza tas-sengħa, li jkunu qegħdin jistabbilixxu għall-ewwel darba qasam ta' produzzjoni ta' l-inbid u li jkunu stabbiliti bħala l-kap tal-qasam; jew

(b) bi ħlas f'fondi nazzjonali u, fejn xieraq, fondi reġjonali, lejn il-produtturi li jkunu beħsiebhom jużaw id-drittijiet sabiex iħawlu oqsma tad-dwieli li l-produzzjoni tagħhom għandhom żbokk assigurat. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kriterji għall-iffissar ta' l-ammonti tal-ħlas li jistgħu jvarjaw skond il-prodott finali intenzjonat ta' l-oqsma tad-dwieli konċernati.

4. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-lokalità ta' fejn jintużaw d-drittijiet ta' tħawwil minn riserva, il-varjetajiet użati u t-teknika tal-koltivazzjoni użati jiggarantixxu li l-produzzjoni sussegwenti tkun addattata għad-domanda fis-suq u li l-frott konċernat ikun tipiku għall-medja fir-reġjun fejn jintużaw dawn id-drittijiet, u b'mod partikolari, meta d-drittijiet ta' tħawwil li joriġinaw minn żoni li ma humiex imsoqqija jintużaw f'żoni msoqqija.

5. Id-drittijiet ta' tħawwil allokati lejn riserva jistgħu jingħataw mir-riserva mhux aktar tard mit-tmiem tal-ħames sena ta' l-inbid li tiġi wara dik meta jkunu ġew allokati. Id-drittijiet ta' tħawwil li ma jingħatawx sa dak iż-żmien għandhom jispiċċaw.

6. Id-drittijiet ta' tħawwil mogħtija minn riserva għandhom jintużaw qabel it-tmiem tat-tieni sena ta' l-inbid wara dik ta' meta jingħataw. Id-drittijiet ta' tħawwil mogħtija minn riserva u li ma jintużawx waqt dan il-perjodu għandhom jiġu allokati lejn riserva permezz tal-paragrafu 2(a).

7. Meta Stat Membru joħloq riservi reġjonali, jista' jistipula regoli li jippermettu t-trasferiment tad-drittijiet ta' tħawwil bejn riservi reġjonali. Jekk riservi reġjonali u nazzjonali jeżistu fl-istess ħin fl-istess Stat Membru, trasferimenti bejn dawn ir-riservi huwa wkoll permissibbli.

It-trasferimenti msemmija f'dan il-paragrafu jistgħu jkunu soġġetti għal koeffiċjent ta' tnaqqis.

8. B'deroga mill-paragrafi 1 sa 7, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tagħżel li ma timplimentax is-sistema ta' riserva sakemm l-Istat Membru jkun jista' jġib prova li teżisti sistema effettiva għat-tmexxija tad-drittijiet tat-tħawwil fit-territorju kollu tiegħu. Is-sistema tista', meta dan ikun meħtieġ, tidderoga mid-dispożizzjonijiet relevanti ta' dan il-Kapitolu. Jekk Stat Membru jkollu sistema ta' din ix-xorta, id-drittijiet tat-tħawwil mill-ġdid kif hemm referenza dwarhom fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 4(5) jistgħu jiġu estiżi b'ħames snin ta' l-inbid. It-tieni sentenza ta' l-Artikolu 4(5) għandha tibqa' applikabbli.

Artikolu 6

1. Id-dritijiet ġodda tat-tħawwil, inklużi d-drittijiet tat-tħawwil ġdid mogħtija mill-Istati Membri permezz ta' l-Artikolu 3(2), għandhom jiġu allokati kif ġej:

(a)Il-Ġermanja: | 1534 Ett |

Il-Greċja: | 1098 Ett |

Spanja: | 17355 Ett |

Franza: | 13565 Ett |

L-Italja: | 12933 Ett |

Il-Lussemburgu: | 18 Ett |

L-Awstria: | 737 Ett |

Il-Portugall: | 3760 ett |

(b)Riserva Komunitarja: | 17000 ett |

2. Id-drittijiet ġodda tat-tħawwil jistgħu jiġu allokati biss lejn riserva jew użati permezz ta' l-Artikolu 2(3)(b) meta l-Istat Membru jkun ħejja l-inventarju tal-potenzjal tal-produzzjoni bi qbil ma' l-Artikolu 16.

3. L-allokazzjoni tad-drittijiet ġodda tat-tħawwil li hemm referenza dwarhom fil-paragafu 1 lejn riserva jew għall-użu tagħhom permezz tal-Artikolu 2(3)(b) jistgħu jseħħu darba biss.

Artikolu 7

1. Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għal dan il-Kapitolu:

(a) tindif tfisser l-eliminazzjoni kompleta tad-dwieli kollha fuq art miżrugħa bid-dwieli;

(b) tħawwil tfisser l-istabbiliment definit ta' pjanti tad-dwieli jew partijiet minn pjanti tad-dwieli, kemm jekk imlaqqma u kemm jekk le, bl-għan tal-produzzjoni ta' l-għeneb jew li tkun stabbilita mixtla għat-tilqim;

(ċ) id-drittijiet tat-tħawwil ifisser id-dritt li jkunu mħawla d-dwieli permezz tad-dritt ġdid tat-tħawwil, dritt tat-tħawwil mill-ġdid, dritt tat-tħawwil mogħti minn riserva jew dritt tat-tħawwil maħluq mill-ġdid bi qbil mal-kondizzjonijiet li jinsabu rispettivament fl-Artikoli 3, 4, 5 u 6;

(d) dritt tat-tħawwil mill-ġdid ifisser id-dritt li wieħed iħawwel dwieli f'żona ekwivalenti fir-rigward ta' uċuħ tar-raba puri għal dik minn fejn id-dwieli nqalgħu jew sejrin jinqalgħu bi qbil mal-kondizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 4 u fl-Artikolu 5(8);

(e) tilqim fuq ieħor tfisser it-tilqim ta' dielja li diġà kienet ġiet mlaqqma qabel.

2. It-Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 75.

Dawn ir-regoli jistgħu partikolarment jinkludu:

- id-dispożizzjonijiet li jirregolaw id-distillazzjoni tal-prodotti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 2(7),

- id-dispisozzjonijiet sabiex jiġi evitat ħlas amministrattiv eċċessiv meta jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu,

- ir-rikonoxximent li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 3 (2)

- il-koeżistenza ta' dwieli permezz ta' l-Artikolu 4(2),

- l-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta' tnaqqis li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 5 (7),

- it-tħaddim tar-riserva Komunitarja li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 6 (1), B'mod partikolari, ir-regoli jistgħu jipprovdu li fil-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2003 għall-allokazzjoni ta' drittijiet tat-tħawwil maħluqa mill-ġdid mir-riserva Komunitarja lejn l-Istati Membri għal użu f'reġjuni fejn jista' jintwera li hemm ħtieġa addizzjonali li tista' tkun milħuqa bl-allokazzjoni ta' dawn id-drittijiet maħluqa ġodda tat-tħawwil,

- id-dispożizzjonijiet biex jassikuraw li d-drittijiet ġodda tat-tħawwil mogħtija bi qbil ma' l-Artikolu 3(1) ma jxejnux il-projbizzjoni fuq tħawwil ġdid fl-Artikolu 2(1).

3. Sal-31 ta' Diċembru 2003, u f'intervalli ta' tliet snin mid-data, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill dwar l-operazzjoni ta' dan il-Kapitolu. Ir-rapport jista' jiġi akkumpanjat, jekk xieraq, bi proposti dwar l-għoti ulterjuri ta' drittijiet tat-tħawwil maħluqin ġodda.

KAPITOLU II

LAĠĠJU TA' L-ABBANDUN

Artikolu 8

1. Jista' jingħata laġġju għall-abbandun permanenti tat-tkabbir tad-dwieli f'żona partikolari;

Il-laġġju jista' jingħata, mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, lejn il-produtturi ta' żoni kultivati tat-tkabbir tad-dwieli għall-produzzjoni ta' għeneb ta' l-inbid. Iż-żona konċernata m'għandhiex tkun anqas minn 10 acres.

2. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw f'liema żoni għandu jingħata l-laġġju. Jistgħu wkoll jagħmlu n-nominazzjoni soġġetta għal kondizzjonijiet, inklużi dawk intenzjonati biex jassiguraw bilanċ bejn il-produzzjoni u l-ekoloġija fir-reġjuni konċernati.

3. L-għoti tal-laġġju għandu jikkawża li l-produttur li jitlef kull dritt tat-tħawwil mill-ġdid fir-rigward taż-żona li għaliha jingħata l-laġġju.

4. L-Istati Membri għandhom jiffissaw il-livell tal-laġġju għal kull ettaru, wara li jikkunsidraw:

(a) il-frott agrikolu jew il-kapaċità tal-produzzjoni tal-qasam,

(b) il-metodu tal-produzzjoni,

(ċ) iż-żona konċernata b'paragun maż-żona tal-qasam,

(d) it-tip ta' nbid magħmul,

(e) l-eżistenza ta' kultivazzjoni assoċjata.

5. Il-livell tal-laġġju m'għandux jaqbeż il-livelli stipulati.

Artikolu 9

Dawn li ġejjin m'għandhomx jikkwalifikaw għall-laġġju:

(a) żoni kultivati fejn jitkabbru d-dwieli li fir-rigward tagħhom ksur ta' dispożizzjonijiet Komunitarji jew nazzjonali li jirrigwardaw it-tħawwil ikun ġie rreġistrat waqt perjodu li jrid jiġi determinat u li ma jistax jeċċedix l-10 snin ta' l-inbid;

(b) żoni tat-tkabbir tad-dwieli ta' l-inbid li ħadd m'għadu jieħu ħsiebhom;

(ċ) żoni tat-tkabbir tad-dwieli li kienu nżergħu waqt perjodu li jrid jiġi ddeterminat u li ma jistax jeċċedi s-snin ta' l-inbid;

(d) żoni tat-tkabbir tad-dwieli li rċevew finanzjament għar-ristrutturarizzazzjoni u għall-konverżjoni tagħhom waqt perjodu li jrid jiġi ddeterminat li ma jistax jeċċedi s-snin ta' l-inbid;

Artikolu 10

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 75.

Dawn ir-regoli jistgħu partikolarment jinkludu:

(a) id-dati għas-sottomissjoni ta' l-applikazzjonijiet u għall-eżekuzzjoni tat-tindif;

(b) kondizzjonijiet għall-għoti ta' ħlasijiet

(ċ) il-livelli massimi tal-laġġju li hemm referenza dwarhom fl-Arikolu 8(5);

(d) konsiderazzjonijiet ambjentali;

(e) li jistipulaw il-perjodi li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 9.

KAPITOLU III

RISTRUTTURARIZZAZZJONI U KONVERŻJONI

Artikolu 11

1. Sistema għar-ristruzzurazzjoni u l-konverżjoni ta' oqsma tad-dwieli hija b'hekk stabbilita.

2. L-għan tas-sistema għandu jkun l-addattazzjoni tal-produzzjoni għad-domanda tas-suq.

3. Is-sistema għandha tkopri waħda jew iżjed minn dawn il-miżuri li ġejjin:

(a) konverżjoni varjetali, inkluż permezz ta' tilqim fuq ieħor;

(b) ri-allokazzjoni ta' l-oqsma tad-dwieli;

(ċ) titjib fit-teknika tat-tmexxija ta' l-oqsma tad-dwieli rrelatati ma' l-għanijiet tas-sistema.

Is-sistema m'għandhiex tkopri r-rinnovament normali ta' l-oqsma tad-dwieli li jkunu waslu fit-tmiem tal-ħajja naturali tagħhom.

4. Għandu jkun hemm aċċess għas-sistema biss f'dawk ir-reġjuni ta' Stat Membru fir-rigward ta' liema l-Istat Membru jkun ħejja l-inventarju tal-potenzjal tal-produzzjoni bi qbil ma' l-Artikolu 16.

Artikolu 12

L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-pjanijiet tar-ristrutturarizzazzjoni u tal-konverżjoni, inklużi, fejn xieraq, l-approvazzjoni ta' pjanijiet. Il-pjanijiet għandhom ikunu konformi mar-regoli stipulati f'dan il-Kapitolu u fil-leġislazzjoni implimentattiva.

Artikolu 13

1. Appoġġ għar-ristrutturazzjoni u għall-konverżjoni għandu jingħata biss fir-rigward ta' pjanijiet li jkunu ġew imħejjija u, meta meħtieġ, approvati mill-Istati Membri. L-appoġġ għandu jieħu l-forom li ġejjin:

(a) kumpens lill-produtturi għat-telf ta' dħul dovut minħabba l-implimentazzjoni tal-pjan, u

(b) kontribuzzjoni lejn l-ispejjeż ta' ristrutturazzjoni u konverżjoni.

2. Il-kumpens lill-produtturi għal telf ta' dħul jista' jieħu waħda mill-forom li ġejjin:

(a) permess għall-koeżistenza ta' dwieli kemm qodma u ġodda għal perjodu fiss li m'għandux jaqbeż it-tliet snin, minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu I ta' dan it-Titolu; jew

(b) kumpens finanzjarju, li għandu jkun iffinanzjat mill-Komunità.

3. Il-kontribuzzjoni tal-Komunità lejn l-ispejjeż ta' ristrutturazzjoni u konverżjoni m'għandhomx jeċċedu l-50 % ta' dawk l-ispejjeż. B'dana kollu, f'reġjuni kklassifikati bħala Objettiv 1 bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali [52], il-kontribuzzjoni tal-Komunità m'għandhiex teċċedi l-75 %. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14(4), l-Istati Membri ma jistgħux jikkontribwixxu għall-ispiża f'ebda wieħed minn dawn il-każi.

Artikolu 14

1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel allokazzjonijiet inizjali lejn l-Istati Membri kull sena fuq il-bażi ta' kriterji objettivi li jieħdu in konsiderazzjoni sitwazzjonijiet u bżonnijiet partikolari, u l-ħidma li trid issir fid-dawl ta' l-iskop ta' l-iskema.

2. Allokazzjonijiet inizjali għandhom jiġu addattati in vista ta' l-infieq reali u fuq il-bażi tal-previżjonijiet ta' l-infieq riveduti ppreżentati mill-Istati Membri wara li jittieħed akkont ta' l-iskop ta' l-iskema u soġġetti għall-fondi disponibbli.

3. L-allokazzjoni finanzjarja bejn Stati Membri għandha tieħu akkont tal-proporzjon tal-qasam tad-dwieli Komunitarja fl-Istat Membru konċernat.

4. Meta allokazzjoni finanzjarja fir-rigward ta' ċertu numru ta' ettari tkun saret lejn Stat Membru, dak l-Istat Membru jista' juża dik l-allokazzjoni finanzjarja fir-rigward ta' numru akbar ta' ettari minn dak allokat. F'dan il-kuntest, l-Istat Membru jista' juża fondi nazzjonali sabiex iżid l-ammont imnaqqas għal kull ettaru sal-livell tal-limitu oriġinali għal kull ettaru ta' l-allokazzjoni Komunitarja.

Artikolu 15

Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 75.

Dawn ir-regoli jistgħu partikolarment jinkludu:

(a) id-daqs minimu għall-qasam tad-dwieli kkonċernat;

(b) dispożizzjonijiet li jirregolaw l-użu tad-drittijiet tat-tħawwil mill-ġdid li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-pjanijiet;

(ċ) dispożizzjonijiet li jimmiraw ħalli jipprevjienu żieda fil-potenzjal tal-produzzjoni li joħorġu minn dan il-Kapitolu;

(d) ammonti massimi ta' appoġġ għal kull ettaru.

KAPITOLU IV

INFORMAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 16

1. L-inventarju tal-potenzjal tal-produzzjoni għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) iż-żoni bid-dwieli kklassifikati bħala varjetajiet għall-produzzjoni ta' l-inbid bis-saħħa ta' l-Artikolu 19(1) fit-territorju ta' l-Istat Membru konċernat:

(b) il-varjetajiet konċernati;

(ċ) l-ammont totali tad-drittijiet eżistenti tat-tħawwil;

(d) xi dispożizzjonijiet nazzjonali jew reġjonali adottati bis-saħħa ta' dan it-Titolu.

2. Stat Membru jista' jeżiġi li l-inventarju jrid ikun imħejji fuq bażi reġjonali. B'dana kollu, f'dan il-każ, l-inventarji reġjonali kollha jridu jiġu miġbura sal-31 ta' Diċembru 2001. Bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, jekk reġjun jonqos milli jħejji l-inventarju, dan m'għandux ifixkel l-applikazzjoni ta' dan it-Titolu fir-reġjunijiet l-oħrajn ta' dak l-Istat Membru.

Artikolu 17

1. Il-Kummissjoni tista' tevalwa:

(a) il-produzzjoni tal-prodotti tas-settur ta' l-inbid;

(b) l-użu industrijali ta' dawn il-prodotti;

(ċ) it-tendenzi ta' konsum għall-inbid u għall-prodotti l-oħra tas-settur ta' l-inbid li huma konsumibbli mingħajr proċessar ulterjuri;

(d) kull fattur ieħor li hemm bżonn li jkun magħruf għall-iskopijiet tat-tmexxija tas-suq jew tas-sistema għall-aġġustament tal-provvista.

2. Meta tagħmel dawn l-aġġustamenti, il-Kummissjoni tista' tuża għajnuna esterna.

3. Il-Kummissjoni għandha tiffinanzja studju indipendenti dwar l-użu ta' varjetajiet interspeċifiċi. Fuq il-bażi ta' dan l-istudju hija għandha tippreżenta sal-31 ta' Diċembru 2003 rapport lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill, akkumpanjat, jekk xieraq, bi proposti.

Artikolu 18

1. Il-produtturi ta' l-għeneb għall-produzzjoni ta' l-inbid u produtturi tal-most ta' l-għeneb u ta' l-inbid għandhom jiddikjaraw kull sena il-kwantitajiet li jkunu pproduċew mill-aħħar ħsad. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu wkoll li n-negozjanti ta' l-għeneb għall-produzzjoni ta' l-inbid li jiddikjaraw kull sena l-kwantitajiet kummerċjalizzati mill-aħħar ħsad.

2. Il-produtturi tal-most ta' l-għeneb u ta' l-inbid, u n-negozjanti apparti minn bejjiegħa bl-imnut, għandhom jiddikjaraw kull sena l-ħażniet tagħhom tal-most ta' l-għeneb u ta' l-inbid, kemm jekk ikunu mill-ħsad tas-sena preżenti u kemm jekk ikunu mill-ħsad ta' snin preċedenti. Most ta' l-għeneb u inbid importati minn pajjiżi terzi għandhom jiġu ddikjarati separatament.

Artikolu 19

1. L-Istati Membri għandhom jikklassifikaw il-varjetajiet tad-dwieli għall-produzzjoni ta' l-inbid. Il-varjetajiet ikklassifikati kollha għandhom jappartjenu għall-ispeċje Vitis vinifera jew jirriżulaw minn taħlita bejn din l-ispeċi u speċi oħrajn tal-ġenus Vitis. Il-varjetajiet li ġejjin ma jistgħux jiġu inklużi fil-klassifika:

- Noah

- Othello

- Isabelle

- Jacquez

- Clinton

- Herbemont.

2. Fil-klassifika tagħhom, l-Istati Membri għandhom jindikaw il-varjetajiet tad-dwieli addattati għall-produzzjoni ta' kull wieħed mill-inbejjed ta' kwalità psr prodotti fit-territorju tagħhom. Dawn il-varjetajiet għandhom ikunu ta' l-ispeċi Vitis vinifera.

3. Dawk il-varjetajiet biss ta' l-inbid li jidhru fil-klassifikazzjoni jistgħu jiġu mħawla, imħawla mill-ġdid jew imlaqqma fil-Komunità għall-iskop tal-produzzjoni ta' l-inbid. Din ir-restrizzjoni m'għandhiex tapplika għal dwieli użati għal riċerka xjentifika u esperimentali.

4. Żoni miżrugħin bil-varjetajiet tad-dwieli għall-iskop tal-produzzjoni ta' l-inbid mhux elenkati fil-klassifika għandhom jiġu mnaddfa, apparti minn meta l-produzzjoni f'dawn iż-żoni hija intenzjonata esklussivamnt għall-konsum tal-familja tal-produttur ta' l-inbid. L-Istati Membri għandhom jieħdu il-miżuri neċessarji sabiex jissorveljaw din l-eċċezzjoni.

5. Jekk xi varjetajiet jitħassru mill-klassifika, it-tindif għandu jsir fi żmien 15 il-sena minn meta jitħassru.

Artikolu 20

Ir-regoli li jirregolaw ir-reġistru Komunitarju ta' l-oqsma tad-dwieli għandhom ikunu dawk li jinsabu fir-Regolament (KEE) Nru 2392/86.

Artikolu 21

Il-Kapitoli I u II ta' dan it-Titolu m'għandhomx japplikaw fi Stati Membri fejn il-produzzjoni ta' l-inbid ma teċċedix il-25000 ettolitri għal kull sena ta' l-inbid. Din il-produzzjoni għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-produzzjoni medja waqt l-aħħar ħames snin ta' l-inbid.

Artikolu 22

L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli nazzjonali aktar restrittivi fir-rigward tat-tħawwil ġdid jew tħawwil mill-ġdid tad-dwieli jew tilqim fuq dwieli diġà mlaqqma. Jistgħu jirrikjedu li l-applikazzjonijiet u l-informazzjoni li hemm provvediment dwarhom f'dan it-Titolu jiġu ssupplimentati b'informazzjoni oħra meħtieġa għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-potenzjal tal-produzzjoni.

Artikolu 23

1. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 75.

Dawn jistgħu jittrattaw b'mod partikolari ma':

(a) il-format u l-livell ta' dettal ta' l-informazzjoni meħtieġa għall-inventarju li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 16;

(b) it-tmexxija tal-klassifikazjzoni tal-varjetajiet tad-dwieli li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 19;

(ċ) id-destinazzjoni tal-prodotti minn varjetajiet ta' l-għeneb li ma jidhrux f'din il-klassifika.

2. Jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet dwar dokument appoġġanti għal materjali veġetattivi ta' multiplikazzjoni tad-dwieli, u regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tagħhom, inklużi dawk li għandhom x'jaqsmu mal-kontroll, li jistgħu jkunu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 75.

3. Ir-Regolament (KEE) Nru 2392/86 jista' jiġi emendat jew imħassar bi qbil mal-proċedura li tinsab fl-Artikolu 75.

4. Bi qbil mal-proċedura li tinsab fl-Artikolu 75, għandu jiġi deċiż jekk Stat Membru jkunx ħejja l-inventarju li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 16, u jekk dik id-deċiżjoni għandhiex tiġi rrevokata f'ċirkostanzi xierqa, inkluż meta l-Istat Membru jkun naqas milli jaġġorna l-inventarju kif meħtieġ.

TITOLU III

MEKKANIŻMI TAS-SUQ

KAPITOLU I

GĦAJNUNA GĦAL ĦAŻNA PRIVATA

Artikolu 24

1. Għajnuna għandha tingħata lill-produtturi għall-ħażna privata ta':

(a) inbid tal-mejda;

(b) most ta' l-għeneb, most ta' l-għeneb konċentrat u għeneb konċentrat u rettifikat.

2. L-għajnuna għandha tingħata soġġetta għall-konklużjoni ma' l-aġenziji ta' l-intervenzjoni, bejn is-16 ta' Diċembru u l-15 ta' Frar tas-sena ta' wara u fuq kondizzjonijiet li jridu jiġu ddeterminati, ta' kuntratt ta' ħażna għal żmien twil.

3. Kuntratti ta' żmien twil ta' ħażna għandhom jiġu konklużi għal perjodu li jintemm:

(a) l-aktar kmieni, fir-rigward ta' nbejjed tal-mejda, fl-1 ta' Settembru wara d-data tal-konklużjoni, u għal most ta' l-għeneb, most ta' l-għeneb konċentrati, u most ta' l-għeneb konċentrat u rettifikat, fl-1 ta' Awissu wara d-data tal-konklużjoni;

(b) sa l-aktar tard, fit-30 ta' Novembru wara d-data tal-konklużjoni.

Artikolu 25

1. Il-konklużjoni ta' kuntratti tal-ħażna għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu partikolarment mal-kwalità tal-prodotti f'dak il-każ.

2. Għall-inbejjed tal-mejda, kuntratti tal-ħażna għandhom ikollhom dispożizzjonijiet dwar it-terminazzjoni tal-pagamenti ta' l-għajnuna u l-obbligazzjonijiet relattivi tal-produttur fir-rigward tal-kwantitajiet kollha jew ta' parti minnhom maħżuna jekk il-prezzijiet tas-suq għal dak it-tip ta' nbid tal-mejda konċernat jogħla aktar minn livell li jrid jiġi stabbilit.

3. L-ammont ta' għajnuna għal ħażna privata jista' jkopri biss l-ispejjeż tekniċi tal-ħażna u l-ispejjeż tal-imgħax, u t-tnejn li huma għandhom jiġu stabbiliti fuq rata normali.

4. Fir-rigward tal-most ta' l-għeneb konċentrati, dawn l-ammonti jistgħu jiġu aġġustati b'koeffiċjent li jaqbel mal-grad tal-konċentrazzjoni.

Artikolu 26

1. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 75.

Dawn ir-regoli jistgħu partikolarment jipprovdu:

- għall-iffissar tal-livell, tar-rata u tal-koeffiċjent li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 25,

- li kuntratti ta' terminu fit-tul għal ħażna ta' l-inbid tal-mejda jistgħu jiġu konklużi fir-rigward ta' nbejjed speċifiċi tal-mejda,

- li l-most ta' l-għeneb li huwa soġġett għal kuntratt f'terminu twil ta' ħażna jista' jiġi mibdul, totalment jew parzjalment, f'most ta' l-għeneb konċentrat jew most ta' l-għeneb konċentrat u rettifikat waqt il-perjodu tal-kuntratt,

- għal regoli li jikkonċernaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni għat-terminazzjoni tal-pagamenti ta' l-għajnuna kif hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 25(2),

- li l-mast ta' l-għeneb u most ta' l-għeneb konċentrat intenzjonati għall-manifattura ta' ġulepp ta' l-għeneb ma jistgħux ikunu s-soġġett ta' kuntratt f'terminu twil tal-ħażna,

- għat-tul effettiv tal-kuntratti.

2. Permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 75, jista' jiġi stipulat:

- li l-iskema ta' għajnuna għall-ħażna privata m'għandhiex tiġi applikata jekk ikun jidher mill-qagħda tas-suq li l-iskema m'hijiex iġġustifikata,

- li l-possibbiltà li jiġu konklużi aktar kuntratti ta' ħażna f'termini twal tista' tkun sospiża f'kull ħin jekk dan ikun iġġustifikat mill-qagħda tas-suq u b'mod partikolari mir-rata li biha l-kuntratti jkunu ġew konklużi.

KAPITOLU II

DISTILLAZZJONI

Artikolu 27

1. It-tagħsir eċċessiv ta' l-għeneb, kemm jekk mgħaffeġ u kemm jekk le, u t-tagħsir tal-karfa ta' l-inbid għandu jkun ipprojbit. Il-fermentazzjoni mill-ġdid tal-most ta' l-għeneb għal skopijiet oħrajn apparti minn dak ta' distillazzjoni għandha tkun ipprojbita.

2. L-iffiltrar u ċ-ċentrifugazzjoni tal-karfa ta' l-inbid m'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala tagħsir meta:

(a) il-prodotti miksuba jkunu ta' kwalità soda, ġenwina u merkantibbli,

(b) il-karfa ma tiġix imwassla għal stat imqadded.

3. Xi persuna fiżika jew legali jew grupp ta' persuni, bl-eċċezzjoni tal-persuni u l-gruppi li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 7, li jkunu għamlu l-inbid, huma meħtieġa li jikkonsenjaw għad-distillazzjoni l-prodotti sekondarji kollha ta' dik il-produzzjoni ta' l-inbid.

4. Il-kwantità ta' alkoħol li tinsab fil-prodotti sekondarji trid tkun ta' mill-anqas egwali għal 10 % fir-rigward tal-volum ta' l-alkoħol li jinsab fl-inbid prodott jekk l-inbid ikun sar direttament mill-għeneb. Apparti milli fil-każ ta' deroga għal każi li huma teknikament iġġustifikati, ma jistax ikun anqas minn 5 % jekk l-inbid ikun sar permezz tal-vinifikazzjoni tal-most ta' l-għeneb, most ta' l-għeneb parzjalment iffermentat jew inbejjed ġodda fil-fermentazzjoni. Jekk il-persentaġġ relevanti ma jintlaħaqx, dawk li huma soġġetti għall-obbligu għandhom jikkonsenjaw kwantità ta' inbid mill-produzzjoni tagħhom stess, b'mod li jassiguraw il-kisba ta' dak il-persentaġġ.

Derogi jistgħu jsiru mill-paragrafu 3 u mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għal kategoriji tal-produtturi li jridu jiġu ddeterminati, għal ċerti reġjuni tal-produzzjoni u għal inbejjed soġġetti għad-distillazzjoni li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 28.

5. L-obbligu ta' konsenja li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 3 tista' minnflok tiġi sodisfatta permezz tal-konsenja ta' l-inbid lejn manufattur tal-ħall.

6. Kull persuna fiżika jew legali jew grupp ta' persuni, bl-eċċezzjoni tal-persuni u gruppi li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 7, li jkollhom prodotti sekondarji ta' xi proċessar ta' l-inbid apparti minn vinifikazzjoni huma meħtieġa li jikkonsenjawhom għad-distillazzjoni.

7. Kull persuna fiżika jew legali jew gruppi ta' persuni li jipproċessaw l-għeneb maħsud fiż-żona tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid A jew fil-parti Ġermaniża taż-żona tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid B, jew f'żoni mħawla bid-dwieli fl-Awstrija għandhom ikunu meħtieġa li jirtiraw il-prodotti sekondarji ta' dan l-ipproċessar taħt sorveljanza u soġġetti għal kondizzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti.

8. Dawk li huma soġġetti għall-obbligi li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 3 jew li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 6 jistgħu jissodisfaw dak l-obbligu billi jirtiraw il-prodotti sekondarji tal-vinifikazzjoni taħt sorveljanza u bla ħsara għall-kondizzjonijiet li jridu jiġu ddeterminati.

9. Il-prezz tax-xiri 'l ġewwa tal-most ta' l-għeneb, karfa ta' l-inbid u nbid ikkonsenjat għad-distillazzjoni permezz ta' dan l-Artikolu għandu jkun ta' 0,995 Ewro bil- % vol/h.

10. Il-prezz imħallas mid-distillatur ma jistax ikun aktar baxx mill-prezz tax-xiri 'l ġewwa.

11. Id-distillatur jista' jew:

(a) jirċievi għajnuna fir-rigward tal-prodott biex ikun iddistillat sakemm il-prodott miksub permezz tad-distillazzjoni jkollu qawwa alkoħolika ta' mill-anqas 52 % vol; jew

(b) jikkonsenja l-prodott miksub permezz tad-distillazzjoni lejn l-aġenzija ta' l-intervent, basta li jkollu qawwa alkoħolika ta' mill-anqas 92 % vol.

Jekk l-inbid ikun ġie pproċessat f'inbid imsaħħaħ għad-distillazzjoni qabel ma ssir il-konsenja lejn id-distillatur, l-għajnuna li hemm referenza dwarha f'(a) għandha titħallas lill-manifattur ta' l-inbid imsaħħaħ u l-prodott tad-distillazzjoni ma jistax ikun ikkonsenjat lejn l-aġenzija ta' l-intervent.

12. Jista' jiġi deċiż li l-konsenja ta' l-alkoħol lejn l-aġenzija ta' l-intervent tista' tinbidel b'konsenja lejn l-operatur li jkun issottometta offerta fil-qafas ta' bejgħ organizzat għad-disponiment tal-prodotti tad-distillazzjoni li jkun ġie aċċettat permezz tal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 31(1).

13. Il-paragrafi 1 sa 12 m'għandhomx japplikaw għal ġulepp ta' l-għeneb jew jew ġulepp konċentrat ta' l-għeneb jew mast ta' l-għeneb intenzjonat għall-preparazzjoni ta' ġulepp ta' l-għeneb.

Artikolu 28

1. Meta l-inbid ikun prodott minn varjetà ta' għenba elenkata fil-klassifika għall-istess unità amministrattiva kemm bħala varjetà ta' għenba ta' l-inbid u bħala varjetà li tista' tintuża għal skop ieħor, kull inbid li jsir b'eċċess tal-kwantità normali u li ma jiġix esportat waqt is-sena ta' l-inbid konċernata għandu jkun iddistillat sa data li għandha tkun iddeterminata. Ħlief b'deroga, ma jistax ikun imċaqlaq apparti milli lejn distillerija.

2. Il-kwantità ta' l-inbid prodott normalment għandha tiġi ddeterminata minn:

(a) il-kwantitajiet li jkunu saru waqt perjodu ta' referenza li għandu jkun iddeterminat;

(b) il-kwantitajiet ta' l-inbid li jintużaw għal skopijiet tradizzjonali.

3. Il-prezz ta' xiri 'l ġewwa ta' l-inbid konsenjat għad-distillazzjoni permezz ta' dan l-Artikolu għandu jkun ta' 1,34 EUR kull- % tal-vol; jista' jvarja wkoll ma' tul sena partikolari ta' l-inbid basta li l-medja għal dik is-sena ta' l-inbid tibqa' 1,34 EUR kull- % tal-vol.

4. Il-prezz imħallas mid-distillatur ma jistax ikun aktar baxx mill-prezz tax-xiri 'l ġewwa.

5. Id-distillatur jista' jew:

(a) jirċievi għajnuna fir-rigward tal-prodott li għandu jkun iddistillat, basta li l-prodott miksub permezz tad-distillazzjoni jkollu qawwa alkoħolika ta' mill-anqas 52 % vol; jew

(b) jikkonsenja l-prodott miksub permezz tad-distillazzjoni lejn l-aġenzija ta' intervent, sakemm ikollu qawwa alkoħolika ta' mill-anqas 92 % vol.

Jekk l-inbid ikun ġie pproċessat f'inbid imsaħħaħ għad-distillazzjoni qabel ma ssir il-konsenja lid-distillatur, l-għajnuna li hemm referenza dwarha f'(a) għandha titħallas lill-manifattur ta' l-inbid imsaħħaħ u l-prodott tad-distillazzjoni ma jistax ikun ikkonsenjat lejn l-aġenzija ta' l-intervent.

6. Jista' jkun deċiż li l-konsenja ta' l-alkoħol lejn l-aġenzija ta' l-intervent tista' tinbidel b'konsenja lejn l-operatur li jkun ippreżenta offerta fil-qafas ta' bejgħ organizzat għad-disponiment tal-prodotti tad-distillazzjoni li jkun ġie aċċettat permezz tal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 31(1).

7. Dan l-Artikolu għandu japplika minkejja l-Artikolu 1(2).

Artikolu 29

1. Il-Komunità tista' tipprovdi appoġġ għad-distillazzjoni ta' nbejjed tal-mejda u inbejjed li huma addattati għall-produzzjoni ta' inbejjed tal-mejda sabiex tgħin lis-suq ta' l-inbid; tiffaċilita l-kontinwazzjoni tal-provvisti ta' distillat ta' l-inbid lejn dawk il-partijiet tas-settur ta' l-alkoħol potabbli, fejn l-użu ta' dan l-alkoħol ikun tradizzjonali.

2. L-appoġġ għandu jieħu l-forma ta' għajnuna primarja u għajnuna sekondarja mħallsa lid-distillaturi.

3. L-għajnuna primarja għandha titħallas fuq il-bażi tal-volum ta' inbid tal-mejda u nbid li huwa addattat għall-produzzjoni ta' nbid tal-mejda li jkun iddistillat.

4. L-għajnuna primarja għandha tiġi implimentata fuq il-bażi ta' sistema ta' kuntratti konklużi bejn id-distillaturi u l-produtturi ta' l-inbid. Għandu jiġi stabbilit prezz minimu li għandu jkun imħallas minn distillaturi lill-produtturi ta' l-inbid; dana jista' jvarja waqt sena ta' l-inbid partikolari basta li l-medja għal dik is-sena ta' l-inbid tibqa' ta' mill-anqas 2,488 EUR kull - % tal-vol.

5. Il-livell ta' għajnuna primarja għandu jirrefletti:

(a) il-ħtieġa li l-prezz minimu medju jiġi mħallas minn distillaturi lejn il-produtturi ta' l-inbid f'sena ta' l-inbid partikolari sabiex jiġi rispettat l-livell li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 4;

(b) il-bżonn li jinżammu provvisti għal żbokki tradizzjonali fis-settur ta' l-alkoħol potabbli bi prezzijiet kompetittivi.-

6. L-għajnuna sekondarja għandha tikkonsisti fi ħlas li jkopri l-ispejjeż raġonevoli tal-ħażna tal-prodott li jirriżulta. Din għandha sservi biex tiffaċilita l-ħidma tas-sistema ta' għajnuna primarja.

Artikolu 30

1. Jista' jkun hemm miżura ta' distillazzjoni fi kriżi jekk ikun hemm każ eċċezzjonali ta' xkiel fis-suq ikkawżat minn eċċessi serji u/jew problemi ta' kwalità.

2. Il-miżuri għandhom ikollhom bħala l-objettiv tagħhom l-eliminazzjoni ta' ġemgħat speċifiċi ta' eċċess:

(a) l-eliminazzjoni ta' ġemgħat speċifiċi ta' eċċess;

(b) l-assigurazzjoni li jkun hemm kontinwità fil-provvista minn ħsad għall-ieħor.

3. Il-miżura għandha tkun volontarja minn naħa tal-produtturi.

4. Il-miżura tista' tkun illimitata għal ċerti kategoriji ta' nbid jew ċerti setturi tal-produzzjoni. Il-miżura tista tkun applikata għal inbid ta' kwalità psr biss fuq it-talba ta' l-Istat Membru konċernat.

5. Kriterji għall-introduzzjoni tal-miżura jistgħu jkunu d-deterjorazzjoni demostrabbli, ma' tul medda taż-żmien, fil-prezz tas-suq għal kategorija ta' nbid jew inbejjed minn ċerti oqsma tal-produzzjoni.

6. Jekk il-Komunità tuża din il-miżura għal tliet snin wara xulxin, għal tip partikolari ta' nbid (f'settur partikolari), il-Kummissjoni għandha tħejji rapport għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill dwar il-kriżi persistenti, u jekk dan ikun xieraq għandha tinkludi proposti.

Artikolu 31

1. Alkoħol li jittieħed mill-aġenzija ta' l-intervent għandu jinbiegħ jew b'irkant pubbliku jew bi proċedura ta' offerti. Meta jinbiegħ dan l-alkoħol, kemm jista' jkun possibbli, l-awtoritajiet għandhom jevitaw li jaffetwaw l-iżbokki tas-suq ta' l-alkoħol li tradizzjonalment jiddependu fuq l-eżistenza ta' dawn l-iżbokki. Ma jistax jiġi mibjugħ fis-settur ta' l-alkoħol iddestinat għall-użu kommestibbli.

2. B'danakollu, jista' jkun deċiż li jekk il-provvista tal-parti ta' dak is-settur fejn l-użu ta' l-alkoħol ta' l-inbid huwa obbligatorju ma tkunx assigurata permezz ta' l-operazzjoni ta' l-Artikoli 27, 28 u 29, alkoħol ta' dik ix-xorta jista' jiġi mibjugħ f'dak is-settur.

Artikolu 32

1. Fir-rigward ta' l-inbejjed magħmula minn produtturi li jkunu żiedu l-qawwa alkoħolika billi jżidu sukrosju jew most ta' l-għeneb u li jkunu bbenefikaw mill-għajnuna li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 34, il-prezz tax-xiri l-ġewwa ffissat għal kull distillazzjoni, bl-eċċezzjoni ta' dak li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 27, għandu jiġi mnaqqas f'kull żona fejn jitkabbru d-dwieli għall-inbid b'ammont simili ta' rata fissa kkalkulata fuq il-bażi tal-livell ta' l-għajnuna li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 34 u fuq il-bażi taż-żieda fil-qawwa alkoħolika preskritta għaż-żona tat-tkabbir ta' dwieli għall-inbid konċernata.

2. Fuq talba tal-produttur konċernat, it-tnaqqis għandu japplika biss fil-limiti tal-kwantitajiet soġġetti għall-qawwa alkoħolika miżjuda li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1.

Artikolu 33

1. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 75.

Dawn ir-regoli jistgħu partikolarment jinkludu:

(a) id-deroga li hemm referenza dwarha f'dan il-Kapitolu;

(b) fir-rigward ta' l-Artikoli 27 u 28, il-kondizzjonijiet li permezz tagħhom għandha ssir id-distillazzjoni, l-evalwazzjoni tal-volum ta' alkoħol li jinsab fl-inbid prodott, il-kondizzjonijiet li permezz tagħhom il-prodotti jistgħu jiġu konsenjati lejn l-aġenzija ta' l-intervent, u l-prezzijiet tax-xiri 'l ġewwa tal-prodotti tad-distillazzjoni li jistgħu jkunu meħudha mill-aġenziji ta' l-intervent jew il-kriterji għall-iffissar ta' dawn il-prezzijiet;

(ċ) il-livelli minimi għandhom jiġu milħuqa mill-karfa u mill-fond ta' l-inbid;

(d) il-kondizzjonijiet li permezz tagħhom l-irtirar permezz ta' sorveljanza li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 27(7) jistgħu jitwettqu

(e) il-kwantitajiet ta' nbid normalment prodotti kif li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 28(2);

(f) il-mekkaniżmu dettaljat għall-applikazzjoni tal-miżuri li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 30, inklużi l-prodotti koperti minnu, u n-nixxiegħa tal-produzzjoni tal-prodotti tad-distillazzjoni b'mod partikolari sabiex jiġi evitat kull tfixkil tas-suq ta' l-alkoħol u xorb sprituż;

(g) id-dispożizzjoni għall-modulazzjoni tal-prezz tax-xiri 'l ġewwa li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 28(3);

(h) id-determinazzjoni tal-prezz minimu li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 29(4).

2. L-ammont ta' l-għajnuna li hemm referenza dwaru fl-Artikoli 27 u 28 li għandhom jippermettu li l-prodotti miksuba jiġu mibjugħa, l-ammont ta' l-għajnuna li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 29 u r-regoli li jiddefinixxu ċ-ċirkostanzi li jistgħu jwasslu biex tibda topera l-miżura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 30, u l-livell u l-forma ta' l-għajnuna finanzjarja Komunitarja għal dik il-miżura għandhom jiġu stabbiliti bil-proċedura elenkata fl-Artikolu 75.

KAPITOLU III

GĦAJNUNA GĦAL UŻU SPEĊIFIKU

Artikolu 34

1. Għajnuna hija b'hekk stabbilita għall-użu ta':

(a) most ta' l-għeneb konċentrati;

(b) most ta' l-għeneb konċentrati u rettifikati

prodotti fil-Komunità, fejn jintużaw sabiex tiżdied il-qawwa alkoħolika tal-prodotti ta' l-inbid li fir-rigward tagħhom żidiet bħal dawn huma awtorizzati fil-qofol ta' dak li jfisser dan ir-regolament.

2. L-għoti ta' l-għajnuna tista' tkun irriservata għal prodotti li jiġu miż-żona tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid C III jekk il-kummerċ fil-most ta' l-għeneb u l-kupaġġ ta' l-inbejjed ma jistax ikun iggarantit mingħajr din il-miżura.

3. L-ammont ta' l-għajnuna għandu jiġi ffissat f'EUR kull- % vol tal-qawwa potenzjali alkoħolika u għal kull ettolitru ta' most ta' l-għeneb konċentrat jew most ta' l-għeneb ikkonċentrat u rettifikat, wara li jittieħed akkont tad-differenza fil-prezz ta' arrikiment permezz ta' dawn il-prodotti u permezz ta' sukrosju.

Artikolu 35

1. Qiegħda tiġi stabbilita għajnuna għall-użu ta':

(a) most ta' l-għeneb u most ta' l-għeneb konċentrat prodott fil-Komunità għal skopijiet ta' manifattura tal-ġulepp ta' l-għeneb jew tal-manufattura ta' prodotti kommestibbli apparti minn dan il-ġulepp ta' l-għeneb;

(b) most ta' l-għeneb u most ta' l-għeneb konċentrat magħmula fiż-żona C III għall-iskop tal-manifattura, fir-Renju Unit u fl-Irlanda, prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 220600 li fir-rigward tagħhom, permezz ta' l-Anness VII, il-paragrafu 2 tal-punt C, l-użu ta' isem kompost li jinkludi l-kelma "inbid" jista' jkun permissibbli minn dawn l-Istati Membri;

(ċ) most ta' l-għeneb konċentrat prodott fil-Komunità bħala l-element ewlieni f'sett ta' prodotti mqiegħda fis-suq fir-Renju Unit u fl-Irlanda b'istruzzjonijiet ċari għall-konsumatur li jikseb minnha xarba li hija imitazzjoni ta' l-inbid (inbid magħmul id-dar).

2. B'deroga mill-paragrafu 1(b), jekk ir-restrizzjoni ġeografika rrelatata mal-produzzjoni ta' most ta' l-għeneb u most ta' l-għeneb konċentrat li hemm referenza dwaru f'dak il-punt jagħti lok għal tfixkil fil-kompetizzjoni, tista' tittieħed deċisjoni li l-għoti ta' l-għajnuna għandha tkun estiża għall-most ta' l-għeneb u most ta' l-għeneb konċentrat prodotti f'reġjunijiet tal-Komunità apparti miż-żona C III:

3. L-għajnuna li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 għandha tkun irriservata għall-użu tal-prodotti li jkunu ġejjin minn varjetajiet tad-dwieli li huma klassifikati esklussivament bħala għeneb ta' l-inbid inkella kemm bħala varjetà ta' l-għeneb ta' l-inbid u varjetà għal skop ieħor u tista' tingħata wkoll għal għeneb ta' l-oriġini Komunitarja mill-istess varjetajiet.

4. L-ammonti ta' għajnuna għandhom ikunu stabbiliti sabiex l-ispejjeż tal-provvista tal-most ta' l-għeneb u l-most ta' l-għeneb konċentrat li joriġinaw fil-Komunità jkunu tali li jistgħu jżommu l-iżbokki tas-suq tradizzjonali tagħhom.

5. Parti li trid tiġi ddeterminata ta' l-għajnuna li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 1(a) għandha tiġi mwarrba għall-organizzazzjoni ta' kampanji li jippromwovu l-konsum tal-ġulepp ta' l-għeneb. L-għajnuna tista', għall-iskopijiet ta' l-organizzar ta' kampanji bħal dawn, tkun stabbilita fuq livell aktar għoli minn dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 4.

Artikolu 36

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 75.

Dawn ir-regoli għandhom partikolarment jinkludu:

(a) il-kondizzjonijiet għall-għoti ta' l-għajnuna li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 34 (1);

(b) il-miżuri meħtieġa biex jassiguraw kontroll ta' l-użu tal-prodotti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 35(1);

(ċ) l-ammont ta' l-għajnuna li hemm referenza dwarha fl-Artikoli 34 u 35, li għandu jiġi stabbilit qabel il-bidu ta' kull sena ta' l-inbid;

(d) id-deċiżjoni li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 35 (2).

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 37

Il-produtturi soġġetti għall-obbligi li hemm referenza dwarhom fl-Artikoli 27 u 28 għandhom ikunu intitolati li jibbenefikaw mill miżuri ta' l-intervent permezz ta' dan it-Titolu basta li jkunu konformi ma' l-obbligi ta' hawn fuq għal perjodu ta' referenza li jrid jiġi ddeterminat. Dak il-perjodu, u r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 75.

Artikolu 38

1. Jekk prezzijiet li huma għoljin b'mod eċċessiv għal xi tip ta' nbid jiġu rreġistrati fis-Suq Komunitarju u s-sitwazzjoni tkun aktarx li tkompli, b'mod li tfixkel dak is-suq, il-miżuri meħtieġa jistgħu jittieħdu mill-Kummissjoni.

2. Sa fejn ikun meħtieġ biex jingħata appoġġ lis-suq ta' l-inbejjed tal-mejda, jistgħu jiġu adottati miżuri ta' l-intervent fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2)(b) apparti minn inbid tal-mejda bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 75.

TITOLU IV

ORGANIZZAZZJONIJIET TA' PRODUTTURI U ORGANIZZAZZJONIJIET SETTORALI

KAPITOLU I

ORGANIZZAZZJONIJIET TA' PRODUTTURI

Artikolu 39

1. "Organizzazzjoni ta' produtturi", jekk rikonoxxuta permezz ta' dan ir-Regolament, tfisser kull entità ġuridika li:

(a) hija ffurmata fuq inizjattiva tal-produtturi ta' prodotti koperti b'dan ir-Regolament;

(b) li b'mod partikolari għandha l-iskop li:

(i) tassigura li l-produzzjoni tkun ippjanata u aġġustata bi qbil mat-talba, partikolarment fir-rigward tal-kwalità u tal-kwantità;

(ii) tippromwovi l-konċentrazzjoni tal-provvista u t-tpoġġija fis-suq tal-prodotti prodotti mill-membri tagħha;

(iii) tnaqqas l-ispejjeż tal-produzzjoni u tistabbilizza l-prezzijiet tal-produtturi;

(iv) tippromwovi l-użu ta' prattiċi ta' kultivazzjoni, teknika tal-produzzjoni u prattiċi ta' l-amministrazzjoni ta' l-iskart, u partikolarment li jipproteġu l-kwalità ta' l-ilma, tal-ħamrija u tal-pajsaġġ u li jippriservaw u/jew jinkuraġġixxu l-biodiversità'.

2. Organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti permezz ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu meħtieġa li jkunu kapaċi jimponu penali xierqa fuq il-membri tagħhom għal ksur ta' l-obbligi permezz tar-regoli ta' l-assoċjazzjoni.

3. L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu bħala organizzazzjonijiet ta' produtturi għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, il-gruppi ta' produtturi kollha li japplikaw għal dan ir-rikonoxximent, bil-kondizzjoni li:

(a) ikunu ssodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 u li jipprovdu l-evidenza relevanti, inkluża prova li huma għandhom numru minimu ta' membri u li jkopru volum minimu ta' produzzjoni li tista' titpoġġa fuq is-suq;

(b) ikun hemm biżżejjed prova li jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom sewwa, kemm fir-rigward tal-ħin u kemm fir-rigward ta' l-effiċjenza;

(ċ) li huma jgħinu lill-membri tagħhom b'mod effettiv sabiex dawn jiksbu għajnuna teknika fl-użu ta' prattiċi ta' kultivazzjoni li huma tajbin għall-ambjent.

Artikolu 40

1. L-Istati Membri għandhom:

(a) jiddeċiedu jekk jagħtux rikonoxximent lil-organizzazzjoni ta' produtturi fi żmien tliet xhur tal-preżentazzjoni ta' applikazzjoni bid-dokumenti appoġġanti kollha magħha;

(b) iwettqu kontrolli f'intervalli regolari sabiex jivverifikaw li l-organizzazzjonijiet ta' produtturi jkunu konformi mal-kondizzjonijiet tar-rikonoxximent, jimponu l-penali li għandhom japplikaw għal dawn l-organizzazzjonijiet f'każ li ma jkunx hemm konformità u jiddeċiedu, fejn dan ikun meħtieġ, li jirtiraw ir-rikonoxximent;

(ċ) jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn, b'kull deċiżjoni li bis-saħħa tagħha jingħata jew jiġi rtirat ir-rikonoxximent.

2. Il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-Artikolu 39 u l-paragrafu 1(b) ta' dan l-Artikolu jkun hemm konformità magħhom billi twettaq verifiki u fid-dawl ta' dawn il-verifiki għandha, fejn xieraq, titlob lill-Istati Membri biex jirtiraw ir-rikonoxximent.

KAPITOLU II

ORGANIZZAZZJONIJIET SETTORALI

Artikolu 41

1. Sabiex tittejjeb l-operazzjoni tas-suq fi nbejjed ta' kwalità psr u nbejjed tal-mejda deskritti permezz ta' l-indikazzjoni ġeografika, Stati Membri produtturi, partikolarment waqt li jimplimentaw id-deċisjonijiet meħuda minn organizzazzjonijiet settorali, jistgħu jistipolaw regoli tas-suq biex jirregolaw il-provvista meta jitpoġġew fis-suq għall-ewwel darba, basta li dawn ir-regoli ikollhom x'jaqsmu maż-żamma u/jew mar-rilaxx bil-mod tal-prodott, b'esklużjoni ta' kull xorta ta' prattika kkonċertata bħalma hi:

- l-iffissar tal-prezzijiet, anki jekk dan isir biss bħala gwida jew bħala rakkomandazzjoni,

- li jsir mhux disponibbli proporzjon eċċessiv tas-sena ta' qtigħ u l-għasir li normalment ikun disponibbli u, b'mod ġenerali, kull operazzjoni abnormali intenzjonata biex trażżan il-provvista,

- li jirrifjutaw li joħorġu ċ-ċertifikati nazzjonali u/jew Komunitarji meħtieġa għaċ-ċirkolazzjoni u għat-tpoġġija fis-suq ta' prodotti ta' l-inbid meta din it-tpoġġija fis-suq tkun bi qbil ma' dawk ir-regoli.

2. Ir-regoli li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 għandhom jinġiebu għall-attenzjoni ta' l-operaturi, in extenso, billi jiġu ppubblikati f'pubblikazzjoni uffiċjali ta' l-Istat Membru konċernat.

3. Kull sena l-Istati Membri li jkunu nqdew bill-possibbiltajiet offruti mill-paragrafu 1 għandhom jirrapportaw lejn il-Kummissjoni dwar deċiżjonijiet adottati fis-sena preċedenti bis-saħħa ta' dawk il-possibbiltajiet. Il-Kummissjoni għandha teżamina jekk dawn ikunux konformi mal-liġi Komunitarja, b'mod partikolari mar-regoli dwar il-moviment ħieles (Artikoli 28 sa 31 tat-trattat), u l-kompetizzjoni (Artikoli 81 sa 86 tat-Trattat) u l-prinċipju ta' nuqqas ta' diskriminazzjoni (Artikolu 34(3) tat-Trattat).

4. L-organizzazzjonijiet li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 għandhom iwettqu diversi mill-miżuri segwenti f'reġjun wieħed jew iżjed tal-Komunità, wara li jieħdu akkont ta' l-interessi tal-konsumaturi:

(i) li jtejbu l-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq;

(ii) li jgħinu sabiex jiġi koordinat aħjar il-mod kif jitpoġġew prodotti fis-suq, b'mod partikolari permezz ta' riċerka u studji dwar is-suq;

(iii) jitħejjew formuli standard ta' kuntratti kumpatibbli mar-regoli Komunitarji;

(iv) li jiġi sfruttat aktar bis-sħiħ il-potenzjal tal-produzzjoni;

(v) li tingħata l-informazzjoni u li titwettaq ir-riċerka meħtieġa sabiex il-produzzjoni tiġi aġġustata lejn prodotti li huma aktar addattati għall-ħtiġijiet tas-suq u l-gosti u l-aspettattivi tal-konsumaturi, partikolarment fir-rigward tal-kwalità tal-prodott u l-ħarsien ta' l-ambjent;

(vi) li jfittxu mezzi sabiex jiġi ristrett l-użu ta' prodotti għas-saħħa tal-pjanti u addittivi oħrajn u li jassiguraw il-kwalità tal-prodott u l-konservazzjoni tal-ħamrija u ta' l-ilma;

(vii) li jiżviluppaw metodi u strumenti sabiex tittejjeb il-kwalità tal-prodott fl-istadji kollha tal-produzzjoni, vinifikazzjoni, u tpoġġija fuq is-suq:

(viii) li jisfruttaw il-potenzjal u li jipproteġu l-biedja organika kif ukoll disinjazzjonijiet ta' l-oriġini, it-tikketti ta' kwalità u l-indikazzjonijiet ġeografiċi;

(ix) li jippromwovu, b'mod partikolari, il-produzzjoni integrata u metodi oħrajn ta' produzzjoni li huma tajbin għall-ambjent.

TITOLU V

PRATTIĊI U PROĊESSI ENOLOĠIĊI, DESKRIZZJONI, DISINJAZZJONI, PREŻENTAZZJONI U PROTEZZJONI

KAPITOLU I

PRATTIĊI U PROĊESSI ENOLOĠIĊI

Artikolu 42

1. Prattiċi u proċessi enoloġiċi li huma awtorizzati mill-Komunità huma stabbiliti għall-produzzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament apparti minn ġulepp ta' l-għeneb u most ta' l-għeneb u most ta' l-għeneb konċentrat intenzjonati għall-preparazzjoni ta' ġulepp ta' l-għeneb.

2. Prattiċi u proċessi enoloġiċi awtorizzati biss jistgħu jintużaw sabiex ikunu assigurati l-vinifikazzjoni, il-preserazzjoni u r-raffinar xieraq tal-prodott.

3. Prattiċi u proċessi enoloġiċi awtorizzati għandhom jeskludu ż-żieda ta' l-ilma, ħlief meta dan ikun meħtieġ minn neċessità teknika speċifika, kif ukoll iż-żieda ta' l-alkoħol, ħlief fil-każ ta' most ta' l-għeneb frisk meta l-fermentazzjoni tkun imwaqqfa permezz taż-żieda ta' l-alkoħol, inbid likuruż, inbid frizzanti, inbid imsaħħaħ għad-distillazzjoni u, f'kondizzjonijiet li għandhom ikunu ddeterminati, inbid semi-frizzanti.

4. L-Istati Membri jistgħu, fir-rigward tal-prattiċi u l-proċessi enoloġiċi, jimponu kondizzjonijiet aktar stretti sabiex jassiguraw il-preservazzjoni tal-karatteristiċi essenzjali ta' nbejjed ta' kwalità psr, inbejjed tal-mejda li huma deskritti permezz ta' l-indikazzjoni ġeografika u magħmula fit-terrotirju tagħhom, inbejjed frizzanti u inbejjed likurużi. Huma għandhom jikkomunikaw dawn il-kondizzjonijiet lill-Kummissjoni, li għandha iġġibhom għall-attenzjoni ta' l-Istati Membri l-oħra.

5. Ħlief jekk jiġi deċiż mod ieħor, għeneb biss li jappartjeni għall-varjetajiet elenkati fil-klassifika stabbilita bi qbil ma' l-Artikolu 19 bħala varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid, jew prodotti dderivati minnhom, jistgħu jintużaw fil-Komunità għall-manifattura ta':

(a) most ta' l-għeneb meta l-fermentazzjoni tkun imwaqqfa permezz taż-żieda ta' alkoħol

(b) most ta' l-għeneb konċentrati;

(ċ) most ta' l-għeneb konċentrati u rettifikati

(d) inbid addattat għall-produzzjoni ta' nbid tal-mejda;

(e) inbid tal-mejda;

(f) Inbejjed ta' kwalità psr;

(g) inbid likuruż;

(h) most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni, miksub minn għeneb magħmul fi żbib;

(i) inbid minn għeneb li jkun misjur iżżejjed.

6. Il-kuppaġġ ta' nbid addattat għall-produzzjoni ta' nbid abjad tal-mejda jew ta' inbid tal-mejda flimkien ma nbid addattat għall-produzzjoni ta' inbid aħmar tal-mejda jew ma' nbid aħmar tal-mejda ma' jistax jipproduċi inbid tal-mejda.

B'danakollu, din id-dispożizzjoni m'għandhiex twaqqaf, f'ċerti każijiet li għandhom ikunu ddeterminati, li kuppaġġ kif hemm referenza dwaru fl-ewwel sub-paragrafu, basta li l-prodott li jirriżulta jkollu l-karatteristiċi ta' nbid aħmar tal-mejda.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, kuppaġġ ta' din ix-xorta għandu jkun permissibbli sal-31 ta' Lulju 2005, f'żoni fejn prattika bħal din hija tradizzjonali, bi qbil mar-regoli ddettaljati li għandhom ikunu stipulati.

Artikolu 43

1. Il-prattiċi u l-proċessi enoloġiċi awtorizzati huma elenkati fl-Anness IV u fl-Anness V.

2. B'mod partikolari:

- il-prattiċi u l-proċessi enoloġiċi awtorizzati li jirrigwardaw l-arrikkiment, l-aċidifikazzjoni, id-di-aċidifikazzjoni u ż-żieda ta' ħlewwa, u r-regoli li jirrigwardaw il-kontenut tad-diossidu tal-kubrit u l-kontenut massimu tal-kontenut ta' aċidu volatili, jinsabu fl-Anness V, il-punti A sa G,

- il-prattiċi u l-proċessi enoloġiċi awtorizzati u r-regoli li jirrigwardaw il-produzzjoni ta' l-inbid frizzanti u l-inbid frizzanti ta' kwalità, jinsabu fil-punti H u I ta' l-Anness V,

- il-prattiċi u l-proċessi enoloġiċi awtorizzati u r-regoli li jirrigwardaw il-produzzjoni ta' l-inbid likuruż jinsabu fil-punt J ta' l-Anness V,

Artikolu 44

1. Mill-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 220410, 220421 u 220429, l-inbejjed likurużi, l-inbejjed frizzanti, l-inbejjed frizzanti bil-gass, l-inbejjed semi-frizzanti, l-inbejjed semi-frizzanti bil-gass, l-inbejjed ta' kwalita' psr, l-inbejjed tal-mejda u fejn ikun xieraq, minkejja l-Artikolu 45, l-inbejjed impurtati legalment jistgħu jiġu offruti jew ikkonsenjati għall-konsum dirett uman ġewwa l-Komunità.

2. Ħlief għal inbid ibbottiljat li fir-rigward tiegħu jkun hemm evidenza li l-ibbottiljar seħħ qabel l-1 ta' Settembru 1971, inbid apparti minn inbid ta' kwalità psr magħmul mill-varjetajiet ta' dwieli li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 45(2) imma li ma jaqblux mad-definizzjonijiet li jinsabu fil-punti 12 sa 18 ta' l-Anness I jistgħu jintużaw biss għal konsum mill-familji individwali tal-produtturi ta' l-inbid, għall-produzzjoni ta' ħall ta' l-inbid jew għad-distillazzjoni.

3. Fi snin meta l-kondizzjonijiet klimatiċi ma kinux favorevoli, jista' jiġi deċiż li l-prodotti minn żoni fejn jitkabbru d-dwieli għall-inbid A u B li ma jippossedux il-qawwa naturali alkoħolika minima bil-volum stabbilit għaż-żona fejn jitkabbru d-dwieli għall-inbid partikolari jistgħu jintużaw fil-Komunità għall-produzzjoni ta' inbid frizzanti u nbid frizzanti bil-gass, sakemm dawn l-inbejjed ikollhom qawwa alkoħolika attwali bil-volum ta' mhux anqas minn 8,5 % vol, jew għall-produzzjoni ta' nbid semi-frizzanti bil-gass. F'dak il-każ, għandhom jiġu arrikkiti fil-limiti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 5 tal-punt D ta' l-Anness V.

4. Mingħajr preġudizzju għal xi dispożizzjonijiet aktar restrittivi li l-Istati Membri japplikaw fir-rigward ta' din il-preparazzjoni fit-territorju tagħhom ta' prodotti li ma jaqgħux taħt il-kodiċi NM 220410, 220421 u 220429, most ta' l-għeneb frisk li l-fermentazzjoni tiegħu tkun ġiet imwaqqfa biż-żieda ta' alkoħol jista' jintuża biss fil-preparazzjoni ta' prodotti bħal dawk.

5. Ġulepp ta' l-għeneb u ġulepp konċentrat ta' l-għeneb li joriġinaw fil-Komunità ma jistgħux jinqalbu f'inbid jew ikunu miżjuda ma' l-inbid. Dawn il-prodotti għandhom ikunu soġġetti għall-kontroll fir-rigward ta' l-użu tagħhom. Ma jistgħux jgħaddu minn fermentazzjoni alkoħolika fit-territorju tal-Komunità.

6. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 4 u 5 m'għandhomx japplikaw għall-prodotti intenzjonati għall-produzzjoni, fir-Renju Unit u fl-Irlanda, ta' prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 220600 li, permezz ta' l-Anness VII, il-paragrafu 2 tal-punt C, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu ta' isem kompost li jinkludi l-kelma "inbid".

7. Inbid addattat għall-produzzjoni ta' nbid tal-mejda li ma jilħaqx il-minimu tal-qawwa alkoħolika attwali bil-volum għal inbejjed tal-mejda ma jistax jitpoġġa f'ċirkolazzjoni ħlief għall-produzzjoni ta' inbid frizzanti, produzzjoni tal-ħall, distillazzjoni u użu industrijali ieħor. L-arrikkiment ta' inbid ta' din ix-xorta u l-kuppaġġ ta' dan ma' nbid tal-mejda sabiex il-qawwa alkoħolika attwali tiegħu bil-volum tinġieb fuq il-livell stabbilit għall-inbid tal-mejda jistgħu iseħħu biss fil-bini tal-produttur ta' l-inbid jew f'ismu.

8. Bl-eċċezzjoni ta' l-alkoħol, spirti u piquette, la l-inbid u lanqas l-ebda xorb ieħor intenzjonat għall-konsum dirett mill-bnedmin ma jista' jsir minn fond ta' l-inbid jew karfa ta' l-għeneb.

9. Il-piquette, jekk il-produzzjoni tiegħu jkun awtorizzat mill-Istat Membru kkonċernat, jista' jintuża biss għad-distillazzjoni jew għall-konsum fil-familji tal-produtturi individwali ta' l-inbid.

10. L-inbid imsaħħaħ għad-distillazzjoni jista' jintuża biss għad-distillazzjoni.

11. Most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni, u li jkun magħmul minn għeneb taż-żbib, jista' jitpoġġa fis-suq biss għall-manufattura ta' nbejjed likurużi biss fir-reġjuni fejn dan l-użu kien tradizzjonali fl-1 ta' Jannar 1985, u nbid minn għeneb misjur iżżejjed.

12. Għeneb frisk, most ta' l-għeneb, most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni, most ta' l-għeneb konċentrat, most ta' l-għeneb konċentrat u rattifikat, most ta' l-għeneb bil-fermentazzjoni mwaqqfa biż-żieda ta' alkoħol, ġulepp ta' l-għeneb u ġulepp konċentrat ta' l-għeneb li joriġinaw minn pajjiżi terzi ma jistgħux ikunu mdawra f'inbid jew jiġu miżjuda ma' nbid fit-territorju tal-Komunità.

13. Il-prodotti msemmija fil-paragrafu 12 ma jistgħux jgħaddu minn fermentazzjoni alkoħolika fit-territorju tal-Komunità. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika għal prodotti intenzjonati għall-produzzjoni fir-Renju Unit u fl-Irlanda ta' prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 220600 li dwarhom, permezz ta' l-Anness VII, il-paragrafu 2 tal-punt C, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu ta' isem kompost li jinkludi l-kelma "inbid".

14. Kuppaġġ ta' nbid li joriġina minn pajjiż terz ma' nbid Komunitarju u kuppaġġ fit-territorju ġeografiku tal-Komunità bejn inbejjed li joriġinaw minn pajjiżi terzi għandu jkun ipprojbit.

15. Il-Kunsill jista' jidderoga mill-paragrafu 12, mill-ewwel sentenza tal-paragrafu 13 u mill-paragrafu 14, bi qbil ma' l-obbligi internazzjonali tal-Komunità.

Artikolu 45

1. Ħlief b'deroga, il-prodotti segwenti ma jistgħux jiġu offruti jew ittrasferiti għal konsum dirett mill-bniedem:

(a) il-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 22043010, 220421, 220429 u 220410, kemm jekk impurtati u kemm jekk le, li jkunu għaddew minn prattiċi enoloġiċi mhux awtorizzati minn regoli Komunitarji jew, meta dan ikun permissibbli, minn regoli nazzjonali;

(b) il-prodotti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1(2)(a), (b) u (c) li m'humiex ta' kwalità merkantibbli tajba u ġusta;

(ċ) il-prodotti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1(2) li m'humiex konformi mad-definizzjonijiet li jidhru fl-Anness I.

2. Id-derogi li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 għall-prodotti importati għandhom ikun adottati bi qbil mal-proċedura li tinsab fl-Artikolu 133 tat-Trattat.

Artikolu 46

1. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu, u ta' l-Annessi IV u V, għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 75.

Dawn ir-regoli għandhom partikolarment jinkludu:

(a) fir-rigward tal-punt A ta' l-Anness V, miżuri transitorji li jikkonċernaw inbejjed magħmula qabel l-1 ta' Settembru 1986 u emendi għall-listi ta' inbejjed fil-paragrafu 2;

(b) fir-rigward ta' l-Annessi IV u V, il-limiti u ċerti kondizzjonijiet għall-użu tal-prattiċi u proċessi enolioġiċi li hemm referenza dwarhom f'dawk l-Annessi, bl-eċċezzjoni tal-limiti u kondizzjonijiet stabbiliti f'dawk l-Annessi;

(ċ) id-deċiżjonijiet, l-eċċezzjonijiet, id-derogi, il-kondizzjonijiet u l-listi li hemm referenza dwarhom f'dan il-Kapitolu u fl-Anness V;

(d) l-applikazzjoni tal-punti C sa G ta' l-Anness V għal prodotti maħsuda f'reġjuni tal-Komunità mhux inklużi fiż-żoni ta' fejn jitkabbru d-dwieli għall-inbid speċifikati fl-Anness III;

(e) fir-rigward tal-Punt J ta' l-Anness V, il-listi li hemm referenza dwarhom fil-paragrafi 2(b) u 6 tiegħu, id-derogi li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 4(b) u d-dikjarazzjoni u l-proċedura tar-reġistrazzjoni li hemm referenza dwarha fil-pararafu 6.

2. Ir-regoli li ġejjin għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 75:

(a) ir-regoli li jirregolaw il-paragun bejn ċerti prattiċi u proċessi enoloġiċi applikati f'pajjiżi terzi u dawk li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 43(1) u fl-Anness IV;

(b) id-dispożizzjonijiet li jirregolaw it-taħlit u kuppaġġ ta' most ta' l-għeneb u nbejjed;

(ċ) il-purità u l-ispeċifikazzjoni ta' l-identifikazzjoni ta' sustanzi użati fi prattiċi enoloġiċi;

(d) ir-regoli amministrattivi għat-twettiq tal-prattiċi u l-proċessi enoloġiċi awtorizzati; dawn ir-regoli jistgħu jistipulaw li ċerti prattiċi u proċessi enoloġiċi jistgħu jiġu mwettqa biss taħt is-sorveljanza ta' persuna rikonoxxuta mill-Istat Membru li jippossjedi biżżejjed għarfien li jiggarantixxi l-kwalità, l-iġjene u li l-prodott ikun tajjeb għas-saħħa;

(e) il-kondizzjonijiet li jirregolaw iż-żamma u ċ-ċirkolazzjoni, l-użu tal-prodotti kif hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 45 jew listi tal-prodotti eżentati mir-rekwiżiti ta' dak l-Artikolu, u l-istabbiliment ta' kriterji sabiex tiġi evitata tbatija f'każi individwali, il-kondizzjonijiet li permezz tagħhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw iż-żamma, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta' prodotti li m'humiex konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Rgolament apparti minn dawk li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 45(1), jew b'dispożizzjonijiet adottati bis-saħħa ta' dan ir-Regolament;

(f) ir-regoli ġenerali għall-użu esperimentali ta' prattiċi u proċessi enoloġiċi li f'ċirkostanzi oħra huma projbiti.

3. Il-metodi ta' l-analiżi sabiex tiġi ddeterminata l-kompożizzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-regolament u r-regoli li permezz tagħhom jista' jiġi stabbilit jekk dawn il-prodotti jkunux għaddew minn proċessi li jmorru kontra l-prattiċi enoloġiċi awtorizzati għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura li tinsab fl-Artikolu 75.

Permezz ta' l-istess proċedura għandhom jiġu adottati, jekk ikunu meħtieġa, figuri massimi għal sustanzi li l-preżenza tagħhom tindika li ċerti prattiċi enoloġiċi jkunu ntużaw, u l-listi ta' l-analiżi kumparattiva.

B'danakollu, jekk ebda dispożizzjoni ma tintuża għall-metodi Komunitarji ta' l-analiżi jew għar-regoli li hemm referenza dwarhom fl-ewwel subparagrafu għall-iskoperta u l-kwantifikazzjoni tas-sustanzi mfittxa fi prodott in kwestjoni, il-metodu ta' l-analiżi użat għandu jkun:

(a) dawk rikonoxxuti mill-Assemblea Ġenerali ta' l-Uffiċju Internazzjonali tad-Dwieli u l-Inbid (UIDM) (IWO) u ppubblikati minn dak l-Uffiċċju, jew

(b) jekk ma jidhirx li jkun hemm metodu ta' analiżi xieraq fost dawk li hemm referenza dwarhom fil-punt (a), il-metodu ta' l-analiżi li jkunu konformi ma' l-istandards irrakkomandati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (OIS) (ISO), jew

(ċ) fin-nuqqas ta' xi wieħed mill-metodi li hemm referenza dwarhom fil-punti (a) u (b) jew minħabba r-reqqa, u l-kapaċità tiegħu li jkun ripetut u riprodott:

(i) metodu ta' l-analiżi permissibbli mill-Istat Membru konċernat, jew

(ii) jekk ikun meħtieġ, kull metodu ta' analiżi ieħor li huwa xieraq.

Metodi awtomatiċi ta' l-analiżi użati minflok il-metodu ta' l-analiżi Komunitarji għandhom jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti għall-metodi Komunitarji ta' l-analiżi li hemm referenza dwarhom fl-ewwel subparagrafu, sakemm jiġi stabbilit, bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 75, li r-riżultati miksuba jkunu, fir-rigward tar-reqqa tagħhom, u tal-kapaċità tagħhom li jiġu rripetuti u riprodotti, ta' mill-anqas daqs ir-riżultati miksuba permezz tal-metodu Komunitarju relattiv.

KAPITOLU II

DESKRIZZJONI, DISINJAZZJONI, PREŻENTAZZJONI U PROTEZZJONI TA' ĊERTI PRODOTTI

Artikolu 47

1. Ir-regoli li għandhom x'jaqsmu mad-deskrizzjoni, mad-disinjazzjoni u mal-presentazzjoni ta' ċerti prodotti koperti minn dan ir-Regolament, u l-protezzjoni ta' ċerti dettalji u t-termini jinsabu f'dan il-Kapitolu u fl-Annessi VII u VIII. Ir-regoli għandhom jieħdu in konsiderazzjoni, b'mod partikolari, l-objettivi li ġejjin:

(a) il-ħarsien ta' l-interessi leġittimi tal-konsumaturi;

(b) il-ħarsien ta' l-interessi leġittimi tal-produtturi;

(ċ) il-ħidma mingħajr skossi tas-suq intern:

(d) il-promozzjoni tal-produzzjoni ta' prodotti ta' kwalità.

2. Ir-regoli li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu, b'mod partikolari, dispożizzjonijiet li:

(a) jagħmlu l-użu ta' ċertu termini obbligatorji;

(b) jippermettu l-użu ta' ċertu termini, soġġetti għal kondizzjonijiet;

(ċ) jippermettu l-użu ta' termini oħrajn, inkluża l-informazzjoni li tista' tkun utili għall-konsumaturi;

(d) jirregolaw l-arranġamenti tal-protezzjoni u l-kontroll ta' ċerti termini;

(e) jirregolaw l-użu ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u t-termini tradizzjonali;

(f) jirregolaw l-ittikkettar ta' prodotti li huma impurtati jew, meta dan ikun awtorizzat permezz ta' dan ir-Regolament, magħmula minn dawk il-prodotti, sabiex ikun assigurat li l-konsumaturi jkunu konxji tan-natura tal-prodott ikkonċernat u li dan ta' l-aħħar ma jkunx ittikkettjat bħala prodott Komunitarju jew bħala l-prodott ta' Stat Membru.

3. Ir-regoli li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għad-deskrizzjoni tal-prodotti indikati:

(a) fuq tikketti;

(b) f'reġistri u fid-dokumenti relattivi u f'dokumenti oħrajn preskritti mill-leġislazzjoni Komunitarja, minn hawn 'il quddiem imsejħa "dokumeni uffiċjali", apparti milli d-dokumenti doganali;

(ċ) f'dokumenti kummerċjali, partikolarment f'xi fatturi jew noti tal-konsenja;

(d) f'materjal ta' riklamar sakemm ikun hemm dispożizzjonijiet speċjali għal dan l-għan f'dan ir-Regolament.

4. Ir-regoli li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għall-preżentazzjoni tal-prodotti indikati fir-rigward ta':

(a) il-kontenituri, inkluż l-għeluq;

(b) it-tikkettar;

(ċ) l-ippakkjar.

5. Ir-regoli li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għall-prodotti miżmuma għall-bejgħ u l-prodotti mpoġġija fis-suq.

Artikolu 48

Id-deskrizzjoni u l-presentazjoni tal-prodotti li hemm referenza dwarhom f'dan ir-Regolament, u kull forma ta' riklamar ta' dawn il-prodotti, ma tistax tkun inkorretta jew li aktarx li toħloq konfużjoni jew timmisgwida lill-persuni li lejhom ikunu indirizzati, partikolarment fir-rigward ta':

- l-informazzjoni li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 47. Dan għandu japplika anki jekk l-informazzjoni tintuża fi traduzzjoni jew b'referenza għall-provenjenza attwali jew b'żidiet bħal "xorta", "tip", "stil", "imitazzjoni", "marka" jew oħrajn bħal dawn;

- il-karatteristiċi tal-prodotti, u b'mod partikolari, ix-xorta, il-kompożizzjoni, il-qawwa alkoħolika bil-volum, il-kulur, l-oriġini jew il-provenjenza, il-kwalità, il-varjetà tad-dielja, is-sena tal-ħsad u t-tagħsir jew il-volum nominali tal-kontenituri,

- l-identita' u l-istatus tal-persuni fiżiċi jew legali jew grupp ta' persuni li kienu jew li huma involuti fil-produzzjoni u fid-distribuzzjoni tal-prodott in kwestjoni, b'mod partikolari dak li jibbottilja.

Artikolu 49

1. Prodotti li d-deskrizzjoni jew il-preżentazzjoni tagħhom ma tkunx konfirmi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew mar-regoli dettaljati adottati għall-implimentazzjoni tiegħu ma jistgħux jinżammu għall-bejgħ jew jitpoġġew fis-Suq Komunitarju jew li jiġu esportati.

B'dana kollu, fil-każ tal-prodotti intenzjonati għall-esportazzjoni, id-derogi mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jistgħu:

- ikunu awtorizzati mill-Istati Membri meta dan ikun hekk meħtieġ mill-leġislazzjoni tal-pajjiż terz li jkun qiegħed jimporta,

- li jkun hemm provvediment dwarhom fid-dispożizzjonjiet implimentattivi f'każijiet li ma jaqgħux taħt l-ewwel inċiż.

2. L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab il-prodott li d-deskrizzjoni jew il-preżentazzjoni tiegħu ma tkunx konformi mad-dispożizzjonijiet li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 għandu jieħu l-passi meħtieġ sabiex jimponi penali fir-rigward tal-ksur, bi qbil mal-gravità.

L-Istat Membru jista', b'danakollu, jagħti awtorizzazzjoni li l-prodott ikun jista' jinżamm għall-bejgħ, jitpoġġa fis-suq fil-Komunità jew jiġi esportat, sakemm id-deskrizzjoni jew il-preżentazzjoni tiegħu tinbidel biex tkun konformi mad-dispożizzjonijiet li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1.

Artikolu 50

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa li jippermettu lill-partijiet interessati li jipprevjinu, fuq il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 23 u 24 tal-Ftehim dwar Aspetti tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ, l-użu fil-Komunità ta' l-indikazzjoni ġeografika marbuta mal-prodotti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1 (2) (b) għall-prodotti li ma joriġinawx mill-post indikat mill-indikazzjoni ġeografika f'dak il-każ, anki meta l-oriġini vera tal-prodotti tkun indikata jew l-indikazzjoni ġeografika tkun użata fi traduzzjoni jew akkumpanjata b'espressjonijiet bħal "xorta", "tip", "stil", "imitazzjoni" jew oħrajn bħal dawn.

2. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, "indikazzjonijiet ġeografiċi" għandha tittieħed li tfisser indikazzjonijiet li jidentifikaw li l-prodott joriġina fit-territorju ta' pajjiż terz li huwa Membru ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, jew f'reġjun jew f'lokalità f'dak it-territorju, f'każi meta ċerta kwalità, reputazzjoni jew xi karatteristika oħra tal-prodott tista' tkun attribwita essenzjalment għal dak il-post ġeografiku ta' l-oriġini.

3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw minkejja d-dispożizzjonijiet speċifiċi l-oħra fil-leġislazzjoni Komunitarja li jistipulaw regoli għad-disinjazzjoni u l-preżentazzjoni tal-prodotti koperti b'dan ir-Regolament.

Artikolu 51

1. Għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni ta' dan it-Titolu, "unità ġeografika li hija iżgħar mill-Istat Membru", għandha tittieħed li tfisser l-isem ta':

- lokalità żgħira jew grupp ta' lokalitajiet bħal dawn,

- żona lokali amministrattiva jew parti minnha,

- sottoreġjun fejn jitkabbru d-dwieli għall-inbid jew parti minnu,

- reġjun apparti milli r-reġjun speċifikat.

2. L-użu ta' l-indikazzjoni ġeografika biex tindika d-disinjazzjoni ta' nbejjed tal-mejda li jirriżultaw mill-kuppaġġ ta' nbejjed minn għeneb maħsud f'żoni differenti ta' fejn jitkabbru d-dwieli għall-inbid, għandu jkun permissibbli jekk ta' mill-anqas 85 % ta' l-inbid tal-mejda li jirriżulta mill-kuppaġġ joriġina fiż-żona ta' l-inbid li juża l-isem tiegħu.

B'danakollu, l-użu, biex jiġu desktitti nbejjed bojod tal-mejda, ta' l-indikazzjoni ġeografika li għandha x'taqsam ma' żona ta' l-inbid ġewwa ż-żona ta' l-inbid A jew iż-żona ta' l-inbid B għandu jiġi permess biss jekk il-prodotti li jinsabu fit-taħlita jkunu miż-żoni ta' l-inbid in kwestjoni jew jekk l-inbid in kwestjoni jkun taħlita ta' nbejjed tal-mejda miż-żona ta' l-inbid A u nbejjed tal-mejda miż-żona ta' l-inbid B.

3. L-Istati Membri jistgħu jużaw l-indikazzjoni ġeografika sabiex jindikaw id-disinjazzjoni ta' l-inbid tal-mejda, bil-kondizzjoni, partikolarment, li l-inbid ikun sar totalment minn ċerti varjetajiet ta' dwieli speċifikati b'mod ċar u li jiġu esklussivament mit-territorju, dimarkat b'mod preċiż, ta' l-isem li juża.

Artikolu 52

1. Jekk Stat Membru juża l-isem ta' reġjun speċifikat sabiex jiddisinja nbid ta' kwalità psr jew, fejn ikun xieraq, inbid intenzjonat għall-ipproċessar f'inbid ta' kwalità psr, dak l-isem ma jistax jintuża biex jiddisinja prodotti fis-settur ta' l-inbid mhux magħmula f'dak ir-reġjun u/jew prodotti mhux iddisinjati mill-isem bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-regoli relevanti Komunitarji u nazzjonali. Dan għandu japplika wkoll jekk l-Istat Membru jkun uża l-isem ta' żona lokali amministrattiva jew parti minnha jew lokalità żgħira esklussivament biex jiddisinja nbid ta' kwalità psr jew, fejn ikun xieraq inbid intenzjonat għall-ipproċessar f'inbid ta' kwalità psr ta' din ix-xorta.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet Komunitarji li jirrigwardaw tipi speċifiċi ta' nbid ta' kwalità psr, l-Istati Membri jistgħu, fil-każ ta' ċerti kondizzjonijiet ta' produzzjoni li huma għandhom jiddeterminaw, jawtorizzaw l-isem ta' reġjun speċifikat li jrid jiġi akkumpanjat b'dettalji li jirrigwardaw il-metodu tal-manifattura jew bit-tip jew bl-isem ta' varjetà ta' dielja jew b'sinonimu ta' dan.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni jista' jiddeċiedi, sal-31 ta' Awissu 2001, li jippermetti li ċerti ismijiet ġeografiċi tradizzjonalment użati biex jiddisinjaw inbid tal-mejda li jkunu saru l-isem ta' reġjun partikolari jkomplu jintużaw ukoll biex jiddisinjaw inbejjed tal-mejda għal massimu ta' tliet snin ta' l-inbid.

2. L-ismijiet u termini li ġejjin:

- l-isem ta' varjetà ta' nbid,

- it-terminu speċifiku tradizzjonali li hemm referenza dwaru fir-raba' subinċiż, it-tieni nċiż, tal-punt A 2 (c) ta' l-Anness VII, jew fit-tieni nċiż tal-punt D 2(ċ) ta' l-Anness VIII, jew

- terminu tradizzjonali addizzjonali li hemm referenza dwaru fil-ħames inċiż tal-punt B 1(b) ta' l-Anness VII, basta li tkun attribwita minn Stat Membru għad-deskrizzjoni ta' l-inbid permezz tad-dispożizzjonijiet Komunitarji,

jistgħu jintużaw għad-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' xarba apparti minn inbid jew most ta' l-għeneb jekk ma jkun hemm ebda riskju ta' konfużjoni dwar in-natura, l-oriġini jew is-sorsi u l-kompożizzjoni ta' dik ix-xarba.

3. L-użu ta' l-isem jew tat-terminu li hemm referenza dwaru fil-punt 2 jew tal-kliem "Hock", "Claret", "Liebfrauenmilch" u "Liebfraumilch", anki jekk akkumpanjat b'kelma bħal "xorta", "tip", "stil", "imitazzjoni" jew espressjonijiet oħrajn simili, għandu jiġi pprojbit fir-rigward tad-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta':

- oġġett kopert bil-kodiċi NM 2206, apparti minn meta l-oġġett f'dak il-każ ikun attwalment ġej mill-post disinjat,

- oġġett immarkat b'istruzzjonijiet ċari għall-konsumatur sabiex dan jikseb minnu xarba li hija imitazzjoni ta' nbid (inbid magħmul id-dar); b'danakollu, l-isem ta' varjetà ta' dielja jista' jintuża jekk l-oġġett f'dak il-każ ikun attwalment magħmul minn dik il-varjetà sakemm dak l-isem ma joħloqx konfużjoni ma' l-isem ta' reġjun speċifiku jew unità ġeografika użata biex tiddeskrivi nbid ta' kwalità psr.

4. L-ismijiet:

- ta' reġjun partikolari,

- ta' unità ġeografika iżgħar mir-reġjun partikolari, basta li l-isem ikun attribwit minn Stat Membru għad-deskrizzjoni ta' l-inbid permezz tad-dispożizzjonijiet Komunitarji,

jistgħu jintużaw biss għad-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew ir-riklamar ta' xarba apparti minn inbid jew most ta' l-għeneb bil-kondizzjoni li:

(a) fir-rigward tal-prodotti koperti bil-kodiċi NM 2009, 2202, 2205, 2206, 2207, 2208 u 2209, u fir-rigward tal-prodotti magħmula minn materja prima għall-produzzjoni ta' l-inbid, l-ismijiet u t-termini li jidhru hawn fuq ikunu rikonoxxuti fl-Istat Membru ta' l-oriġini tal-prodott u li dak r-rikonoxximent ikun konformi mal-liġi Komunitarja;

(b) fir-rigward ta' xarbiet apparti minn dawk li hemm referenza dwarhom fil-punt (a), li ma jkun hemm ebda riskju ta' konfużjoni fir-rigward tan-natura, l-oriġini jew is-sors u l-kompożizzjoni ta' dik ix-xarba.

B'danakollu, anki jekk ir-rikonoxximent li hemm referenza dwaru fil-punt (a) ma jkunx seħħ, dawk l-ismijiet jistgħu jkomplu jiġu użati sal-31 ta' Diċembru 2000 basta li jkun hemm konformità tal-punt (b).

Artikolu 53

1. Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu, u ta' l-Annessi VII u VIII għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura li tinsab fl-Artikolu 75. Ir-regoli għandhom jirregolaw b'mod partikolari d-derogi, il-kondizzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet li hemm provvediment dwarhom f'dawk l-Annessi.

2. Dawn id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura li tinsab fl-Artikolu 75:

(a) l-indikazzjonijiet, is-sinjali u l-marki l-oħra li hemm referenza dwarhom fil-parti introduttorja ta' l-Anness VII, jew fil-paragrafu 2 tal-punt A ta' l-Anness VIII;

(b) il-lista tat-termini speċifiċi tradizzjonali li hemm referenza dwarhom fir-raba' subinċiż tat-tieni inċiż tal-paragrafu 2(ċ) tal-punt A ta' l-Anness VII, jew li hemm referenza dwarhom fit-tieni inċiż tal-paragrafu 2 (ċ) tal-punt B ta' l-Anness VIII,

(ċ) il-kondizzjonijiet għall-użu ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 2 tal-punt A ta' l-Anness VII;

(d) id-dettalji li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 4 tal-punt A ta' l-Anness VII;

(e) il-kondizzjonijiet għall-użu tad-dettalji li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 tal-punt B ta' l-Anness VII, u ċ-ċirkostanzi għall-użu tad-dettalji li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 3 tal-punt B ta' l-Anness VII;

(f) id-dettalji li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 2 tal-punt B ta' l-Anness VII, u l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom dawn jintużaw;

(g) l-estent sa fejn u l-kondizzjonijiet li tagħhom il-provvedimenti ta' l-Anness VII huma applikati għal prodotti koperti b'dan ir-Regolament li ma hemmx referenza dwarhom fil-paragrafu 1 tal-punt A ta' l-Anness VII jew fl-Anness VIII, b'mod partikolari l-most ta' l-għeneb, most ta' l-għeneb parzjalment fermentat, most ta' l-għeneb konċentrat, inbid ġdid li jkun għadu fil-fermentazzjoni u l-inbid ta' għeneb minn għeneb misjur iżżejjed, prodott fil-Komunità;

(h) il-kondizzjonijiet li permezz tagħhom il-prodotti huma ppakkjati u ttrasportati f'kontenituri u l-użu u l-għamla tagħhom, inkluż fir-rigward tal-kontenituri għall-produzzjoni u ħażna ta' nbid frizzanti;

(i) l-għoti, fejn xieraq, ta' l-ismijiet ta' l-unitajiet ġeografiċi li hemm referenza dwarhom fit-tieni inċiż tal-paragrafu 1 tal-punt E ta' l-Anness VIII;

(j) id-dettalji obbligatorji u dawk volontarji li jridu jiġu inklużi fir-reġistri u fid-dokumenti uffiċjali u kummerċjali;

(k) l-arranġamenti dettaljati li hemm referenza dwarhom rispettivament fil-paragrafi 2 u 5 tal-punt G ta' l-Anness VIII;

(l) l-arranġamenti dettaljati u d-dispożizzjonijiet derogattivi li hemm referenza dwarhom rispettivament fil-paragrafu 6 tal-punt I ta' l-Anness VIII;

TITOLU VI

INBID TA' KWALITÀ MAGĦMUL F'REĠJUNI SPEĊIFIKATI

Artikolu 54

1. Inbejjed ta' kwalità prodotti f'reġjuni speċifiċi ("inbejjed ta' kwalità psr") għandha tfisser inbejjed li huma konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu u mad-dispożizzjonijiet Komunitarji u nazzjonali adottati f'dan ir-rigward.

2. "Inbejjed ta' kwalità psr għandha tkopri l-kategoriji li ġejjin:"

(a) "inbejjed ta' kwalità likurużi prodotti f'reġjuni speċifiċi", minn hawn 'il quddiem imsejħa "inbejjed likurużi ta' kwalità psr", li huma konformi mad-definizzjoni ta' l-inbid likuruż;

(b) "inbejjed frizzanti ta' kwalità prodotti f'reġjuni speċifiċi", minn hawn 'il quddiem imsejħa "inbejjed frizzanti ta' kwalità psr", li huma konformi mad-definizzjoni ta' inbid frizzanti, inklużi nbejjed frizzanti ta' kwalità tat-tip aromatiku;

(ċ) "inbejjed semi frizzanti ta' kwalità prodotti f'reġjuni speċifiċi", minn hawn 'il quddiem imsejħa "inbejjed semi frizzanti ta' kwalità psr", li huma konformi mad-definizzjoni ta' l-inbid semi frizzanti;

(d) inbejjed ta' kwalità psr apparti minn dawk li hemm referenza dwarhom fis-subparagrafi (a), (b) u (ċ).

3. Prodotti addattati għal produzzjoni ta' l-inbid ta' kwalità psr għandhom jiġu definiti bħala:

(a) għeneb frisk;

(b) most ta' l-għeneb (għeneb magħsur qabel ma jeħmer);

(ċ) most ta' l-għeneb waqt li jkun fil-fermentazzjoni;

(d) inbejjed ġodda li jkunu għadhom fil-fermentazzjoni;

(e) inbid.

4. L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni l-lista ta' l-inbejjed ta' kwalità psr li huma jkunu irrikonoxxew, għal kull wieħed minn dawn l-inbejjed ta' kwalità psr, dettalji dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw il-produzzjoni u l-manifattura ta' dawk l-inbejjed ta' kwalità psr.

5. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista fis-Serje "C" tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 55

1. Id-dispożizzjonijiet li jkopru l-produzzjoni ta' l-inbejjed ta' kwalità psr għandhom, flimkien ma' xi regoli nazzjonali adottati permezz ta' l-Artikolu 57(1), u wara li jiġu kunsidrati l-kondizzjonijiet tradizzjonali tal-produzzjoni sa fejn dawn ma jkunux tali li jippreġudikaw l-istrateġija ta' nkuraġġiment ta' produzzjoni ta' kwalità u l-operazzjoni lixxa tas-suq wieħed, ikunu bbażati fuq il-fatturi li ġejjin:

(a) id-dimarkazzjoni taż-żona ta' produzzjoni;

(b) il-varjetajiet ta' dwieli;

(ċ) il-metodi ta' kultivazzjoni;

(d) il-metodi tal-produzzjoni ta' l-inbid;

(e) il-qawwa alkoħolika naturali minima bil-volum;

(f) il-frott minn kull ettaru;

(g) l-analiżi u l-evalwazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi.

2. Id-dispożizzjonijiet li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 jinsabu fl-Anness VI fil-punti A sa J.

3. Id-dispożizzjonijiet tal-punt K ta' l-Anness VI għandhom japplikaw fir-rigward biss ta' l-inbid frizzanti tal-kwalità psr. Id-dispożizzjonijiet tal-punt L ta' l-Anness VI għandhom japplikaw fir-rigward biss ta' l-inbid likuruż ta' kwalità psr.

Artikolu 56

1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli li bi qbil magħhom, fl-istadju ta' produzzjoni:

(a) il-produttur jista':

(i) ma jitlobx klassifika bħala nbid ta' kwalità psr ta' prodott li jidher fil-ħsad tiegħu jew f'dikjarazzjoni ta' produzzjoni bħala prodott addattat għall-produzzjoni ta' nbid ta' kwalità psr; jew

(ii) ibaxxi l-grad ta' l-inbid ta' kwalità psr, partikolarment għall-inbid tal-mejda;

(b) il-korp kompetenti li għandu jkun innominat mill-Istati Membri jista' jbaxxi l-grad ta' l-inbid ta' kwalità psr.

2. It-tnaqqis tal-grad ta' l-inbid ta' kwalità psr fl-istadju meta jitqiegħed fis-suq jista' jiġi effetwat:

(a) mill-korp kompetenti ta' l-Istat Membru li fit-territorju l-inbid ikun lokalizzat:

(i) meta l-inbid joriġina f'dak l-Istat Membru, jew

(ii) meta jkunu konċernati kwantitajiet żgħar li għad iridu jiġu ddeterminati;

(b) mill-korp kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini ta' l-inbid f'każi mhux li hemm referenza dwarhom f' (a).

3. It-tnaqqis li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 2 għandu jkun deċiż b'mod partikolari meta l-korp kompetenti jkun stabbilixxa li:

(a) l-inbid ikun għadda minn tibdil waqt il-ħażna jew waqt it-trasport b'mod li l-kwalitajiet ta' l-inbid ta' kwalità psr in kwestjoni ddeterjoraw jew inbidlu,

(b) l-inbid ikun għadda minn xi trattament ipprojbit jew m'huwiex legalment deskritt bħala nbid ta' kwalità psr.

Artikolu 57

1. Flimkien mal-fatturi elenkati fl-Artikolu 55, l-Istati Membri produtturi jistgħu, wara li jqisu prattiċi ġusti u tradizzjonali, jiddeterminaw kondizzjonijiet ta' produzzjoni u karatteristiċi oħrajn li għandhom ikunu obbligatorji għall-inbejjed ta' kwalità psr.

2. Flimkien mad-dispożizzjonijiet oħrajn stipulati f'dan ir-Regolament, l-Istati Membri produtturi jistgħu, wara li jikkunsidraw prattiċi ġusti u tradizzjonali, jistipulaw karatteristiċi jew kondizzjonijiet ta' produzzjoni, manifattura u moviment addizzjonali jew aktar strinġenti, fir-rigward ta' l-inbejjed ta' kwalità psr prodotti fit-territorju tagħhom.

Artikolu 58

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan it-Titolu u ta' l-Anness VI għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 75.

Dawn ir-regoli jistgħu jinkludu:

(a) id-deċiżjonijiet, l-eċċezzjonijiet, id-derogi, il-kondizzjonijiet u l-listi li hemm referenza dwarhom f' dan il-Kapitolu u fl-Anness VI;

(b) id-definizzjoni ta' żoni fi prossimità mmedjata ta' reġjun speċifiku, wara li jiġu meqjusa b'mod partikolari l-qagħda ġeografika u l-istrutturi amministrattivi;

(ċ) l-użu li jrid isir minn inbejjed ta' kwalità psr li jkun tbaxxilhom il-grad u l-kondizzjonijiet li jirregolaw dak l-użu;

(d) id-dispożizzjonijiet xierqa li għandhom x'jaqsmu ma' l-applikazzjoni sistematika u ġenerali tat-testijiet organolettiċi, l-użu li jrid isir mill-inbejjed li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tat-testijiet u tal-kondizzjonijiet li jirregolaw dan l-użu.

(e) id-determinazzjoni tal-kwantitajiet żgħar li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 56(2)(a)(ii).

TITOLU VII

KUMMERĊ MA' PAJJIŻI TERZI

Artikolu 59

1. L-importazzjoni fil-Komunità ta' xi wieħed mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 (2) (a) u (b) għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni tal-liċenzja ta' l-importazzjoni. L-importazzjonijiet ġewwa l-Komunita ta' xi wieħed mill-prodotti l-oħrajn elenkati fl-Artikolu 1 (2) u l-esportazzjonijiet mill-Komunità ta' xi wieħed mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 (2) jistgħu jkunu soġġetti għall-preżentazzjoni tal-liċenzja ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni.

2. Il-liċenzji għandom jinħarġu mill-Istati Membri lil kull applikant, irrispettivament mill-post ta' l-istabbiliment tiegħu fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 62 u 63.

Il-liċenzji għandhom ikunu validi fil-Komunità kollha.

Dawn il-liċenzji għandhom jinħarġu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' garanzija li tiggarantixxi li l-prodotti huma importati jew esportati waqt il-perjodu tal-validità tal-liċenzja; apparti milli f'każi ta' force majeure, il-garanzija tintilef kompletament jew parzjalment jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma sseħħx, jew jekk isseħħ biss parzjalment, waqt dak il-perjodu.

3. Dawn li ġejjin iridu jiġu adottati bi qbil mal-proċedura li tinsab fl-Artikolu 75:

(a) il-lista' ta' prodotti li fir-rigward tagħhom il-liċenzji ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni huma meħtieġa;

(b) il-perjodu tal-validità tal-liċenzji u r-regoli dettaljati oħrajn għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 60

1. Sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati ta' dazju fit-Tariffa Doganali Komuni għandha tapplika għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 (2).

2. Għall-ġulepp u most ta' l-għeneb li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 200960 u 220430 li dwarhom l-applikazzjoni tat-Tariffa Doganali Komuni tiddependi fuq il-prezz ta' l-importazzjoni tal-prodott, l-ammont attwali ta' dan il-prezz għandu jiġi vverifikat jew billi tiġi kkontrollata kull konsenja jew permezz tal-valur ta' l-importazzjoni b'rata fissa kkalkolata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-kwotazzjonijiet tal-prezz għall-istess prodotti fil-pajjiż ta' l-oriġini.

Jekk il-prezz ta' dħul dikjarat tal-konsenja jkun aktar għoli mill-valur ta' l-importazzjoni b'rata-dritta, jekk dan ikun applikabbli, miżjud b'marġini adottati bi qbil mal-paragrafu 3 li ma tistax teċċedi l-valur tar-rata-dritta b'aktar minn 10 %, ikun hemm bżonn li tiġi ppreżentata garanzija egwali għad-dazji fuq l-importazzjoni ddeterminati fuq il-bażi tal-valur ta' l-importazzjoni b'rata-dritta.

Jekk, fil-każ li hemm referenza dwaru fit-tieni subparagrafu, il-prezz tad-dħul tal-konsenja ma jkunx iddikjarat, l-applikazzjoni tat-Tariffa Doganali Komuni għandha tiddependi fuq il-valur ta' l-importazzjoni b'rata-dritta jew fuq l-applikazzjoni, permezz tal-kondizzjonijiet li jridu jiġu ddeterminati bi qbil mal-paragrafu 3, tad-dispożizzjonijiet relevanti tal-leġislazzjoni doganali.

3. Fil-każ li d-derogi għall-Artikolu 44(15) jiġu applikati għall-prodotti importati, l-importaturi għandhom jippreżentaw garanzija għal dawk il-prodotti ma' l-awtoritajiet doganali nominati fil-ħin tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa. Il-garanzija għandha tkun daqs l-ammont li għandu jkun speċifikat. Il-garanzija għandha tkun rilaxxata malli l-importatur jippreżenta prova, għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, li l-most ta' l-għeneb ikun inġieb f'ġulepp ta' l-għeneb, użat fi prodotti oħra 'l barra mis-settur ta' l-inbid jew, jekk ikun ġie vvinifikat, kien ġie ttikkettjat kif xieraq.

4. Ir-regoli dettaljati għall-applikazjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 75. Dawn ir-regoli għandhom partikolarment ikopru l-iffissar ta' kriterji sabiex ikun iddeterminat liema metodu ta' kontroll għandu jiġi applikat u liema fatturi għandhom jidħlu fil-kalkolazzjoni tal-valuri ta' l-importazzjoni b'rata-dritta, il-livell tal-garanzija li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 3 u r-regoli li jirregolaw ir-rilaxx ta' din il-garanzija.

Artikolu 61

1. Sabiex ikun hemm prevenzjoni jew tpattija għall-effetti negattivi fis-suq fil-Komunità li jistgħu jirriżultaw mill-importazzjoni ta' ċerti prodotti elenkati fl-Artikolu 1 (2), l-importazzjoni ta' wieħed jew iżjed minn dawn il-prodotti bir-rata ta' dazju stabbilita fit-Tariffa Doganali Komuni għandha tkun soġġetta għall-ħlas ta' dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż bi qbil ma' l-Artikolu 300 tat-Trattat fil-qafas tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj tan-negozjati multilaterali dwar il-kummerċ ikunu ġew sodisfatti, basta li l-importazzjoni pjuttost li ma toħloqx tfixkil fis-suq Komunitarju, jew meta l-effetti jkunu sproporzjonati ma' l-objettiv intenzjonat.

2. Il-prezzijiet tal-mira li taħthom jista' jiġi impost dazju addizzjonali għandhom ikunu dawk mgħoddija mill-Komunità lejn l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Il-volumi tal-mira li jridu jinqabżu sabiex jiġi impost id-dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni għandu jiġi ddeterminat partikolarment fuq il-bażi ta' l-importazzjoni fil-Komunità fit-tliet snin li jippreċedu s-sena meta l-effetti negattivi li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 jkunu seħħu jew aktarx li sejrin iseħħu.

3. Il-prezzijiet ta' l-importazzjoni li għandhom ikunu kkunsidrati meta dazju fuq l-importazzjoni addizjonali jiġi impost għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi tal-prezzijiet cif ta' l-importazzjoni tal-konsenja kkonċernata.

Il-prezzijiet cif ta' l-importazzjoni għandhom jiġu vverifikati fuq il-bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott f'dak il-każ fuq is-suq dinji, jew fuq is-suq Komunitarju ta' l-importazzjoni għall-prodott.

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 75. Dawn ir-regoli dettaljati għandhom partikolarment jispeċifikaw:

(a) il-prodotti li għalihom jistgħu jiġu applikati dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni permezz ta' l-Artikolu 5 tal-Ftehim fuq l-Agrikoltura;

(b) il-kriterji l-oħrajn neċessarji għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 bi qbil ma' l-Artikolu 5 li hemm referenza dwarhom fl-imsemmi Ftehim.

Artikolu 62

1. Il-kwoti tat-tariffi għall-prodotti koperti b'dan ir-Regolament li jirriżultaw minn ftehim konkluż bi qbil ma' l-Artikolu 300 tat-Trattat jew minn xi att ieħor tal-Kunsill għandu jkun miftuħ u jkun amministrat mill-Kummissjoni bi qbil mar-regoli dettaljati adottati permezz tal-proċedura stipulata fl-Artikolu 75.

2. Il-kwoti għandhom ikunu amministrati bl-użu ta' wieħed mill-metodi li ġejjin jew b'taħlita tagħhom:

(a) metodu bbażat fuq l-ordni kronoloġika li fihom jiġu ssottomessi l-applikazzjonijiet (fuq bażi ta' "min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel"),

(b) metodu li jalloka l-kwoti fi proporzjon mal-kwantitajiet mitluba meta l-applikazzjonijiet kienu ġew ippreżentati (permezz tal-metodu ta' "eżaminazzjoni simultanea"),

(ċ) metodu bbażat fuq l-andament tradizzjonali tal-kummerċ (permezz tal-metodu ta' "importaturi tradizzjonali/wasliet ġodda").

Metodi xierqa oħra jistgħu jiġu adottati. Dawn għandhom jevitaw kull diskriminazzjoni bejn l-operaturi kkonċernati.

3. Il-metodu ta' l-amministrazzjoni adottat għandu, fejn xieraq, jagħti l-importanza meħtieġa lill-ħtiġiet tal-provvista tas-Suq Komunitarju u l-ħtieġa li jitħares l-ekwilibriju ta' dak is-suq, waqt li fl-istess ħin possibbilment jintużaw metodi li setgħu ġew applikati fil-passat fir-rigward ta' kwoti li jaqblu ma' dawk li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet li jirriżultaw mill-ftehim konklużi bħala parti minn-negozjati tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj.

4. Ir-regoli dettaljati li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu għal kwoti annwali, jekk dan ikun meħtieġ, imdaħħlin bil-galbu bil-mod matul is-sena u għandhom jiddeterminaw il-metodu ta' l-amministrazzjoni li għandu jkun użat, u fejn xieraq, għandhom jinkludu:

(a) il-garanziji li jkopru n-natura, il-provenjenza u l-oriġini tal-prodott;

(b) ir-rikonoxximent tad-dokument użat sabiex jiġu vverifikati l-garanziji li hemm referenza dwarhom f'(a);

(ċ) il-kondizzjonijiet li permezz tagħhom jinħarġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni u t-terminu tal-validità tagħhom.

Artikolu 63

1. Sal-limitu meħtieġ sabiex jippermetti l-esportazzjoni ta':

(a) il-prodotti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1 (2) (a), (b) u (ċ);

(b) zokkriet li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1701, glukosju u ġulepp tal-glukosju li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 17023091, 17023099, 17024090 u 17029050, inklużi fil-forma tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 17023051 u 17023059, inkorporati fi prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 20096011, 20096071, 20096079 u 22043099;

fuq il-bażi tal-prezzijiet għal dawk il-prodotti fil-kummerċ internazzjonali u fil-limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi bi qbil ma' l-Artikolu 300 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-prezzijiet u l-prezzijiet fil-Komunità jistgħu jiġu koperti minn rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni.

2. Għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet li jistgħu jiġu esportati b'rifużjonijiet, għandu jiġi stabbilit metodu li:

(a) huwa l-aktar addattat għall-karattru tal-prodott u għas-sitwazzjoni fis-suq in kwestjoni, u li jippermetti li r-risorsi disponibbli jintużaw bl-aktar mod effiċjenti possibbli, wara li jiġu kkunsidrati l-effiċjenza u l-istruttura ta' l-esportazzjonijiet Komunitarji mingħajr, b'danakollu, ma tinħoloq diskriminazzjoni bejn operaturi kbar u żgħar;

(b) li huwa l-anqas ta' xkiel amministrattivament għall-operaturi, wara li jiġu kkunsidrati l-imperattivi maniġerjali;

(ċ) li jevita kull diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

3. Ir-rifużjonijiet għandhom ikunu l-istess għall-Komunità kollha. Jistgħu jvarjaw bi qbil mad-destinazzjoni jekk is-sitwazzjoni fis-suq dinji jew il-ħtiġiet speċifiċi ta' ċerti swieq jagħmlu dan meħtieġ.

Ir-rifużjonijiet li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 (a) għandhom jiġu ffissati bi qbil mal-proċedura li tinsab fl-Artikolu 75. Dawn għandhom jiġu ffissati ma' tul intervalli regolari.

Ir-rifużjonijiet iffissati ma' tul intervalli regolari jistgħu, meta meħtieġ, jiġu aġġustati fil-perjodu intermedjarju mill-Kummissjoni fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess.

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 64 li jirrigwardaw il-prodotti li hemm referenza dwarhom fih għandhom japplikaw fuq bażi supplimentarja.

4. Ir-rifużjonijiet għandhom jingħataw biss fuq l-applikazzjoni u fuq il-preżentazzjoni tal-liċenzja ta' l-esportazzjoni relevanti.

5. Ir-rifużjonijiet applikabbli għal esportazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 għandhom ikunu dawk applikabbli fil-jum ta' l-applikazzjoni għal-liċenzja u, fil-każ ta' rifużjonijiet iddifferenzjati, dawk applikabbli fl-istess jum:

(a) għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja jew, jekk xieraq;

(b) għad-destinazzjoni attwali jekk din tkun differenti mid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja. F'dak il-każ, l-ammont applikabbli ma jistax jeċċedi l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja.

Jistgħu jittieħdu miżuri xierqa sabiex jiġi evitat abbuż tal-flessibbiltà li jipprovdi dan il-paragrafu.

6. Il-Paragrafi 4 u 5 jistgħu jiġu rrinunzjati fil-każ tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 li permezz tagħhom ir-rifużjonijiet jitħallsu taħt l-operazjonijiet ta' għajnuna ta' l-ikel, bi qbil mal-proċedura li tinsab fl-Artikolu 75.

7. Konformità mal-limiti dwar il-volumi li joriġinaw minn ftehim konklużi bi qbil ma' l-Artikolu 300 tat-Trattat għandha tkun assigurata fuq il-bażi taċ-ċertifikati ta' l-esportazzjoni maħruġa għall-perjodi ta' referenza li hemm provvediment dwarhom hemmhekk u applikabbli għall-prodotti konċernati.

Fir-rigward ta' konformità ma' l-obbligi li jirriżultaw minn ftehim konklużi fil-qafas tan-negozjati tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj dwar il-kummerċ, it-tmiem ta' perjodu ta' referenza m'għandux jaffettwa l-validità tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni.

8. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inkluzi d-dispożizzjonijiet dwar ir-ridistribuzzjoni tal-kwantitajiet mhux użati jew mhux allokati, għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura li tinsab fl-Artikolu 75.

Artikolu 64

1. Dan l-Artikolu għandu japplika għar-rifużjonijiet li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 63 (1).

2. L-ammont tar-rifużjonijiet għal prodotti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 63 (1) (b) għandu jkun:

(a) fil-każ ta' zokkor mhux ipproċessat u zokkor abjad, l-ammont ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti bħal dawn fi stat mhux ipproċessat, iffissat bi qbil ma' l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81 tat-30 ta' Ġunju 1981 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur taz-zokkor [53], u bid-dispożizzjonijiet adottati għall-applikazzjoni tiegħu,

(b) fil-każ ta' glukosju u ġulepp tal-glukosju, l-ammont tar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni ta' prodotti bħal dawn fi stat mhux ipproċessat, hekk kif ffissat għal kull wieħed minn dawn il-prodotti bi qbil ma' l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [54], u bid-dispożizzjonijiet adottati għall-applikazzjoni tiegħu,

Sabiex jikkwalifikaw għal rifużjonijiet, il-prodotti pproċessati jridu, meta jiġu esportati, jiġu akkumpanjati b'dikjarazzjoni mill-applikant li tindika l-ammonti ta' zokkor mhux ipproċessat, zokkor abjad, glukosju u ġulepp tal-glukosju użati fil-manifattura tagħhom.

Ir-reqqa ta' din id-dikjarazzjoni għandha tiġi soġġetta għall-kontroll mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat.

3. Dawn li ġejjin għandhom ikunu meqjusa meta jkunu qegħdin jiġu ffissati r-rifużjonijiet:

(a) is-sitwazzjoni eżistenti u t-tendenzi probabbli fir-rigward ta':

(i) il-prezzijiet u d-disponibbiltà tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 63 (1) fuq is-suq Komunitarju;

(ii) il-prezzijiet fuq is-suq dinji għal dawk il-prodotti;

(b) l-aktar spejjeż vantaġġużi tal-bejgħ u tat-trasport minn swieq Komunitarji lejn portijiet u postijiet ta' l-esportazzjoni oħrajn fil-Komunità, kif ukoll spejjeż tat-tbaħħir lejn il-pajjiżi destinatarji.

(ċ) l-objettivi ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid, li huma biex jassiguraw ekwilibriju fuq is-swieq u l-iżvilupp naturali fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kummerċ;

(d) limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi bi qbil ma' l-Artikolu 300 tat-Trattat;

(e) il-ħtieġa li jkunu evitati tfixkil fis-suq Komunitarju;

(f) l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjoni pproponuti.

4. Il-prezzijiet tas-suq Komunitarju li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 63 (1) għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni l-aktar vantaġġużi.

Dawn li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati meta l-prezzijiet fil-kummerċ internazzjonali li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 63 (1) ikunu ddeterminati:

(a) il-prezzijiet irreġistrati fis-swieq ta' pajjiżi terzi;

(b) l-aktar prezzijiet favorevoli f'pajjiżi terzi destinatarji ta' l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi;

(ċ) il-prezzijiet tal-produtturi rreġistrati f'pajjiżi terzi esportaturi, wara li jiġu kkunsidrati, fejn xieraq, is-sussidji mogħtija minn dawk il-pajjiżi;

(d) l-offerti ta' prezzijiet free-at-Community-frontier (liberi fil-fruntiera tal-Komunità).

5. Mingħajr preġudizzju għat-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 63 (3), l-intervalli ta' meta l-lista ta' prodotti li fir-rigward attwalment jingħataw ir-rifużjonijiet għandha tiġi ffissata u l-ammont ta' dawk r-rifużjonijiet għandhom jiġu ddeterminati bi qbil mal-proċedura li tinsab fl-Artikolu 75.

6. Ir-rifużjonijiet għandhom jitħallsu la darba jkun hemm prova li l-prodotti:

(a) huma ta' oriġini Komunitarja;

(b) ġew esportati mill-Komunità, u

(ċ) fil-każ ta' rifużjonijiet differenzjati, li jkunu laħqu d-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja jew xi destinazzjoni oħra li dwarhom ikunu ġew stabbiliti r-rifużjonijiet, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 63 (5)(b). B'danakollu, jistgħu jsiru eċċezzjonijiet għal din ir-regola bi qbil mal-proċedura li tinsab fl-Artikolu 75, basta li l-kondizzjonijiet ikunu stabbiliti li joffru garanziji ekwivalenti.

Dispożizzjonijiet addizzjonali jistgħu jiġu adottati bi qbil mal-proċedura li tinsab fl-Artikolu 75.

7. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6(a), fin-nuqqas ta' deroga mogħtija bi qbil mal-proċedura li tinsab fl-Artikolu 75, l-ebda rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ma tista' tingħata fuq prodotti li huma importati minn pajjiżi terzi u ri-esportati lejn pajjiżi terzi.

Artikolu 65

1. Sal-limitu meħtieġ għall-operat tajjeb ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata u fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' f'każi partikolari jipprojbixxi l-użu ta' l-arranġamenti ta' l-ipproċessar 'il ġewwa, totalment jew parzjalment, fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1:

2. B'deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 tinqala' b'urġenza partikolari u jekk is-Suq Komunitarju jiġi mfixkel jew ikun f'pożizzjoni li jista' jiġi mfixkel minn arranġamenti ta' proċessar 'il ġewwa jew 'il barra, il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom jiġu nnotifikati dwar dawn il-miżuri, li għandhom ikunu validi għal mhux aktar minn sitt xhur u għandhom ikunu applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tieħu d-deċiżjoni f'dan ir-rigward fi żmien ġimgħa wara li tirċievi t-talba.

3. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tista' tiġi riferuta lejn il-Kunsill minn kull Stat Membru fi żmien ġimgħa wara l-ġurnata tan-notifika. Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jikkonferma, jemenda jew iħassar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jieħux deċiżjoni fi żmien tliet xhur, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha titqies li ġiet imħassra.

Artikolu 66

1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha għandhom japplikaw għall-klassifika tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffi li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tiġi nkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni.

2. Apparti minn kif hemm ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew permezz ta' dispożizzjoni minnu, dawn li ġejjin għandhom ikunu pprojbiti;

(a) l-impożizzjoni ta' taxxa li jkollu effett ekwivalenti bħal dazju,

(b) l-applikazzjoni ta' xi restrizzjoni jew miżura kwantitattiva li jkollha effett ekwivalenti.

Artikolu 67

1. L-importazzjoni tal-prodotti li hemm referenza dwarhom f'dan ir-Regolament li magħhom ikun ġie miżjud l-alkoħol, bl-eċċezzjoni ta' dawk il-prodotti ekwivalenti għal prodotti li joriġinaw fil-Komunità li fir-rigward tagħhom din it-tip ta' taħlita hija permissibbli, għandha tkun projbita.

2. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, u b'mod partikolari l-kondizzjonijiet għall-ekwivalenza ta' prodotti, u d-derogi mill-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura li tinsab fl-Artikolu 75.

Artikolu 68

1. Il-prodotti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1(2)(a) u (b) jistgħu jiġu impurtati biss jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) fir-rigward tal-prodotti kollha:

(i) jekk jaqblu mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-produzzjoni, it-tpoġġija fuq is-suq u, fejn xieraq, il-konsenja għal konsum dirett mill-bnedmin fil-pajjiżi terzi li fihom joriġinaw, u evidenza ta' konformità ma' din il-kondizzjoni tingħata permezz ta' ċertifikat maħruġ minn korp kompetenti, inkluż fuq lista li għandha tkun iddeterminata, fil-pajjiż terz li fih joriġina l-prodott;

(ii) fejn huma intenzjonati għal konsum dirett mill-bnedmin, jekk ikunu akkumpanjati b'rapport analitiku mħejji minn korp jew dipartiment innominat mill-pajjiż terz minn fejn joriġina l-prodott;

(b) fir-rigward ta' nbejjed intenzjonati għall-konsum dirett mill-bnedmin apparti minn inbejjed likurużi u nbejjed frizzanti:

(i) jekk ikollhom qawwa alkoħolika attwali bil-volum ta' mhux anqas minn 9 % vol u qawwa alkoħolika totali bil-volum li ma teċċedix il-15 % vol;

(ii) jekk ikollhom kontenut totali ta' aċidità espress bħala aċidu tartariku ta' mhux anqas minn 3,5 jew 46,6 milli-ekwivalenti għal kull litru.

2. Dispożizzjonijiet jistgħu jsiru permezz tal-proċedura li tinsab fl-Artikolu 75 għal dawn li ġejjin:

(a) id-definizzjoni tal-karatteristiċi li l-inbejjed likurużi u l-inbejjed frizzanti għandu jkollhom u d-derogi mill-paragrafu 1 (b),

(b) li jeliminaw il-ħtieġa ta' ċertifikat u ta' rapport analitiku li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 (a) fil-każ ta' ċerti prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 li huma trasportati fi kwantitajiet limitati u miżmuma f'kontenituri żgħar,

(ċ) li jneħħu totalment jew parzjalment il-ħtieġa li l-partikolaritajiet li jinsabu fiċ-ċertifikat jew fir-rapport analitiku li hemm provvediment dwaru fil-paragrafu 1(a) fil-każ ta' ċerti nbejjed akkumpanjati minn ċertifikat ta' disinjazzjoni ta' l-oriġini jew minn ċertifikat ta' l-oriġini.

3. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 75.

Artikolu 69

1. Jekk, minħabba l-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet, is-suq Komunitarju f'wieħed jew iżjed mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 (2) ikun affettwat minn, jew ikun mhedded bi, tfixkil serju li aktarx jipperikola l-kisba ta' l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 33 tat-Trattat, miżuri xierqa jistgħu jiġu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi sakemm jieqaf dan it-tfixkil.

Sabiex issir evalwazzjoni jekk is-sitwazzjoni tiġġustifikax l-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri, dawn li ġejjin iridu jiġu partikolarment ikkunsidrati:

(a) il-kwantitajiet li fir-rigward tagħhom ikunu nħarġu jew saru l-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni u l-qagħda tas-settur ta' l-inbid fil-Komunità;

(b) fejn xieraq, l-iskala ta' l-intervent.

Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u għandu jiddefinixxi l-każi u l-limiti li fihom l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi temporanji.

2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 titfaċċa, il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri għandhom jiġu nnotifikati dwar dawn il-miżuri, li għandhom ikunu applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tieħu d-deċiżjoni f'dan ir-rigward fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

3. Il-miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jiġu riferuti lejn il-Kunsill minn kull Stat Membru fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mill-ġurnata minn meta jkunu ġew innotifikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa' mingħajr dewmien. Jista, billi jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżuri in kwestjoni.

4. Dan l-Artikolu għandu jiġi applikat wara li jkunu kkunsidrati l-obbligi li jirriżultaw minn ftehim internazzjonali konklużi bi qbil ma' l-Artikolu 300 (2) tat-Trattat.

TITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI, TRANSITORJI U FINALI

Artikolu 70

1. Il-prodotti koperti b'dan ir-Regolament jistgħu jitpoġġew f'ċirkolazzjoni ġewwa l-Komunità, biss b'dokument appoġġanti li huwa uffiċjalment ivverifikat.

2. Persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew grupp ta' persuni li jżommu dawn il-prodotti fl-eżerċizzju tal-kummerċ tagħhom, b'mod partikolari l-produtturi, dawk li jibbottiljaw u l-proċessuri, kif ukoll in-negozjanti li għandhom ikunu ddeterminati, għandhom ikunu obbligati li jżommu reġistri ta' l-oġġetti deħlin u ħerġin fir-rigward ta' dawk il-prodotti.

3. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, u b'mod partikolari n-natura u l-forma tad-dokument li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1, u d-derogi minn dan l-Artikolu, għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura li tinsab fl-Artikolu 75.

Artikolu 71

1. Apparti milli kif hemm ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament, l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-produzzjoni ta', u għall-kummerċ fil-prodotti koperti b'dan ir-Regolament.

2. Il-Kapitolu II tat-Titolu II m'għandux jimpedixxi l-għoti ta' għajnuna nazzjonali ddisinjata biex tikseb objettivi simili għal dawk ta' dak il-Kapitolu. Il-Paragrafu 1 għandu b'danakollu japplika għal dik l-għajnuna.

Artikolu 72

1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità waħda jew iżjed li għandhom ikunu responsabbli sabiex jassiguraw li jkun hemm konformità mar-regoli Komunitarji fis-settur ta' l-inbid. Għandhom jinnominaw ukoll il-laboratorji awtorizzati biex iwettqu l-analiżi uffiċjali fis-settur ta' l-inbid.

2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-ismijiet u l-indirizzi ta' dawn l-awtoritajiet u l-laboratorji. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni lejn l-Istati Membri l-oħra.

3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi korp ta' uffiċjali speċifiċi li għandhom jikkollaboraw ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri f'kontrolli fuq il-post sabiex jassiguraw li jkun hemm applikazzjoni uniformi tar-regoli fis-settur ta' l-inbid.

4. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 75.

Dawn ir-regoli jistgħu partikolarment jinkludu dispożizzjonijiet:

(a) li jassiguraw li jkun hemm applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet Komunitarji fis-settur ta' l-inbid, partikolarment fir-rigward ta' kontrolli;

(b) li jirregolaw ir-relazzjoni bejn l-awtoritajiet nominati;

(ċ) li jirregolaw il-proċeduri finanzjarji speċifiċi għat-titjib tal-kontrolli;

(d) li jirregolaw sanzjonijiet amministrattivi, u

(e) li jirregolaw il-poteri u l-obbligi ta' l-ispetturi nominati.

Artikolu 73

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkommunikaw lejn xulxin l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-regoli dettaljati li jirregolaw din il-komunikazzjoni, inkluża n-natura u l-format ta' l-informazzjoni li trid tiġi trasmessa, u l-limiti taż-żmien għall-komunikazzjoni tagħha kif ukoll id-distribuzzjoni ta' l-informazzjoni miġbura għandha tiġi adottata bi qbil mal-proċedura li tinsab fl-Artikolu 75.

Artikolu 74

Kumitat ta' Tmexxija għall-Inbid (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat") huwa b'hekk stabbilit li jikkonsisti minn rappreżentanti tal-Istati Membri u presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

Artikolu 75

1. Meta l-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu għandha tkun segwita, il-President għandu jirreferi il-materja lejn il-Kumitat, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tar-rappreżentant ta' Stat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lejn il-Kumitat abbozz tal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kumitat għandu jwassal l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fi żmien li l-President jistabbilixxi bi qbil ma' l-urġenza tal-materja. L-opinjoni għandha titwassal bil-maġġoranza li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 205 (2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom ikunu mgħobbija kif stabbilit f'dak l-Artikolu. Il-President m'għandux jivvota.

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li jkunu japplikaw immedjatament. B'dana kollu, jekk il-miżuri ma jkunux bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat, dawn għandhom jintbagħtu minnufih mill-Kummissjoni lejn il-Kunsill. F'dak il-każ il-Kummissjoni tista' tiddeferixxi l-applikazzjoni tal-miżuri li hi tkun iddeċidiet għal perjodu ta' mhux aktar minn tliet xhur mid-data ta' meta jkunu ntbagħtu.

Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fiż-żmien stabbilit li hemm referenza dwaru fit-tieni paragrafu.

Artikolu 76

Il-Kumitat jista' jeżamina kull mistoqsija oħra mqajma mill-President, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta' rappreżentant ta' Stat Membru.

Artikolu 77

1. Dan ir-Regolament għandu jiġi hekk applikat li akkont xieraq jittieħed, fl-istess ħin, ta' l-objettivi li jinsabu fl-Artikoli 33 u 131 tat-Trattat.

2. Dan l-Artikolu għandu jiġi applikat wara li jiġu kkunsidrati l-obbligi li jirriżultaw minn ftehim internazzjonali konklużi bi qbil ma' l-Artikolu 300 (2) tat-Trattat.

Artikolu 78

1. Ir-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u d-dispożizzjonijiet adottati biex jimplimentawh għandhom japplikaw għall-prodotti koperti b'dan ir-Regolament.

2. Il-laġġju li hemm referenza dwaru fil-Kapitolu II tat-Titolu II, is-sostenn li hemm referenza dwarha fil-Kapitolu III ta' dak it-Titolu, l-għajnuna li hemm referenza dwarha fil-Kapitolu I tat-Titoli III, ix-xiri u appoġġ li hemm referenza dwarhom fil-Kapitolu II ta' dak it-Titolu u l-għajnuna li hemm referenza dwarha fil-Kapitolu III ta' dak it-Titolu u r-rifużjonijiet li hemm referenza dwarhom fit-Titolu VII għandhom jiġu meqjusa bħala interventi ddisinjati biex jistabbilizzaw is-swieq agrikoli bi qbil mat-tifsira ta' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999.

3. Minkejja xi dispożizzjonijiet aktar restrittivi, l-appoġġ Komunitarju li jista' jingħata permezz tat-Titolu III u r-rifużjonijiet li jistgħu jingħataw permezz tat-Titolu VII jistgħu jingħataw biss fir-rigward ta' prodotti magħmula fil-Komunità minn għeneb maħsud fil-Komunità.

Artikolu 79

Bl-għan li jkun evitat l-eċċess ta' inbid tal-mejda u ta' nbejjed addattati għall-produzzjoni ta' l-inbid tal-mejda, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw limitu fuq il-frott espressi bħala ammont ta' ettolitri għal kull ettaru, li l-eċċessività ta' dan il-limitu tirriżulta li l-produtturi ma jibqgħux eliġibbli għal benefiċċji permezz ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 80

Bi qbil mal-proċedura li tinsab fl-Artikolu 75, għandhom jiġu adottati miżuri li:

(a) jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-arranġamenti li jinsabu fir-Regolamenti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 81 u dawk stabbiliti b'dan ir-Regolament;

(b) fejn meħtieġ, jirrisolvu problemi prattiċi speċifiċi. Dawn il-miżuri, jekk ikunu ġustifikati, jistgħu jidderogaw minn ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 81

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 346/79, (KEE) Nru 351/79, (KEE) Nru 460/79, (KEE) Nru 456/80, (KEE) Nru 457/80, (KEE) Nru 458/80, (KEE) Nru 1873/84, (KEE) Nru 895/85, (KEE) Nru 822/87, (KEE) Nru 823/87, (KEE) Nru 1442/88, (KEE) Nru 3877/88, (KEE) Nru 4252/88, (KEE) Nru 2046/89, (KEE) Nru 2048/89, (KEE) Nru 2389/89, (KEE) Nru 2390/89, (KEE) Nru 2391/89, (KEE) Nru 2392/89, (KEE) Nru 3677/89, (KEE) Nru 3895/91, (KEE) Nru 2332/92 u (KEE) Nru 2333/92 huma mħassra.

Artikolu 82

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta' Awissu 2000.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, is-17 ta' Mejju 1999.

Għall-Kunsill

K. H. Funke

Il-President

[1] ĠU C 271, tal-31.8.1998, pġ. 21

[2] L-Opinjoni mogħtija fis-6 ta' Mejju 1999 (għada mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

[3] ĠU C 101, tat-12.4.1999, pġ. 60

[4] ĠU C 93, tas-6.4.1999, pġ. 1

[5] ĠU L 84, tas-27.3.1987, pġ. 1

[6] ĠU L 210, tat-28.7.1998, pġ. 8

[7] ĠU L 54, tal-5.3.1979, pġ. 72

[8] ĠU L 54, tal-5.3.1979, pġ. 90

[9] ĠU L 106, tas-26.4.1991, pġ. 6

[10] ĠU L 58, tad-9.3.1979, pġ. 1

[11] ĠU L 367, tal-31.12.1985, pġ. 39

[12] ĠU L 57, tad-29.2.1980, pġ. 16

[13] ĠU L 163, tat-22.6.1983, pġ. 52

[14] ĠU L 57, tad-29.2.1980, pġ. 23

[15] ĠU L 57, tad-29.2.1980, pġ. 27

[16] ĠU L 67, ta’ l-4.3.1991, pġ. 16

[17] ĠU L 176, tat-3.7.1984, pġ. 6

[18] ĠU L 353, ta’ l-24.12.1997, pġ. 2

[19] ĠU L 97, ta’ l-4.4.1987, pġ. 2

[20] ĠU L 362, tal-31.12.1985, pġ. 8

[21] ĠU L 84, tas-27.3.1987, pġ. 59

[22] ĠU L 184, ta’ l-24.7.1996, pġ.1

[23] ĠU L 132, tat-28.5.1988, pġ. 3

[24] ĠU L 108, tas-27.4.1999, pġ. 9

[25] ĠU L 346, tal-15.12.1988, pġ. 7

[26] ĠU L 373, tal-31.12.1988, pġ. 59

[27] ĠU L 210, tat-28.7.1998, pġ. 11

[28] ĠU L 202, ta’ l-14.7.1989, pġ. 14

[29] GU L 335, ta’ l-24.12.1996, pġ. 7

[30] ĠU L 202, ta’ l-14.7.1989, pġ. 32

[31] ĠU L 232, tad-9.8.1989, pġ. 1

[32] ĠU L 292, tal-25.10.1997, pġ. 3

[33] ĠU L 232, tad-9.8.1989, pġ. 7

[34] ĠU L 353, ta’ l-24.12.1997, pġ.1

[35] ĠU L 232, tad-9.8.1989, pġ.10

[36] ĠU L 232, tad-9.8.1989, pġ. 13

[37] ĠU L 184, ta’ l-24.7.1996, pġ. 3

[38] ĠU L 360, tad-9.12.1989, pġ. 1

[39] ĠU L 297, tat-18.11.1994, pġ. 1

[40] ĠU L 368, tal-31.12.1991, pġ. 1

[41] ĠU L 231, tat-13.8.1992, pġ. 1

[42] ĠU L 231, tat-13.8.1992, pġ. 9

[43] ĠU L 184, ta’ l-24.7.1996, pġ. 9

[44] ĠU L 160, tas-26.6.1999, pġ. 80

[45] ĠU C 32, tas-6.2.1999, pġ. 12

[46] ĠU L 208, tal-31.7.1986, pġ. 1

[47] ĠU L 210, tat-28.7.1998, pġ. 14

[48] ĠU L 336, tat-23.12.1994, pġ. 1.

[49] ĠU L 336, tat-23.12.1994, pġ. 22

[50] ĠU L 160, tas-26.6.1999, pġ. 103

[51] ĠU L 336, tat-23.12.1994, pġ. 86

[52] ĠU L 161, tas-26.6.1999, pġ. 1

[53] ĠU L 177, ta’ l-1.7.1981, pġ. 4. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1148/98 (ĠU L 159, tat-3.6.2000, pġ. 38).

[54] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, pġ. 21. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1253/1999 (ĠU L 160, tas-26.6.1999, pġ. 18).

--------------------------------------------------

ANNESS I

DEFINIZZJONIJIET TA' PRODOTTI

Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għal:

- prodotti magħmula fil-Komunità minn għeneb maħsud fil-Komunità, inkluż inbid li hemm referenza dwaru fis-sitt inċiż tal-paragrafu 15, u

- prodotti apparti minn dawk li hemm referenza dwarhom fil-paragrafi 3, 4, 5, 6, 7, 12, 13, 14, 15, 16, 17, 18 u 24 meta dawn

- joriġinaw f'pajjiżi terzi, jew

- huma manifatturati fil-Komunità minn għeneb maħsud 'il barra mill-Komunità sa kemm il-manifattura tagħhom hija permissibbli permezz ta' dan ir-Regolament.

Id-definizzjonijiet ta' prodotti ta' l-inbid li għalihom ma japplikax dan l-Anness għandhom jiġu adottati kif inhu meħtieġ bi qbil ma' dan ir-Regolament, permezz tal-proċedura li tinsab fl-Artikolu 75.

1. Għeneb frisk: il-frott tad-dielja użat fil-produzzjoni ta' l-inbid, tari jew anki kemxejn imqadded, li jista' jiġi magħsur jew mgħaffeġ permezz ta' mezzi normali tal-kantini ta' l-inbid u li jistgħu spontanjament jipproduċu fermentazzjoni alkoħolika.

2. Most ta' l-għeneb: il-prodott likwidu miksub b'mod naturali jew permezz ta' proċessi fiżiċi minn għeneb frisk. Qawwa alkoħolika attwali bil-volum tal-most ta' l-għenba ta' mhux aktar minn 1 % vol. huwa permissibbli.

3. Most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni: il-prodott miksub mill-fermentazzjoni tal-most ta' l-għeneb u b'qawwa alkoħolika attwali bil-volum ta' aktar minn 1 % vol. imma anqas minn tlieta-minn-ħamsa tal-qawwa alkoħolika totali bil-volum. B'dana kollu, ċerti nbejjed ta' kwalità psr li jkollhom qawwa alkoħolika attwali bil-volum ta' anqas minn tlieta-minn-ħamsa tal-qawwa alkoħolika totali tagħhom bil-volum imma mhux anqas minn 4,5 % vol. m'humiex meqjusa bħala most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni.

4. Most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni, estratt minn għeneb imqadded; il-prodott miksub mill-fermentazzjoni parzjali ta' most ta' l-għeneb imqadded, li jkollu total ta' kontenut ta' zokkor li qabel il-fermentazzjoni ikun ta' mill-anqas 272 gramma għal kull litru u qawwa alkoħolika attwali bil-volum li ma tistax tkun anqas minn 8 % vol. B'dana kollu, ċerti nbejjed li jissodisfaw dawn il-kondizzjonijiet m'humiex ikkunsidrati bħala most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni estratt minn għeneb imqadded.

5. Most ta' l-għeneb frisk bil-fermentazzjoni mwaqqfa permezz taż-żieda ta' alkoħol: prodott li:

- għandu qawwa alkoħolika attwali bil-volum ta' mhux anqas minn 12 % vol. imma anqas minn 15 % vol., u

- huwa miksub biż-żieda ta' most ta' l-għeneb mhux fermentat u li jkollu qawwa alkoħolika naturali bil-volum ta' mhux anqas minn 8,5 % vol. u derivat esklussivament mid-disa' varjetajiet li hemm referenza dwarhom fl-Arikolu 42(5):

- jew ta' alkoħol newtrali ta' oriġini mid-dwieli, inkluż l-alkoħol miksub mid-distillazzjoni ta' għeneb imqadded, li jkollu qawwa alkoħolika attwali bil-volum ta' mhux anqas minn 95 % vol.,

- jew prodott mhux rettifikat derivat mid-distillazzjoni ta' inbid u li jkollu qawwa alkoħolika attwali bil-volum ta' mhux anqas minn 52 % vol. u mhux aktar minn 80 % vol.

6. Most ta' l-għeneb ikkonċentrat: most ta' l-għeneb li mhux karamellizzat li hu:

- miksub permezz ta' deħidrazzjoni parzjali ta' most ta' l-għeneb b'kull metodu awtorizzat apparti milli bi sħana diretta b'tali mod li l-figura indikata fir-refrattometru użat bi qbil ma' metodu li għandu jkun preskritt f'temperatura ta' 20 °C ma tkunx anqas minn 50,9 %;

- miksub esklussivament minn varjetajiet ta' dwieli li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 42(5);

- miksub minn most ta' l-għeneb li għandu mill-anqas il-qawwa alkoħolika naturali minima bil-volum stabbilita għaż-żona tat-tkabbir tad-dwieli fejn kien maħsud l-għeneb.

Qawwa alkoħolika attwali bil-volum most ta' l-għeneb konċentrat ta' mhux aktar minn 1 % vol. huwa permissibbli.

7. Most ta' l-għeneb konċentrat u rettifikat: il-prodott likwidu mhux karamellizzat li:

- huwa miksub permezz ta' deħidrazzjoni parzjali ta' most ta' l-għeneb b'kull metodu awtorizzat apparti milli bis-sħana diretta b'tali mod li l-figura indikata fir-refrattometru użat bi qbil ma' metodu li għandu jkun preskritt f'temperatura ta' 20 °C ma tkunx anqas minn 61,7 %;

- ikun għadda minn trattament awtorizzat għal de-aċidifikazzjoni u l-eliminazzjoni ta' kostitwenti apparti miz-zokkor;

- għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

- pH ta' mhux aktar minn 5 fi Brix ta' 25 °,

- densità ottika ta' 425 nm għal ħxuna ta' 1 ċm ta' mhux aktar minn 0,100 f'most ta' l-għeneb konċentrat fi Brix ta' 25 °,

- kontenut ta' sukrosju li ma jinstabx b'metodu ta' analiżi li għandu jkun definit,

- indiċi ta' Folin-Ciocalteau ta' mhux aktar minn 6,00 fi Brix ta' 25 °,

- aċidità titrattabbli ta' mhux aktar minn 15 milli-ekwivalenti għal kull kilogramma ta' zokkriet totali,

- kontenut ta' diossidu tal-kubrit ta' mhux aktar minn 25 milli-ekwivalenti għal kull kilogramma ta' zokkriet totali,

- kontenut totali ta' cation mhux aktar minn 8 milli-ekwivalenti għal kull kilogramma ta' zokkriet totali,

- konduttività fi 25 ° Brix u 20 °C ta' mhux aktar minn 120 mikro-Siemens/cm,

- kontenut ta' hydroxymethylfurfural ta' mhux aktar minn 25 milli-ekwivalenti għal kull kilogramma ta' zokkriet totali,

- il-preżenza ta' mesoinositol,

- huwa miksub esklussivament minn varjetajiet ta' dwieli li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 42(5),

- huwa miksub minn most ta' l-għeneb li għandu mill-anqas il-qawwa alkoħolika naturali minima bil-volum stabbilita għaż-żona tat-tkabbir tad-dwieli fejn kien maħsud l-għeneb.

Qawwa alkoħolika attwali bil-volum ta' l-għenba konċentrata u rettifikata ta' mhux aktar minn 1 % vol. huwa permissibbli.

8. Ġulepp ta' l-għeneb: il-prodott likwidu mhux fermentat imma fermentabbli miksub permezz ta' trattament xieraq li jagħmlu tajjeb għall-konsum kif inhu; jista' jiġi miksub:

(a) minn għeneb frisk jew minn most ta' l-għeneb, jew

(b) permezz ta' rikostituzzjoni minn:

- most ta' l-għeneb konċentrat; jew

- minn ġulepp ta' l-għeneb konċentrat.

Qawwa alkoħolika attwali bil-volum ta' l-għenba ta' mhux aktar minn 1 % vol. huwa permissibbli.

9. Ġulepp ta' l-għeneb konċentrat:ġulepp ta' l-għeneb mhux karamellizzat miksub permezz ta' deħidrazzjoni parzjali ta' ġulepp ta' l-għeneb imwettaq b'xi metodu awtorizzat apparti milli bis-sħana diretta b'tali mod li l-figura indikata fir-refrattometru użat bi qbil ma' metodu li għandu jkun preskritt f'temperatura ta' 20 °C ma tkunx anqas minn 50,9 %;

Qawwa alkoħolika attwali bil-volum tal-ġulepp konċentrat ta' l-għeneb ta' mhux aktar minn 1 % vol. huwa permissibbli.

10. Inbid: il-prodott miksub esklussivament mill-fermentazzjoni alkoħolika totali jew parzjali ta' għeneb frisk, kemm jekk ikun mgħaffeġ jew le, jew ta' most ta' l-għeneb.

11. Inbid ġdid li jkun għadu fil-fermentazzjoni: inbid li fih il-fermentazzjoni alkoħolika ma tkunx għadha kompluta u li ma jkunx għadu ġie sseparat mill-karfa.

12. Inbid addattat għall-produzzjoni ta' l-inbid tal-mejda: inbid li:

- huwa miksub esklussivament minn varjetajiet ta' dwieli li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 42(5);

- huwa prodott fil-Komunità, u

- għandu ta' mill-anqas il-qawwa alkoħolika naturali minima bil-volum stabbilita għaż-żona tat-tkabbir tad-dwieli fejn ikun ġie prodott.

13. Inbid tal-mejda: inbid apparti minn inbid ta' kwalità psr li:

- huwa miksub esklussivament minn varjetajiet ta' dwieli li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 42(5);

- ikun prodott fil-Komunità;

- għandu, kemm jekk wara l-applikazzjoni tal-proċessi speċifikati fil-punt D ta' l-Anness V u kemm jekk le, qawwa alkoħolika attwali bil-volum ta' mhux anqas minn 8,5 % vol. basta li l-inbid ikun ġie esklussivament minn għeneb maħsud fiż-żoni tat-tkabbir tad-dwieli A u B, u ta' mhux anqas minn 9 % vol., f'żoni oħrajn fejn jitkabbru d-dwieli, u qawwa alkoħolika totali bil-volum ta' mhux aktar minn 15 % vol.;

- soġġett għal derogi li jistgħu jiġu adottati, ikollu kontenut totali ta' aċidità, espress bħala aċidu tartariku, ta' mhux anqas minn 3,5 gramma għal kull litru jew 46,6 milli-ekwivalenti għal kull litru.

B'danakollu, fil-każ ta' nbejjed minn ċerti żoni fejn jitkabbru d-dwieli li jridu jkunu ddeterminati li jkunu ġew prodotti mingħajr ebda arrikkiment, il-limitu l-aktar għoli għall-qawwa alkoħolika totali bil-volum jista' jittella' għal 20 % vol.

Inbid tal-mejda "Retsina" huwa nbid tal-mejda magħmul esklussivament fit-territorju ġeografiku tal-Greċja permezz ta' most ta' l-għeneb ittrattat bir-resina mill-arżnu ta' l-Aleppo. L-użu ta' resina mill-arżnu ta' Aleppo huwa permissibbli biss għall-iskopijiet tal-produzzjoni ta' l-inbid tal-mejda "retsina" skond il-kondizzjonijiet stipulati fid-disposizzjonijiet Griegi applikabbli.

14. Inbid likuruż: Il-prodott:

A. Li għandu:

- qawwa alkoħolika attwali bil-volum ta' mhux anqas minn 15 % vol. imma aktar minn 22 % vol., u

- qawwa alkoħolika totali bil-volum ta' mhux anqas minn 17,5 % vol., apparti minn għal ċerti nbejjed ta' kwalità likurużi magħmula f'reġjuni speċifikati (inbejjed likurużi ta' kwalità psr) li jidhru fuq lista li għad trid tiġi miktuba:

B. li jkun akkwistat:

(a) minn:

- most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni; jew

- inbid; jew

- taħlita tal-prodotti li jidhru hawn fuq; jew

- fil-każ ta' ċerti nbejjed likurużi ta' kwalità psr li għandhom ikunu ddeterminati, most ta' l-għeneb jew taħlita tiegħu ma' dan l-inbid,

dawn il-prodotti kollha huma meħtieġa, fil-każ ta' nbejjed likurużi u nbejjed likurużi ta' kwalità psr:

- derivati minn varjetajiet ta' dwieli li għandhom ikunu magħżula minn fost dawk li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 42 (5); u

- bl-eċċezzjoni ta' ċerti nbejjed likurużi ta' kwalità psr li jidhru fuq lista li għad trid tinkiteb, li jkollhom qawwa alkoħolika naturali inizjali bil-volum ta' mhux anqas minn 12 % vol.;

(b) u biż-żieda:

(i) individwalment jew f'taħlita:

- ta' alkoħol newtrali ta' l-oriġini tad-dwieli, inkluż alkoħol magħmul mid-distillazzjoni ta' għeneb imqadded, li jkollu qawwa alkoħolika attwali bil-volum ta' mhux anqas minn 96 % vol.,

- iddistillat ta' l-inbid jew ta' l-għeneb imqadded, li jkollu qawwa alkoħolika attwali ta' mhux anqas minn 52 % vol. u mhux iżjed minn 86 % vol.;

(ii) flimkien ma' wieħed jew iżjed mill-prodotti segwenti kif xieraq:

- għeneb magħsur qabel ma jeħmer konċentrat:

- taħlita ta' wieħed mill-prodotti li hemm referenza dwarhom fi (i) b'most ta' l-għeneb li hemm referenza dwaru fl-ewwel u fir-raba' inċiżi ta' (a);

(iii) għal ċerti nbejjed likurużi ta' kwalità psr li jidhru fuq lista li għad trid tinkiteb:

- xi wieħed mill-prodotti elenkati fi (i) individwalment jew flimkien;

- jew ta' wieħed jew aktar mill-prodotti segwenti:

- alkoħol ta' l-inbid jew ta' l-għeneb imadded, li jkollu qawwa alkoħolika attwali ta' mhux anqas minn 95 % vol. u mhux iżjed minn 96 % vol.;

- spiriti distillati mill-inbid jew mill-karfa ta' l-għeneb, li jkollu qawwa alkoħolika attwali bil-volum ta' mhux anqas minn 52 % vol. u mhux aktar minn 86 % vol.;

- spiriti distillati minn għeneb imqadded, li jkollhom qawwa alkoħolika attwali bil-volum ta' mhux anqas minn 52 % vol. u mhux aktar minn 94,5 % vol.;

- flimkien ma' wieħed jew iżjed mill-prodotti segwenti, kif xieraq:

- most ta' l-għeneb li huwa parzjalment fermentat, akkwistat minn għeneb imqadded;

- most ta' l-għeneb konċentrati akkwistati permezz ta' sħana diretta, li huma koformi, bl-eċċezzjoni ta' din l-operazzjoni, mad-definizzjoni ta' most ta' l-għeneb konċentrat;

- most ta' l-għeneb konċentrat:

- taħlita ta' wieħed mill-prodotti elenkati fit-tieni inċiż ma' most ta' l-għeneb li hemm referenza dwaru fl-ewwel u fir-raba' inċiżi ta' (a).

15. Inbid frizzanti: ħlief għad-deroga li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 44(3), il-prodott ikun miksub wara l-ewwel jew it-tieni fermentazzjoni alkoħolika:

- ta' l-għeneb frisk;

- ta' most ta' l-għeneb;

- ta' l-inbid,

addattat għall-produzzjoni ta' l-inbid tal-mejda;

- ta' l-inbid tal-mejda,

- ta' inbid ta' kwalità psr,

- inbejjed importati, fuq lista' li għad trid titħejja, minn varjetajiet ta' dwieli u minn żoni tat-tkabbir tad-dwieli bil-karatteristiċi li jiddistingwuhom minn inbejjed Komunitarji,

li, meta l-kontenitur jinfetaħ, jirrilaxxa d-diossidu tal-karbonju dderivat esklussivament minn fermentazzjoni u li għandu pressjoni eċċessiva, minħabba d-diossidu tal-karbonju fis-soluzzjoni, ta' mhux anqas minn 3 bar meta miżmum f'temperatura ta' 20 °C f'kontenituri magħluqa.

16. Inbid frizzanti bil-gass: il-prodott li:

- huwa miksub minn inbid tal-mejda;

- li jirrilaxxa, meta jinfetaħ il-kontenitur, id-diossidu tal-karbonju derivat totalment jew parzjalment minn żieda ta' dak il-gass; u

- li għandu pressjoni eċċessiva, minħabba d-diossidu tal-karbonju fis-soluzzjoni, ta' mhux anqas minn 3 bar meta miżmum f'temperatura ta' 20 °C f'kontenituri magħluqa.

17. Inbid semi frizzanti: il-prodott li:

- huwa akkwistat minn inbid tal-mejda, inbid ta' kwalità psr jew minn prodotti addattati għall-produzzjoni ta' l-inbid tal-mejda jew inbid ta' kwalità psr basta li dak l-inbid jew dawk il-prodotti jkollhom qawwa alkoħolika totali ta' mhux anqas minn 9 % vol.;

- ikollu qawwa alkoħolika attwali bil-volum ta' mhux anqas minn 7 % vol.;

- li għandu pressjoni eċċessiva, minħabba d-diossidu tal-karbonju endoġenu fis-soluzzjoni ta' mhux anqas minn 1 bar u mhux aktar minn 2,5 bar meta miżmum f'temperatura ta' 20 °C f'kontenituri magħluqa;

- jitpoġġa f'kontenituri ta' 60 litru jew anqas.

18. Inbid semi-frizzanti bil-gass: il-prodott li:

- huwa akkwistat minn inbid tal-mejda, inbid ta' kwalità psr jew minn prodotti addattati għall-produzzjoni ta' l-inbid tal-mejda jew l-inbid ta' kwalità psr;

- ikollu qawwa alkoħolika attwali bil-volum ta' mhux anqas minn 7 % vol. u qawwa alkoħolika totali ta' mhux anqas minn 9 % vol.;

- li għandu pressjoni eċċessiva ta' mhux anqas minn 1 bar u mhux iżjed minn 2,5 bar meta miżmum f'temperatura ta' 20 °C f'kontenituri magħluqa, minħabba d-diossidu tal-karbonju fis-soluzzjoni li jkun ġie totalment jew parzjalment miżjud;

- jitpoġġa f'kontenituri ta' kapaċità ta' mhux iżjed minn 60 litru.

19. Ħall ta' l-inbid: ħall li:

- huwa akkwistat esklussivament permezz tal-fermentazzjoni aċetuża ta' l-inbid; u

- li għandu aċidità totali ta' mhux anqas minn 60 gramma għal kull litru espressa bħala aċidu aċetiku.

20. Karfa ta' l-inbid: il-fdal li jakkumula f'kontenituri li jkun fihom l-inbid wara l-fermentazzjoni, waqt il-ħażna jew wara trattament awtorizzat u l-fdal akkwistat wara l-iffiltrar jew iċ-ċentrifugazzjoni tal-prodott.

Dawn li ġejjin huma wkoll meqjusa bħala karfa ta' l-inbid:

- ir-residwu li jakkumula f'kontenituri li jkun fihom il-most ta' l-għeneb matul il-ħażna jew wara trattament awtorizzat;

- ir-residwu li jibqa' wara l-iffiltrar jew iċ-ċentrifugazzjoni tal-prodott.

21. Karfa ta' l-għeneb: il-fdal wara t-tagħfis ta' l-għeneb frisk, kemm jekk fermentat u kemm jekk le.

22. Piquette: il-prodott miksub:

- permezz tal-fermentazzjoni tal-karfa ta' l-għeneb mhux trattat u maċerat fl-ilma; jew

- permezz tal-lissija tal-karfa ta' l-għeneb fermentat fl-ilma.

23. Inbid fortifikat għad-distillazzjoni: il-prodott li:

- għandu qawwa alkoħolika attwali bil-volum ta' mhux anqas minn 18 % vol. imma anqas minn 24 % vol;

- li huwa miksub esklussivament permezz taż-żieda ta' l-inbid li ma jkun fih l-ebda zokkor residwali tal-prodott mhux rettifikat derivat mid-distillazzjoni ta' l-inbid u li għandu qawwa alkoħolika attwali massima bil-volum ta' 86 % vol.; u

- li għandu aċidità volatili massima ta' mhux anqas minn 1,5 gramma għal kull litru, espressa bħala aċidu aċetiku.

24. Inbid minn għeneb misjur żejjed: il-prodott:

- prodott fil-Komunità, mingħajr arrikkament, minn għeneb maħsud fil-Komunità, li jkun ġej mill-varjetajet ta' dwieli stabbiliti fl-Artikolu 42(5) u li huma elenkati f' lista li għad trid titħejja;

- li għandu qawwa alkoħolika naturali ta' aktar minn 15 % vol.;

- li għandu qawwa alkoħolika attwali ta' mhux anqas minn 16 % vol., u qawwa alkoħolika attwali ta' mhux anqas minn 12 % vol.; u

L-Istati Membri jistgħu jippreskrivu l-perjodu tax-xjuħija għal dan il-prodott.

--------------------------------------------------

ANNESS II

QAWWA ALKOĦOLIKA

1. Qawwa alkoħolika attwali bil-volum tfisser in-numru ta' volumi ta' alkoħol pur li jinsab f'temperatura ta' 20 °C fi 100 volumi tal-prodott f'dik it-temperatura.

2. Qawwa alkoħolika potenzjali bil-volum tfisser in-numru ta' volumi ta' alkoħol pur f'temperatura ta' 20 °C li jistgħu jsiru permezz tal-fermentazzjoni totali taz-zokkrijiet li jinsabu fi 100 volum tal-prodott f'dik it-temperatura.

3. It-total tal-qawwa alkoħolika bil-volum tfisser is-somma tal-qawwa alkoħolika attwali u potenzjali.

4. Qawwa alkoħolika naturali bil-volum tfisser il-qawwa totali alkoħolika bil-volum tal-prodott qabel kull arrikkiment.

5. Qawwa attwali alkoħolika bi qbil mal-massa tfisser in-numru ta' kilogrammi ta' alkoħol pur li jinsab fi 100 kilogramma tal-prodott.

6. Qawwa alkoħolika potenzjali bi qbil mal-massa tfisser in-numru ta' kilogrammi ta' alkoħol pur li jista' jsir permezz tal-fermentazzjoni totali taz-zokkrijiet li jinsabu fi 100 kilogramma tal-prodott.

7. Qawwa alkoħolika totali bi qbil mal-massa tfisser is-somma tal-qawwa alkoħolika attwali u potenzjali.

--------------------------------------------------

ANNESS III

ŻONI TAT-TKABBIR TAD-DWIELI

1. Iż-żona tat-tkabbir tad-dwieli A tinkludi:

(a) fil-Ġermanja: iż-żoni bid-dwieli apparti minn dawk inklużi fiż-żona tat-tkabbir tad-dwieli B;

(b) fil-Lussemburgu: ir-reġjun tat-tkabbir tad-dwieli tal-Lussemburgu;

(ċ) fil-Belġju, fl-Olanda, fid-Danimarka, fl-Irlanda, fl-Isvezja u fir-Renju Unit: iż-żoni tat-tkabbir tad-dwieli ta' dawn il-pajjiżi.

2. Iż-żona tat-tkabbir tad-dwieli B tinkludi:

(a) fil-Ġermanja, iż-żoni bid-dwieli fir-reġjun speċifikat Baden;

(b) fi Franza, iż-żoni bid-dwieli fid-dipartimenti mhux li m'humiex imsemmija f'dan l-Anness u fid-dipartimenti li ġejjin:

- f'Alsace: Bas-Rhin, Haut-Rhin;

- f'Lorraine: Meurthe-et-Moselle, Meuse, Moselle, Vosges;

- f'Champagne: Aisne, Aube, Marne, Haute-Marne, Seine-et-Marne;

- f'Jura: Ain, Doubs, Jura, Haute-Saône;

- f'Savoie: Savoie, Haute-Savoie, Isère (Commune de Chapareillan);

- fil-Val de Loire: Cher, Deux-Sèvres, Indre, Indre-et-Loire, Loir-et-Cher, Loire-Atlantique, Loiret, Maine-et-Loire, Sarthe, Vendée, Viene, u ż-żoni bid-dwieli fl-arrondissement ta' Cosne-sur-Loire fid-dipartiment ta' Nièvre;

(ċ) fl-Awstrija: iż-żona Awstrijaka tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid.

3. Iż-żona tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid C I a) tinkludi ż-żona bid-dwieli:

(a) fi Franza:

- f'dawn id-dipartimenti li ġejjin: Allier, Alpes-de-Haute-Provence, Hautes-Alpes, Alpes-Maritimes, Ariège, Aveyron, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Corrèze, Côte-d'Or, Dordogne, Haute-Garonne, Gers, Gironde, Isère (bl-eċċezzjoni tal-komun ta' Chapareillan), Landes, Loire, Haute-Loire, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Nièvre (ħlief għall-arrondissements ta' Cosne-sur-Loire), Puy-de-Dôme, Pyrénées-Atlantiques, Hautes-Pyrénées, Rhône, Saône-et-Loire, Tarn, Tarn-et-Garonne, Haute-Vienne, Yonne;

- fl-arrondissements ta' Valence u Die fid-dipartiment ta' Drôme (apparti milli fil-cantons ta' Dieulefit, Loriol, Marsanne u Montélimar);

- fid-dipartiment ta' Ardèche, fl-arrondissement ta' Tournon u fil-cantons ta' Antraigues, Buzet, Coucouron, Montpezat-sous-Bauzon, PrVs, Saint-Etienne de Lugdarès, Saint-Pierreville, Valgorge u la Voulte-sur-Rhône;

(b) fi Spanja, fil-provinċji ta' Asturias, Cantabria, Guipúzcoa, La Coruña u Vizcaya;

(ċ) fil-Portugall, f'dik il-parti tar-reġjun ta' Norte li taqbel maż-żona nnominata ta' l-inbid "Vinho Verde" kif ukoll il-"Concelhos de Bombarral, Laurinhã, Mafra e Torres Vedras" (bl-eċċezzjoni ta' "Freguesias da Carvoeira e Dois Portos"), li tappartjeni għall-"Região viticola da Extremadura".

4. Fl-Italja, iż-żona tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid C 1 b) tinkludi ż-żoni bid-dwieli fir-reġjun ta' Valle d'Aosta u fil-provinċji ta' Sondrio, Bolzano, Trento u Belluno.

5. Iż-żona tat-tkabbir tad-dwieli C II tinkludi:

(a) fi Franza, iż-żoni bid-dwieli:

- f'dawn id-dipartimenti li ġejjin: Aude, Bouches-du-Rhône, Gard, Hérault, Pyrénées-Orientales (ħlief għall-cantons ta' Olette u Arles-sur-Tech), Vaucluse

- fil-parti tad-dipartiment ta' Var li tmiss minn naħa tan-nofsinhar mal-limitu tat-tramuntana tal-komuni ta' Evenos, Le Beausset, Solliès-Toucas, Cuers, Puget-Ville, Collobrières, La Garde-Freinet, Pland-de-la-Tour u Sainte-Maxime;

- fl-arrondissements ta' Nyons fil-cantons ta' Dieulefit, Loirol, Marsanne u Montélimar fid-dipartiment ta' Drôme;

- f'dawk il-partijiet tad-dipartiment ta' Ardèche mhux elenkati fil-punt 3 (a);

(b) fl-Italja, iż-żoni bid-dwieli fir-reġjuni li ġejjin: Abruzzi, Campagnia, Emilja-Romanja, Frijuli-Venezja Ġulja, Lazjo, Ligurja, Lombardija apparti mill-provinċja ta' Sondrijo, Marche, Molise, Pjemonte, Tuskanija, Umbrija Veneto apparti mill-provinċja ta' Belluno, inklużi l-gżejjer li jappartjenu għal dawk ir-reġjuni, bħal ma huma Elba u l-gżejjer l-oħrajn ta' l-arċipelago tat-Toskana, il-gżejjer Ponziane, Kapri u Iskja;

(ċ) fi Spanja, iż-żoni bid-dwieli:

- f'dawn il-provinċji segwenti:

- Lugo, Orense, Pontevedra,

- Ávilla (apparti mill-komuni li jaqblu ma' l-inbid innominat "comarca" ta' Ċebreros), Burgos, León, Palensja, Salamanka, Segovja, Sorja, Valladolid, Zamora,

- La Rioja,

- Álava,

- Navarra,

- Ħueska,

- Barċellona, Ġerona, Lérida;

- f'dik il-parti tal-provinċja ta' Zaragoza li tinsab fit-tramuntana tax-xmara Ebro;

- f'dawk il-komuni tal-provinċja ta' Tarragona inklużi fid-disinjazzjoni ta' l-oriġini disinjata Penedés.

- f'dik il-parti tal-provinċja ta' Tarragona li taqbel ma' l-inbid disinjat "comarca" ta' Conca de Barberá.

6. Fil-Greċja, iż-żona tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid C III a) tinkludi ż-żona bid-dwieli fin-nomoi segwenti: Florina, Imatja, Kilkis, Grevena, Larisa, Joannina, Levkas, Aċaka, Messinja, Arkadja, Korintja, Iraklijo, Khanja, Retimni, Samos, Lasithi u l-gżira ta' Tira (Santorini).

7. Iż-żona tat-tkabbir tad-dwieli C III b) tinkludi:

(a) fi Franza, iż-żoni bid-dwieli:

- fid-dipartimenti ta' Korsika;

- f'dik il-parti tad-dipartiment ta' Var li tinsab bejn il-baħar u linja li tmiss mal-komuni (li huma wkoll inklużi) ta' Evenos, Le Beausset, Solliès-Toucas, Cuers, Puget-Ville, Collobrières, La Garde-Freinet, Pland-de-la-Tour u Sainte-Maxime;

- fil-cantons ta' Olette u Arles-sur-Tech fid-dipartiment ta' Pyrénées-Orientales;

(b) fl-Italja, iż-żoni bid-dwieli fir-reġjuni segwenti: Kalabrija, Basilikata, Apulja, Sardinja u Sqallija, inklużi l-gżejjer li jappartjienu għal dawn ir-reġjuni, bħal ma huma Pantellerija u l-Gżejjer Lipari, Egadi u Pelaġi;

(ċ) fil-Greċja, iż-żoni bid-dwieli mhux elenkati fil-punt 6;

(d) fi Spanja, iż-żoni bid-dwieli mhux elenkati fi 3(b) jew 5(ċ);

(e) fil-Portugall, iż-żoni bid-dwieli fir-reġjuni mhux inklużi fiż-żona tat-tkabbir tad-dwieli C I a).

8. Id-demarkazzjoni tat-territorji koperti bl-unitajiet amministrattivi li hemm referenza dwarhom f'dan l-Anness hija dik li tirriżulta mid-disposizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fil-15 ta' Diċembru 1981 u, għall-Spanja, mid-disposizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1986 u fil-Portugall, mid-disposizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1998.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

LISTA TA' PRATTIĊI U PROĊESSI ENOLOĠIĊI AWTORIZZATI

1. Prattiċi u proċessi enoloġiċi li jistgħu jiġu applikati fuq għeneb frisk, mast ta' l-għeneb, most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni, most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni magħmul minn għeneb imqadded, most konċentrati ta' l-għeneb u nbid ġdid li jkun għadu fil-fermentazzjoni:

(a) iż-żieda ta' gass jew żieda ta' ossiġenu;

(b) it-trattament bis-sħana;

(ċ) iċ-ċentrifugazzjoni u l-filtrazzjoni, bil, jew mingħajr aġent ta' filtrar intert, bil-kondizzjoni li ebda fdal mhux mixtieq ma jitħalla fil-prodotti hekk trattati;

(d) l-użu ta' diossidu tal-karbonju, argon jew nitroġenu, waħdu jew imħallat, unikament sabiex tinħoloq atmosfera inerta u sabiex il-prodott ikun jista' jiġi mqandel protett mill-arja;

(e) l-użu ta' ħmira għall-produzzjoni ta' l-inbid;

(f) l-użu ta' waħda jew iżjed mill-prattiċi segwenti li jinkoraġġixxu t-tkabbir tal-ħmira;

- iż-żieda ta' fosfat diammonju jew ammonju tal-kubrit f'ċerti limiti,

- iż-żieda ta' ammonju tal-kubrit jew ammonju bisulphite f'ċerti limiti,

- iż-żieda ta' thiamin hydrochloride f'ċerti limiti;

(g) l-użu tad-diossidu tal-kubrit, potassju bisulphite jew potassju metabisulphite li jista' jissejjaħ ukoll potassju disulphite jew potassju pyrosulphite;

(h) l-eliminazzjoni tad-diossidu tal-kubrit permezz ta' proċessi fiżiċi;

(i) it-trattament tal-most ta' l-għeneb abjad jew inbid abjad ġdid li jkun għadu fil-fermentazzjoni bil-faħam tal-gagazza għall-użu enoloġiku, f'ċerti limiti;

(j) il-kjarifikazzjoni permezz ta' waħda jew iżjed mis-sostanzi li ġejjin għall-użu enoloġiku:

- il-ġelatina li tittiekel,

- l-isinglass (ġelatina ċara bajda mill-bużżieqa ta' l-arja tal-ħut ta' l-ilma ħelu),

- il-kaseina u kaseina tal-potassju,

- l-ovalbumin (albimina tal-bajd) u/jew il-laktalbumin (albumina tal-ħalib),

- il-bentonit,

- id-diossidu tas-silikon bħala ġelatina jew soluzzjoni kollojdali,

- il-kaolina,

- it-tannin,

- l-enżimi pektinolittiċi,

- il-preparazzjoni enżimatika ta' betaglucanase, taħt kondizzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti;

(k) l-użu ta' aċidu sorbiku jew sorbat tal-potassju;

(l) l-użu ta' aċidu tartariku għal skopijiet ta' aċidifikazzjoni taħt il-kondizzjonijiet stipulati fil-punti E u G ta' l-Anness V;

(m) l-użu ta' waħda jew iżjed mis-sostanzi segwenti għal skopijiet ta' di-aċidifikazzjoni taħt il-kondizzjonijiet stipulati fil-punti E u G ta' l-Anness V;

- it-tartrat tal-potassju newtrali,

- il-potassju bicarbonate,

- il-karbonat tal-kalċju, li jista' jkun fih kwantitajiet żgħar tal-melħ doppju tal-kalċju ta' l-aċidi tartariċi L (+) u l-aċidu maliku L (-),

- it-tartrat tal-kalċju,

- l-aċidu tartariku, taħt kondizzjonijiet li jridu jiġu determinati,

- il-preparazzjoni omoġenja ta' l-aċidu tartariku u l-karbonat tal-kalċju fi proporzjonijiet ekwivalenti u polverizzati b'mod fin;

(n) l-użu ta' resina ta' l-arżnu ta' l-Aleppo taħt kondizzjonijiet li jridu jiġu ddeterminati;

(o) l-użu ta' preparamenti tal-qoxra taċ-ċellola tal-ħmira, b'ċertu limiti;

(p) l-użu ta' polyvinylpolypyrrolidone f'ċerti limiti u taħt kondizzjonijiet li jridu jiġu ddeterminati;

(q) l-użu ta' batterja lattika f'sospensjoni vinuża taħt kondizzjonijiet li jridu jiġu ddeterminati;

(r) iż-żieda ta' lysozyme fil-limiti u taħt kondizzjonijiet li jridu jiġu ddeterminati;

2. Il-prattiċi u l-proċessi enoloġiċi li jistgħu jiġu applikati għall-most ta' l-għeneb intenzjonat għall-manifattura tal-most ta' l-għeneb konċentrat u rettifikat:

(a) żieda ta' gass;

(b) trattament bis-sħana;

(ċ) iċ-ċentrifugazzjoni u l-filtrazzjoni, b'aġent ta' filtrar intert, bil-kondizzjoni li ebda fdal mhux mixtieq ma jitħalla fil-prodott trattat b'dan il-mod;

(d) l-użu tad-dioossidu tal-kubrit, tal-potassju bisulphite jew tal-potassju metabisulphite li jista' jissejjaħ ukoll potassju disulphite jew tal-potassju pyrosulphite;

(e) l-eliminazzjoni tad-diossidu tal-kubrit permezz ta' proċessi fiżiċi;

(f) it-trattament bil-faħam tal-gagazza għall-użu enoloġiku;

(g) l-użu tal-karbonat tal-kalċju, li jista' jkun fih kwantitajiet żgħar tal-melħ doppju tal-kalċju ta' l-aċidu tartariku L (+) tartariku u l-aċidu maliku L (-);

(h) l-użu ta' resini ta' skambju ta' jonji taħt kondizzjonijiet li jridu jiġu ddeterminati.

3. Il-prattiċi u l-proċessi enoloġiċi li jistgħu jkunu applikati għall-most ta' l-għeneb li jkun fil-fermentazzjoni intenzjonat għall-konsum dirett mill-bnedmin bħala tali, inbid addattat għall-produzzjoni ta' l-inbid tal-mejda, inbid tal-mejda, inbid frizzanti, inbid frizzanti bil-gass, inbid semi-frizzanti, inbid semi-frizzanti bil-gass, inbid likuruż u nbejjed ta' kwalità psr;

(a) l-użu ta' nbejjed mhux ħelwin, u fi kwantitajiet li ma jeċċedux il-5 %, ta' karfa friska li tkun ta' kwalità tajba u mhux mifquha bl-ilma u li jkun fiha ħmira li tirriżulta mill-vinifikazzjoni reċenti ta' nbejjed mhux ħelwin;

(b) iż-żieda tal-gass jew ta' bżieżaq ta' l-arja bl-użu ta' l-argon u n-nitroġenu;

(ċ) it-trattament tas-sħana;

(d) iċ-ċentrifugazzjoni u l-filtrazzjoni, b'aġent ta' filtrar intert jew mingħajru, bil-kondizzjoni li ebda fdal mhux mixtieq ma jitħalla fil-prodotti trattati b'dan il-mod;

(e) l-użu tad-diossidu tal-karbonju, ta' l-argon jew tan-nitroġenu, waħedhom jew imħalltin, unikament sabiex tinħoloq atmosfera inerta u sabiex il-prodott ikun jista' jitqandel protett mill-arja;

(f) iż-żieda ta' diossidu tal-karbonju, f'ċerti limiti,

(g) l-użu, permezz tal-kondizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament, ta' diossidu tal-kubrit, tal-potassju bisulphite jew tal-potassju metabisulphite, li jista' jissejjaħ ukoll potassju disulphite jew potassju pyrosulphite;

(h) iż-żieda ta' l-aċidu sorbiku jew tas-sorbat tal-potassju basta li l-kontenut ta' l-aċidu sorbiku finali tal-prodott ittrattat mar-rilaxx tiegħu fis-suq għall-konsum dirett mill-bniedem ma jeċċedix il-200 mg/l;

(i) iż-żieda ta' l-aċidu L-asorbiku sa ċerti limiti;

(j) iż-żieda ta' l-aċidu ċitriku għal skopijiet ta' stabbilizzazzjoni ta' l-inbid, sa ċerti limiti;

(k) l-użu ta' l-aċidu tartariku għal skopijiet ta' aċidifikazzjoni permezz tal-kondizzjonijiet stipulati fil-punti E u G ta' l-Anness V;

(l) l-użu ta' waħda jew iżjed mis-sostanzi segwenti għal skopijiet ta' di-aċidifikazzjoni permezz tal-kondizzjonijiet stipulati fil-punti E u G ta' l-Anness V:

- it-tartrat tal-potassju newtrali,

- il-potassju bicarbonate,

- il-karbonat tal-kalċju, li jista' jkun fih kwantitajiet żgħar tal-melħ doppju tal-kalċju ta' l-aċidi L (+) tartariku u L (-) maliku,

- it-tartrat tal-kalċju,

- l-aċidu tartariku, skond il-kondizzjonijiet li għandhom ikunu ddeterminati,

- -preparazzjoni omoġenja ta' aċidu tartariku u tal-karbonat tal-kalċju fi proporzjonijiet ekwivalenti u polverizzati b'mod fin;

(m) il-klarifikazzjoni permezz ta' waħda jew iżjed mis-sostanzi segwenti għall-użu enoloġiku:

- il-ġelatina li tittiekel,

- l-isinglass (ġeli ċar abjad mill-bużżieqa ta' l-arja tal-ħut ta' l-ilma ħelu),

- il-kaseina u l-kasenata tal-potassju,

- l-ovalbumin (l-albumina tal-bajd) u/jew il-laktalbumin (l-albumina tal-ħalib),

- il-bentonit,

- id-diossidu tas-silika bħala ġell jew soluzzjoni kollojdali,

- il-kawlina,

- il-preparazzjoni enżimatika ta' betaglucanase, skond il-kondizzjonijiet li jridu jkunu ddeterminati;

(n) iż-żieda ta' tannin;

(o) it-trattament ta' nbejjed bojod bil-faħam tal-gagazza għal użu enoloġiku, f'ċerti limiti,

(p) it-trattament, skond il-kondizzjonijiet li jridu jiġu stipulati:

- ta' most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni intenzjonat għal konsum dirett mill-bniedem bħala tali, l-inbejjed bojod u l-inbejjed rosè bil-potassju ferrocyanide,

- ta' l-inbejjed ħomor bil-potassju ferrocyanide jew bil-kalċju phytate;

(q) iż-żieda ta' l-aċidu metatartariku f'ċerti limiti;

(r) l-użu ta' l-akaċja;

(s) l-użu ta' aċidu tartariku DL, imsejjaħ ukoll aċidu rakemiku, jew tal-melħ newtrali tiegħu tal-potassju, skond il-kondizzjonijiet li jridu jiġu stipulati, għall-preċipitazzjoni ta' l-eċċess tal-kalċju;

(t) l-użu, għall-manufattura ta' nbejjed frizzanti miksuba bil-fermentazzjoni fil-flixkun u bil-karfa separata permezz tat-tsawwib:

- tal-kalċju alġinat,

jew

- tal-potassju alġinat.

ta) (ta) l-użu ta' ħmira għall-produzzjoni ta' l-inbid, mhux ħelu jew f'sospensjoni ta' l-inbid, għall-produzzjoni ta' l-inbid frizzanti;

tb) (tb) iż-żieda, fil-produzzjoni ta' l-inbid frizzanti, tat-tiamina u mluħa ta' l-ammonju ma' l-inbejjed bażiċi, sabiex il-ħmira tiġi megħjuna waqt li tkun qiegħda tikber, skond il-kondizzjonijiet segwenti:

- għal imluħ nutrittivi, fosfat diammonju jew ammonju tal-kubrit f'ċerti limiti,

- għal fatturi tat-tkabbir, tiamina fil-forma ta' tiamina idroklorida, f'ċerti limiti;

(u) l-użu ta' diski tal-paraffin pur impregnati b'allyl isothiocyanate sabiex tinħoloq atmosfera sterilizzata, solament fl-Istati Membri fejn huwa tradizzjonali u sa kemm ma jkunx ipprobijt mill-liġi nazzjonali, basta li jintużaw biss f'kontenituri li jkun fihom aktar minn 20 litru u li ma jkun hemm ebda traċċa ta' allyl isothiocyanate fl-inbid;

(v) iż-żieda, sabiex tiġi megħjuna l-preċipitazzjoni tat-tartru, ta'

- l-bitartrat tal-potassju,

- it-tartrat tal-kalċju, fil-limiti u skond il-kondizzjonijiet li jridu jiġu ddeterminati;

(w) l-użu ta' ramm tal-kubrit sabiex jiġu eliminati d-difetti fit-togħma jew fir-riħa fl-inbid, sa ċertu limiti;

(x) l-użu ta' preparamenti tal-qoxra taċ-ċellola tal-ħmira, sa ċertu limiti;

(y) l-użu ta' polyvinylpolypyrrolidone f'ċerti limiti u skond il-kondizzjonijiet li jridu jiġu ddeterminati;

(z) l-użu ta' batterja lattika f'sospensjoni vinuża skond il-kondizzjonijiet li jridu jiġu ddeterminati;

za) (za) iż-żieda tal-karamella fil-qofol tat-tifsira tad-Direttiva 94/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 1994 dwar il-kuluri li għandhom jintużaw fil-prodotti ta' l-ikel [1] għat-tisħiħ tal-kulur ta' l-inbejjed likurużi u ta' l-inbejjed likurużi psr;

zb) (zb) iż-żieda ta' lysozyme fil-limiti u skond il-kondizzjonijiet li jridu jiġu ddeterminati;

4. Il-prattiċi u l-proċessi enoloġiċi li jistgħu jintużaw għall-prodotti li hemm referenza dwarhom fis-sentenza introdutturoja tal-paragrafu 3, solament skond il-kondizzjonijiet ta' użu li jridu jiġu ddeterminati:

(a) iż-żieda ta' l-ossiġnu;

(b) it-trattament b'elettrodialisi sabiex tkun assigurata l-istabbilizzazzjoni tartarika ta' l-inbid;

(ċ) użu ta' l-ureża sabiex jitnaqqas il-livell ta' l-urea f'l-inbid.

[1] ĠU L 237, ta' l-10.9.1994, pġ. 13

--------------------------------------------------

ANNESS V

LIMITI U KONDIZZJONIJIET GĦAL ĊERTI PRATTIĊI ENOLOĠIĊI

A. Il-Kontenut tad-diossidu tal-kubrit

1. Il-kontenut totali tad-diossidu tal-kubrit fl-Inbejjed, apparti milli fl-inbejjed frizzanti u fl-inbejjed likurużi, mar-rilaxx tagħhom fis-suq għall-konsum dirett mill-bniedem, ma jistgħux jeċċedu:

(a) 160 milligramma għal kull litru għall-inbejjed ħomor; u

(b) 210 milligramma għal kull litru għall-inbejjed bojod u rosè.

2. Minkejja l-paragrafu 1(a) u (b), il-kontenut massimu tad-diossidu tal-kubrit għandu jkun imqawwi, fir-rigward ta' l-inbejjed b'kontenut residwu ta' zokkor, espress bħala zokkor invertit, ta' mhux anqas minn ħames grammi għal kull litru, għal:

(a) 210 milligramma għal kull litru għall-inbejjed ħomor u 260 miligramma għal kull litru għall-inbejjed bojod u rosè;

(b) 300 milligramma kull litru għal:

- l-inbejjed intitolati għad-deskrizzjoni "Spätlese" bi qbil mad-disposizzjonijiet Komunitarji;

- l-inbejjed bojod ta' kwalità psr intitolati għad-disinjazzjonijiet irreġistrati ta' l-oriġini Bordeaux supérieur, Graves de Vayres, Côtes de Bordeaux, St Macaire, Première Côtes de Bordeaux, Ste-Foy Bordeaux, Côtes de Bergerac ( irrispettivament minn jekk ikunux segwiti mid-deskrizzjoni "Côtes de Saussignac"). Haut Montravel, Côtes de Montravel u Rosette;

- l-inbejjed ta' kwalità bojod psr intitolati għad-disinjazzjonijiet ta' l-oriġini Allela, La Mancha, Navarra, Penedés, Rioja, Rueda, Tarragona u Valencia;

- l-inbejjed bojod ta' kwalità psr li joriġinaw fir-Renju Unit deskritti u ppresentati bi qbil mal-leġislazzjoni Brittanika bit-termini "botrytis", jew kliem ekwivalenti ieħor, bħalma hu "noble harvest","noble late harvested" jew "special late harvested";

(ċ) 350 milligramma kull litru għall-inbejjed intitolati għad-deskrizzjoni "Auslese" bi qbil mad-disposizzjonijiet Komunitarji u nbejjed bojod deskritti bħala "inbid superjuri ta' oriġini ddiesinjata", bi qbil mal-leġislazzjoni tar-Rumanija u intitolati li jużaw wieħed mill-ismijiet li ġejjin: Murfatlar, Cotnari, Tirnave, Pietroasele, Valea Calugareasca;

(d) 400 milligramma għal kull litru ta' nbejjed intitolati għad-deskrizzjonijiet "Beerenauslese", "Ausbruch", "Ausbruchwein" u "Trockenbeerenauslese" u "Eiswein" bi qbil mad-disposizzjonijiet Komunitarji u nbejjed bojod ta' kwalità psr intitolati għad-disinjazzjonijiet rreġistrati ta' l-oriġini Sauternes, Barsac, Cadillac, Cérons, Loupiac, Sainte-Croix-du-Mont, Monbazillac, Bonnezeaux, Quarts de Chaume, Coteaux du Layon, Coteaux de l'Aubance, Graves Supérieures u Jurançon.

3. Meta l-kondizzjonijiet klimatiċi jagħmlu dan neċessarju, jista' jiġi deċiż li l-Istati Membri konċernati jistgħu, f'ċerti żoni fejn jitkabbbru d-dwieli għall-inbid tal-Komunità, jawtorizzaw, għall-inbejjed magħmula fit-territorju tagħhom, li l-livelli totali massimi tad-diossidu tal-kubrit ta' anqas minn 300 milligramma għal kull litru li hemm referenza dwarhom f'dan il-punt jiżdiedu b'massimu ta' 40 milligramma għal kull litru.

4. L-Istati Membri jistgħu japplikaw disposizzjonijiet aktar restrittivi għall-inbejjed prodotti fit-territorju tagħhom.

B. Il-Kontenut ta' l-aċidu volatili

1. Il-kontenut massimu ta' l-aċidu volatili ma jistax jeċċedi:

(a) 18 milli-ekwivalenti għal kull litru għall-most ta' l-għeneb li jkun fil-fermentazzjoni;

(b) 18 milli-ekwivalenti għal kull litru għall-inbejjed bojod u rosè u, sal-31 ta' Diċembru 1989 l-aktar tard, għall-prodotti ta' "kuppaġġ" ta' nbid abjad b'inbid aħmar fuq territorju Spanjol; jew

(ċ) 20 milli-ekwivalenti għal kull litru għall-inbejjed ħomor.

2. Il-livelli li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw:

- għall-prodotti minn għeneb maħsud ġewwa l-Komunità, fl-istadju ta' produzzjoni u fl-istadji kollha meta jkunu fis-suq;

- għall-most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni u nbejjed li joriġinaw minn pajjiżi terzi, fl-istadji kollha wara d-dħul tagħhom fit-territorju ġeografiku tal-Komunità.

3. Jistgħu jsiru eċċezzjonijiet għall-paragrafu 1 fir-rigward ta':

(a) ċerti nbejjed ta' kwalità psr u ċerti nbejjed tal-mejda disinjati permezz ta' l-indikazzjoni ġeografika meta dawn:

- ikunu mmaturaw għal perjodu ta' mill-anqas sentejn; jew

- ikunu ġew prodotti skond metodi partikolari;

(b) inbejjed b'qawwa alkoħolika totali bil-volum ta' mill-anqas 13 % vol.

C. Il-Limiti ta' l-arrikkiment

1. Meta l-kondizzjonijiet klimatiċi jagħmluha meħtieġa f'ċerti żoni tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid tal-Komunità, l-Istati Membri konċernati jistgħu jippermettu żieda fil-qawwa naturali alkoħolika bil-volum ta' l-għeneb frisk, tal-most ta' l-għeneb mer, tal-most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni, u nbid ġdid fil-fermentazzjoni, magħmul mill-varjetajiet ta' dwieli li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 42(5), kif ukoll ta' nbid addattat għal produzzjoni ta' l-inbid tal-mejda u l-inbid tal-mejda.

2. Iż-żieda fil-qawwa naturali alkoħolika bil-volum ma tistax tkun awtorizzata fir-rigward tal-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 sakemm il-qawwa alkoħolika naturali minima bil-volum ma tkunx kif ġej:

(a) fiż-żona tat-tkabbir tad-dwieli A: 5 % vol.;

(b) fiż-żona tat-tkabbir tad-dwieli B: 6 % vol.;

(ċ) fiż-żona tat-tkabbir tad-dwieli C I a): 7,5 % vol.;

(d) fiż-żona tat-tkabbir tad-dwieli C I b): 8 % vol.;

(e) fiż-żona tat-tkabbir tad-dwieli C II: 8,5 % vol.;

(f) fiż-żoni tat-tkabbir tad-dwieli C III: 9 % vol.;

3. Iż-żieda fil-qawwa alkoħolika naturali bil-volum għandha tinkiseb permezz tal-prattiċi enoloġiċi li hemm referenza dwarhom fil-punt D u ma jistax jeċċedi l-limiti li ġejjin:

(a) fiż-żona tat-tkabbir tad-dwieli A: 3,5 % vol.;

(b) fiż-żona tat-tkabbir tad-dwieli B: 2,5 % vol.;

(ċ) fiż-żoni tat-tkabbir tad-dwieli C: 2 % vol.;

4. Fi snin meta l-kondizzjonijiet klimatiċi kienu eċċezzjonalment sfavorevoli, il-limiti fuq żidiet fil-qawwa alkoħolika bil-volum li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu 3 jistgħu jittellgħu għal-livelli li ġejjin:

(a) fiż-żona tat-tkabbir tad-dwieli A: 4,5 % vol.;

(b) fiż-żona tat-tkabbir tad-dwieli B: 3,5 % vol.;

D. Il-Proċessi ta' l-arrikkiment

1. Iż-żieda fil-qawwa naturali alkoħolika bil-volum li hemm provvediment dwarha fil-punt C tista' tkun effetwata biss:

(a) fir-rigward ta' l-għeneb frisk, il-most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni jew ta' l-inbid ġdid fil-fermentazzjoni, permezz taż-żieda ta' sukrosju, most konċentrati ta' l-għeneb jew most ta' l-għeneb konċentrati u rettifikati.

(b) fir-rigward tal-most ta' l-għeneb, biż-żieda ta' sukrosju jew ta' most konċentrati ta' l-għeneb jew tal-most ta' l-għeneb konċentrati u rrettifikati, jew permezz tal-konċentrazzjoni parzjali li tinkludi reverse osmosis; u

(ċ) fir-rigward ta' l-inbid addattat għall-produzzjoni ta' l-inbid tal-mejda u l-inbid tal-mejda, billi ssir konċentrazzjoni parzjali permezz ta' tkessieħ.

2. Il-proċessi li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 għandhom ikunu reċiprokament esklussivi.

3. Iż-żieda ta' sukrosju li hemm provvediment dwaru fil-paragrafu 1(a) u (b) tista' ssir biss permezz ta' zokkor xott u biss fiż-żoni tat-tkabbir ta' l-inbid fejn hija tradizzjonalment jew eċċezzjonalment ipprattikat permezz tal-leġislazzjoni fis-seħħ fit-8 ta' Mejju 1970.

4. Iż-żieda tal-most konċentrati ta' l-għeneb jew tal-most ta' l-għeneb konċentrati u rettifikati, ma jistax ikollha l-effett li żżid il-volum inizjali ta' l-għeneb frisk mgħaffeġ, most ta' l-għeneb mer, most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni jew ta' l-inbid ġdid fil-fermentazzjoni b'aktar minn 11 % fiż-żona ta' l-inbid A, 8 % fiż-żona ta' l-inbid B u 6,5 % fiż-żoni ta' l-inbid C.

5. Jekk jiġi applikat il-paragrafu 4 tal-punt C, il-limiti fuq żidiet fil-volum għandhom jiżdiedu għal 15 % fiż-żona ta' l-inbid A u 11 % fiż-żona ta' l-inbid B.

6. Il-konċentrazzjoni tal-most ta' l-għeneb, ta' l-inbid addattat għall-produzzjoni ta' l-inbid tal-mejda jew ta' l-inbid tal-mejda soġġettati għal dan il-proċess m'għandhiex ikollha l-effett li tnaqqas il-volum inizjali ta' dawn il-prodotti b'aktar minn 20 % u fl-ebda każ ma tista' żżidhom b'aktar minn 2 % vol. tal-qawwa alkoħolika naturali tagħhom bil-volum.

7. Fl-ebda każ m'għandhom il-proċessi msemmija hawn fuq ikollhom l-effett li jgħollu għal aktar minn 11,5 % vol. fiż-żona ta' l-inbid A, 12 % vol. fiż-żona ta' l-inbid B, 12,5 % vol. fiż-żoni ta' l-inbid C I (a) u C I (b), 13 % vol. fiż-żona ta' l-inbid CII u 13,5 % vol. fiż-żona ta' l-inbid C III, il-qawwa alkoħolika totali bil-volum ta' l-għeneb frisk, most ta' l-għeneb, most ta' l-għeneb li jkun fil-fermentazzjoni, l-inbid ġdid li jkun fil-fermentazzjoni, l-inbid addattat għall-produzzjoni ta' l-inbid tal-mejda jew l-inbid tal-mejda soġġettat għal dawk il-prattiċi.

8. B'danakollu, fir-rigward ta' l-inbid aħmar, il-qawwa alkoħolika totali bil-volum tal-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 7 tista' tittella' sa 12 % vol. fiż-żona ta' l-inbid A u 12,5 % fiż-żona ta' l-inbid B.

9. L-inbid addattat għall-produzzjoni ta' l-inbid tal-mejda u l-inbid tal-mejda ma jistgħux ikunu konċentrati meta l-prodotti li jkunu ġew magħmula minnhom ikunu huma stess għaddew mill-proċessi li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1(a) u (b).

E. L-Aċidifikazzjoni u d-deaċidifikazzjoni

1. L-għeneb frisk, il-most ta' l-għeneb, il-most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni, l-inbid ġdid li jkun fil-fermentazzjoni u l-inbid jistgħu jkunu soġġetti għal:

(a) di-aċidifikazzjoni parzjali fiż-żoni ta' l-inbid A, B, C I (a) u C I (b);

(b) aċidifikazzjoni u di-aċidifikazzjoni fiż-żoni ta' l-inbid C II u C III (a), mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3; jew

(ċ) aċidifikazzjoni fiż-żona tat-tkabbir tad-dwieli C III b).

2. L-aċidifikazzjoni tal-prodotti, apparti milli l-inbid, li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 tista' sseħħ biss sal-limitu ta' 1,50 g/l espress bħala aċidu tartariku, jew 20 milli-ekwivalenti għal kull litru.

3. L-aċidifikazzjoni ta' l-inbejjed tista' sseħħ biss sal-limitu ta' 2,50 g/l espress bħala aċidu tartariku, jew 33,3 milli-ekwivalenti għal kull litru.

4. Id-Di-aċidifikazzjoni ta' l-inbejjed tista' sseħħ biss sal-limitu ta' 1 g/l espress bħala aċiduu tartariku, jew 13,3 milli-ekwivalenti għal kull litru.

5. Apparti minn dan, il-most ta' l-għeneb intenzjonat għall-konċentrazzjoni jista' jiġi di-aċidifikat parzjalment.

6. Fis-snin meta l-kondizzjonijiet klimatiċi jkunu eċċezzjonali, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-aċidifikazzjoni tal-prodotti li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 f'żoni tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid C I a) u C I b), taħt il-kondizzjonijiet li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 fir-rigward taż-żoni C II, C III a) u C III b).

7. L-aċidifikazzjoni u l-arrikkiment, apparti milli b'deroga li trid tiġi deċiża fuq il-bażi ta' każ b'każ, u l-aċidifikazzjoni u d-diaċidifikazzjoni ta' l-istess prodott, għandhom ikunu proċessi reċiprokament esklussivi.

F. Żieda ta' ħlewwa

1. Iż-żieda fil-ħlewwa ta' l-inbid tal-mejda għandha tkun awtorizzata biss:

(a) b'most ta' l-għeneb li għandu bħala massimu l-istess qawwa alkoħolika bil-volum bħall-inbid tal-mejda f'dak il-każ, jekk l-għeneb frisk, il-most ta' l-għeneb, il-most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni, l-inbid ġdid li jkun fil-fermentazzjoni jew l-inbid addattat għall-produzzjoni ta' l-inbid tal-mejda, jew l-inbid tal-mejda nnifsu, ikun għadda minn wieħed mill-proċessi li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 tal-punt D;

(b) b'most konċentrati ta' l-għeneb, jew b'most ta' l-għeneb konċentrati u rettifikati, basta li l-qawwa alkoħolika totali bil-volum ta' l-inbid tal-mejda f'dak il-każ ma tiġix imqawwija b'aktar minn 2 % vol., jekk il-prodotti li hemm referenza dwarhom taħt (a) ma jkunux għaddew minn wieħed mill-proċessi li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 tal-punt D.

2. Iż-żieda fil-ħlewwa ta' l-inbejjed impurtati intenzjonati għall-konsum dirett mill-bniedem u li jkollhom askrizjoni ġeografika, għandu jkun projbit fit-territorju tal-Komunità.

3. Iż-żieda fil-ħlewwa ta' l-inbejjed impurtati apparti minn dawk li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 2 għandhom ikunu soġġetti għal regoli li jridu jiġu ddeterminati.

G. Il-Proċessi

1. Ebda mill-proċessi li hemm referenza dwarhom fil-punti D u E, bl-eċċezzjoni ta' l-aċidifikazzjoni u d-diaċidifikazzjoni ta' l-inbejjed, m'għandhom ikunu awtorizzati sakemm ma jsirux, skond il-kondizzjonijiet li jridu jiġu ddeterminati, fil-ħin meta l-għeneb frisk, il-most ta' l-għeneb, il-most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni, jew l-inbid ġdid li jkun fil-fermentazzjoni, ikunu qegħdin jinqalbu f'inbid addattat għal produzzjoni ta' l-inbid tal-mejda, f'inbid tal-mejda, jew f'xi xarba oħra intenzjonata għall-konsum dirett mill-bniedem li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1 (2) apparti minn inbid frizzanti jew inbid frizzanti bil-gass f'żona ta' l-inbid fejn l-għeneb frisk użat ikun ġie maħsud.

2. L-istess għandu japplika għall-konċentrazzjoni, l-aċidifikazzjoni u d-deaċidifikazzjoni ta' l-inbid addattat għall-produzzjoni ta' l-inbejjed tal-mejda.

3. Il-konċentrazzjoni ta' l-inbejjed tal-mejda trid isseħħ fiż-żona ta' l-inbid fejn l-għeneb frisk użat ikun ġie maħsud.

4. L-aċidifikazzjoni u d-diaċidifikazzjoni ta' l-inbejjed tista' sseħħ biss fl-impriża fejn isir l-inbid u fiż-żona ta' fejn jitkabbru d-dwieli għall-inbid, fejn ikunu ġew maħsuda l-għeneb użati biex jipproduċu l-inbid f'dak il-każ.

5. Kull wieħed mill-proċessi li hemm referenza dwarhom fil-paragrafi 1 sa 4 iridu jiġu nnotifikati lejn l-awtoritajiet kompetenti. L-istess għandu japplika fir-rigward tal-kwantitajiet tas-sukrosju, il-most konċentrati ta' l-għeneb jew jekk il-most ta' l-għeneb konċentrat u rettifikat miżmum waqt l-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew gruppi ta' persuni, b'mod partikolari l-produtturi, il-bottiljaturi, il-proċessuri u n-negozjanti li għandhom ikunu ddeterminati, fl-istess ħin u fl-istess post bħall-għeneb frisk, most ta' l-għeneb, most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni jew inbid bil-massa. In-notifika ta' dawn il-kwantitajiet tista', b'danakollu, tinbidel bi dħul f'reġistru tal-prodotti 'l ġewwa u ta' l-utilizzazzjoni tal-ħażna.

6. Kull wieħed mill-proċessi li hemm referenza dwarhom fil-punt E għandu jkun irreġistrat fuq id-dokument relattiv li permezz tiegħu il-prodotti li jkunu għaddew mill-proċessi jitpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni.

7. Dawk il-proċessi jistgħu, soġġetti għal derogi ġġustifikati b'kondizzjonijiet klimatiċi eċċezzjonali, isiru biss:

(a) qabel l-ta' Jannar, fiż-żona tat-tkabbir tad-dwieli C:

(b) qabel is-16 ta' Marzu, fiż-żoni tat-tkabbir tad-dwieli A u B:

u biss għal prodotti tal-ħsad ta' l-għeneb li jiġu immedjatament qabel dawk id-dati.

8. B'dana kollu, il-konċentrazzjoni permezz ta' tkessiħ u l-aċidifikazzjoni u d-diaċidifikazzjoni ta' l-inbejjed jistgħu jsiru matul is-sena.

H. L-Inbid frizzanti:

1. Għall-iskopijiet ta' dan il-punt u tal-punt I ta' dan l-Anness u tal-punt K ta' l-Anness VI:

(a) "cuvée" tfisser:

- most ta' l-għeneb (għeneb magħsur qabel ma jeħmer );

- l-inbid,

- it-taħlita ta' most ta' l-għeneb u/jew inbejjed b'karatteristiċi differenti,

intenzjonati għall-preparazzjoni ta' tip speċifiku ta' l-inbejjed frizzanti;

(b) "Likur tirage" tfisser:

il-prodott miżjud mal-cuvée biex jipprovoka l-fermentazzjoni sekondarja;

(ċ) "expedition liqueur" (likur ta' espedizzjoni) tfisser:

il-prodott miżjud ma' l-inbejjed frizzanti biex jingħataw kwalitajiet ta' togħma speċjali.

2. Il-likur ta' espedizzjoni jista' jkun fih biss:

- sukrosju,

- most ta' l-għeneb,

- most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni

- most konċentrati ta' l-għeneb:

- most ta' l-għeneb konċentrat u rettifikat,

- inbid; jew

- taħlita ta' dawn,

u jista' wkoll ikun miżjud bid-distillat ta' l-inbid.

3. Mingħajr preġudizzju għall-arrikkiment awtorizzat permezz ta' dan ir-Regolament għall-kostitwenti ta' cuvée, kull arrikkament tal-cuvée għandu jkun projbit.

4. B'dana kollu, kull Stat Membru jista', fir-rigward ta' reġjuni u varjetajiet li dwarhom huwa teknikament iġġustifikat, jawtorizza l-arrikkament tal-cuvée minnflok il-preparazzjoni ta' l-inbejjed frizzanti permezz ta' kondizzjonijiet li għad iridu jiġu stipulati. Dan l-arrikkiment jista' jsir permezz taż-żieda tas-sukrosju, most konċentrat ta' l-għeneb jew most ta' l-għeneb konċentrat u rettifikat. Dan jista' jsir billi jkun hemm żieda ta' sukrosju jew ta' most konċentrati ta' l-għeneb meta dan il-metodu jkun tradizzjonalment jew eċċezzjonalment ipprattikat fl-Istat Membru konċernat permezz tar-Regolamenti fis-seħħ fl-24 ta' Novembru 1974, b'danakollu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu l-użu tal-most konċentrati ta' l-għeneb.

5. Iż-żieda ta' tirage liqueur u ta' expedition liqueur m'għandhiex titqies la bħala arrikkiment u l-anqas bħala żieda ta' ħlewwa. Iż-żieda ta' tirage liqueur ma tistax toħloq żieda fil-qawwa totali alkoħolika bil-volum tal-cuvée ta' aktar minn 1,5 % vol. Din iż-żieda għandha tkun imkejla billi tkun ikkalkolata d-differenza bejn il-qawwa totali alkoħolika bil-volum tal-cuvée u l-qawwa alkoħolika totali bil-volum ta' l-inbid frizzanti qabel iż-żieda ta' expedition liqueur.

6. Iż-żieda ta' expedition liqueur għandha ssir b'tali mod li ma żżidx il-qawwa alkoħolika attwali bil-volum ta' l-inbid frizzanti b'aktar minn 0,5 % vol.

7. Iż-żieda tal-ħlewwa tal-cuvée u tal-kostitwenti tiegħu għandu jkun ipprojbit.

8. Flimkien ma' kull aċidifikazzjoni jew di-aċidifikazzjoni tal-kostitwenti tal-cuvée bi qbil mad-disposizzjonijiet l-oħra ta' dan l-Anness il-cuvée jista' jkun soġġett għal aċidifikazzjoni jew di-aċidifikazzjoni. L-aċidifikazzjoni u d-di-aċidifikazzjoni tal-cuvée għandhom ikunu reċiprokament esklussivi. L-aċidifikazzjoni ta' l-inbejjed tista' sseħħ biss sa limitu ta' 1,5 g/l espress bħala aċidu tartariku, jew 20 milli-ekwivalenti għal kull litru.

9. Fi snin ta' kondizzjonijiet klimatiċi eċċezzjonali, il-limitu massimu ta' 1,5 grammi għal kull litru jew 20 milli-ekwivalenti għal kull litru jista' jiżdied għal 2,5 grammi għal kull litru jew 34 milli-ekwivalenti għal kull litru, basta li l-aċidita' naturali tal-prodotti ma tkunx anqas minn 3 g/l, espressa bħala aċidu tartariku, jew 40 milli-ekwivalenti għal kull litru.

10. Id-diossidu tal-karbonju li jinsab fl-inbejjed frizzanti jistgħu jkunu prodotti biss bħala risultat tal-fermentazzjoni alkoħolika tal-cuvée li minnu l-inbid bħal dak huwa magħmul.

Din il-fermentazzjoni, sakemm ma tkunx intenzjonata għall-ipproċessar ta' l-għeneb, most ta' l-għeneb jew most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni, direttament f'inbid frizzanti, jista' jirrisulta biss miż-żieda ta' tirage liqueur. Dan jista' jsir biss fi fliexken jew f'tankijiet magħluqa.

L-użu tad-diossidu tal-karbonju fil-każ tal-proċess tat-trasferiment permezz ta' kontro-pressjoni huwa awtorizzat permezz tas-sorveljanza u bil-kondizzjoni li l-pressjoni tad-diossidu tal-karbonju li jinsab fl-inbid frizzanti ma jkunx b'hekk miżjud.

11. Fir-rigward ta' nbejjed frizzanti apparti milli l-inbejjed ta' kwalità frizzanti u l-inbejjed frizzanti ta' kwalità psr:

(a) il-qawwa alkoħolika totali bil-volum tal-cuvées intenzjonati għall-preparazzjoni tagħhom m'għandhiex tkun anqas minn 8,5 % vol.;

(b) it-tiraġġ tal-likur intenzjonat għal preparazzjoni tagħhom jista' jkun fih biss:

- il-most ta' l-għeneb,

- il-most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni

- il-most ikkonċentrati ta' l-għeneb,

- il-most ta' l-għeneb konċentrat u rettifikat, jew

- sukrosju u nbid:

(ċ) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 44(3), il-qawwa alkoħolika attwali tagħhom bil-volum, inkluż l-alkoħol li jinsab f'kull expedition liqueur miżjud, m'għandux ikun anqas minn 9,5 % vol.;

(d) mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet aktar restrittivi li l-Istati Membri jistgħu japplikaw għall-Inbejjed frizzanti magħmula fuq it-territorju tagħhom, il-kontenut totali ta' diossidu tal-kubrit ma jistax jeċċedi l-235 milligramma għal kull litru;

(e) meta l-kondizzjonijiet klimatiċi jagħmlu dan meħtieġ f'ċerti żoni tal-Komunoitàfejn jitkabbru d-dwieli għall-inbid, l-Istati Membri konċernati jistgħu jawtorizzaw, għall-Inbejjed li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1, fit-territorju tagħhom, li l-kontenut massimu totali tad-diossidu tal-kubrit jiżdied sa 40 milligramma għal kull litru, basta li l-inbid kopert minn din l-awtorizzazzjoni ma jintbagħatx 'il barra mill-Istat Membru in kwestjoni.

I. Inbid frizzanti ta' kwalità

1. il-qawwa alkoħolika totali bil-volum tal-cuvées intenzjonati għall-preparazzjoni tagħhom m'għandhiex tkun anqas minn 9 % vol.,

2. It-tirage liqueur intenzjonat għall-produzzjoni ta' l-inbid frizzanti ta' kwalità jista' jkun fih biss:

(a) is-sukrosju,

(b) il-most konċentrati ta' l-għeneb,

(ċ) il-most ta' l-għeneb konċentrati u rettifikati,

(d) il-most ta' l-għeneb jew il-most ta' l-għeneb li jkun fil-fermentazzjoni li minnu jista' jsir l-inbid addattat għall-produzzjoni ta' l-inbid tal-mejda,

(e) l-inbid addattat għall-produzzjoni ta' l-inbid tal-mejda,

(f) l-inbid tal-mejda

jew

(g) l-inbejjed ta' kwalità psr.

3. Fir-rigward ta' l-inbejjed frizzanti aromatiċi ta' kwalità:

(a) apparti milli permezz ta' deroga, dawn jistgħu jiġu akkwistati biss billi jsir użu esklussiv, meta jsir il-cuvée, ta' most ta' l-għeneb jew most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni li huma derivati minn varjetajiet ta' nbejjed mill-lista li għad trid tiġi miktuba.

B'dana kollu, l-inbid frizzanti tat-tip aromatiku ta' kwalità jista' jiġi magħmul billi jintużaw bħala kostitwenti l-inbejjed cuvée magħmula mill-għeneb tal-varjeta' ta' l-inbid "Prosecco" maħsuda fir-reġjuni ta' Trentino-Alto Adige, Veneto u Friuli-Venezia Giulia;

(b) il-kontroll tal-proċess tal-fermentazzjoni qabel u wara li jiġi kkostitwit il-cuvée, għall-iskop li l-cuvée jiġi jfexfex, jista' jsir biss permezz ta' refriġerazzjoni jew bi proċessi fiżiċi oħrajn;

(ċ) iż-żieda ta' expedition liqueur hija pprojbita;

(d) b'deroga mill-punt K 4 ta' l-Anness VI, il-qawwa alkoħolika attwali bil-volum ta' l-inbejjed frizzanti aromatiċi ta' kwalità ma tistax tkun anqas minn 6 % vol.;

(e) il-qawwa alkoħolika totali tal-inbejjed aromatiċi frizzanti ta' kwalità ma tistax tkun anqas minn 10 % vol.;

(f) b'deroga mill-ewwel paragrafu tal-punt K.6 ta' l-Anness VI, meta jinżammu f'temperatura ta' 20 °C f'kontenituri magħluqa, l-inbejjed aromatiċi frizzanti ta' kwalità jrid ikollhom pressjoni eċċessiva ta' mhux anqas minn 3 bar;

(g) b'deroga mill-punt K 4 ta' l-Anness VI, it-tul tal-proċess tal-produzzjoni ta' l-inbejjed aromatiċi frizzanti ta' kwalità ma jistax ikun ta' anqas minn xahar.

4. L-Istati Membri produtturi jistgħu jiddefinixxu xi karatteristiċi supplementari jew aktar iebsa jew kondizzjonijiet tal-produzzjoni u taċ-ċirkolazzjoni għall-inbejjed frizzanti ta' kwalità koperti b'dan it-Titolu u prodotti fit-territorju tagħhom.

5. Il-manifattura ta' l-inbejjed frizzanti ta' kwalità hija koperta wkoll bir-regoli li hemm referenza dwarhom fil-:

- paragrafi 1 sa 10 tal-punt H;

- paragrafi 4 u 6 sa 9 ta' l -Anness VI, punt K, mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3(d), (f) u (g) ta' dan il-punt I.

J. L-Inbid likuruż

1. Għall-preparazzjoni ta' nbid likuruż, il-prodotti li ġejjin għandhom jintużaw:

- most ta' l-għeneb li jkun fil-fermentazzjoni; jew

- inbid; jew

- taħlita tal-prodotti li hemm referenza dwarhom fl-inċiżi preċedenti; jew

- most ta' l-għeneb jew taħlita ta' dan ma' inbid, għal ċerti nbejjed likorużi ta' kwalità psr li jidhru fuq lista li għad trid tinkiteb.

2. Inoltre, is-segwenti jrid ikun miżjud:

(a) fil-każ ta' nbejjed likurużi u nbejjed likurużi ta' kwalità psr apparti minn dawk li hemm referenza dwarhom f'(b):

(i) il-prodotti t'hawn taħt, individwalment jew flimkien:

- l-alkoħol newtrali miksub mid-distillazzjoni tal-prodotti fis-settur ta' l-inbid, inkluż għeneb imqadded, li jkollu qawwa alkoħolika ta' mhux anqas minn 96 % vol. u li jkollu l-karatteristiċi speċifikati bid-disposizzjonijiet Komunitarji;

- id-distillat ta' l-inbid jew ta' l-għeneb imqadded, li jkollu qawwa alkoħolika attwali ta' mhux anqas minn 52 % vol. u mhux iżjed minn 86 % vol., u li juri l-karatteristiċi li jridu jiġu ddeterminati;

(ii) flimkien ma' wieħed jew iżjed mill-prodotti segwenti, fejn xieraq:

- il-most konċentrati ta' l-għeneb:

- il-prodott miksub mit-taħlita ta' wieħed mill-prodotti elenkati taħt (i) flimkien ma' most ta' l-għeneb li hemm referenza dwaru fl-ewwel jew fir-raba' inċiżi tal-paragrafu 1;

(b) fir-rigward ta' ċerti nbejjed likurużi ta' kwalità psr li jidhru fuq lista li għad trid tinkiteb:

(i) xi wieħed mill-prodotti elenkati f'(a), individwalment jew flimkien;

(ii) wieħed jew iżjed mill-prodotti li ġejjin:

- l-alkoħol ta' l-inbid jew l-alkoħol ta' l-għeneb imqadded b'qawwa alkoħolika ta' mhux anqas minn 95 % vol. u mhux aktar minn 96 % vol. u bil-karatteristiċi speċifikati mid-disposizzjonijiet Komunitarji, jew, fin-nuqqas ta' dawn ta' l-aħħar, mid-disposizzjonijiet relevanti nazzjonali;

- l-ispirti distillati mill-inbid jew mill-karfa ta' għeneb b'qawwa alkoħolika ta' mhux anqas minn 52 % vol. u mhux aktar minn 86 % vol. u li juri l-karatteristiċi speċifikati bid-disposizzjonijiet Komunitarji, jew, fin-nuqqas ta' dawn ta' l-aħħar, mid-disposizzjonijiet relevanti nazzjonali;

- l-ispirti distillati minn għeneb imqadded b'qawwa alkoħolika ta' mhux anqas minn 52 % vol. u anqas minn 94,5 % vol. u li juri l-karatteristiċi speċifikati bid-disposizzjonijiet Komunitarji jew, fin-nuqqas ta' dawn ta' l-aħħar, mid-disposizzjonijiet relevanti nazzjonali;

(iii) flimkien ma' wieħed jew iżjed mill-prodotti segwenti, fejn xieraq:

- il-most ta' l-għeneb parzjalment iffermentat, magħmul minn għeneb imqadded;

- il-most konċentrati ta' l-għeneb magħmul permezz ta' sħana diretta, li jkun konformi, bl-eċċezzjoni ta' din l-operazzjoni, mad-definizzjoni ta' most konċentrati ta' l-għeneb;

- il-most konċentrati ta' l-għeneb:

- il-prodott miksub mit-taħlita ta' wieħed mill-prodotti elenkati taħt (ii) mal-most ta' l-għeneb li hemm referenza dwarhom fl-ewwel jew fir-raba' inċiżi tal-paragrafu 1.

3. Il-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 u użati għall-preparazzjoni ta' nbejjed likurużi u nbejjed likurużi ta' kwalità psr jistgħu jkunu għaddew, meta xieraq, biss mill-prattiċi u l-proċessi enoloġiċi li hemm referenza dwarhom f'dan ir-Regolament.

4. B'danakollu:

(a) iż-żieda fil-qawwa naturali alkoħolika bil-volum tista' tkun dovuta biss għall-użu tal-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 2; u

(b) jistgħu jiġu adottati derogi għal prodotti speċifikati, meta din tkun prattika tradizzjonali, sabiex jitħalla jsir użu tal-kalċju tal-kubrit mill-Istat Membru konċernat, basta li l-kontenut ta' kubrit fil-prodott hekk ittrattat ma jkunx aktar minn 2,5 g/l, espremut bħala potassju tal-kubrit. Inoltre, dawn il-prodotti jistgħu jgħaddu minn aċidifikazzjoni addizzjonali permezz ta' l-aċidu tartariku sa limitu massimu ta' 1,5 g/l.

5. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' natura aktar restrittiva li l-Istati Membri jistgħu jadottaw għall-inbejjed likurużi u l-inbejjed likurużi ta' kwalità psr ippreparati fit-territorju tagħhom, dawn il-prodotti għandhom jitħallew jgħaddu mill-prattiċi u l-proċessi enoloġiċi li hemm referenza dwarhom f'dan ir-Regolament.

6. Dawn li ġejjin huma awtorizzati wkoll:

(a) żieda ta' ħlewwa, soġġett għal dikjarazzjoni u rekwiżit ta' reġistrazzjoni, meta l-prodotti użati ma jkunux ġew arrikkiti b'most konċentrati ta' l-għeneb, permezz ta':

- il-most konċentrati ta' l-għeneb jew il-most ta' l-għeneb konċentrat u rettifikat, basta li ż-żieda fil-qawwa alkoħolika totali ta' l-inbid in kwestjoni ma tkunx aktar minn 3 % vol.;

- il-most konċentrati ta' l-għeneb jew il-most ta' l-għeneb konċentrat u rettifikat jew il-most ta' l-għeneb parzjalment iffermentat, magħmul minn għeneb imqadded, għal prodotti li għandhom jiġu elenkati u sakemm iż-żieda fil-qawwa alkoħolika totali bil-volum ta' l-inbid in kwestjoni ma tkunx aktar minn 8 % vol.;

- il-most konċentrati ta' l-għeneb jew il-most ta' l-għeneb konċentrat u rettifikat, għall-inbejjed li jridu jiġu elenkati u sakemm iż-żieda fil-qawwa alkoħolika totali ta' l-inbid in kwestjoni ma tkunx aktar minn 8 % vol.;

(b) iż-żieda ta' l-alkoħol, id-distillat jew ta' l-ispirti, li hemm referenza dwarhom fil-paragrafi 1 u 2, sabiex jiġi kkumpensat it-telf dovut għal evaporazzjoni waqt li jkun qiegħed jimmatura;

(ċ) it-tpoġġija f'kontenituri sabiex jimmatura f'temperatura ta' mhux aktar minn 50 °C, għal prodotti li jridu jiġu elenkati.

7. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' natura aktar restrittiva li l-Istati Membri jistgħu jadottaw għal inbejjed likurużi u nbejjed likurużi ta' kwalità psr preparati fit-territorju tagħhom, il-kontenut totali tad-diossidu tal-kubrit ta' dawn l-inbejjed, meta jitpoġġew fis-suq għal konsum dirett mill-bniedem, ma jistax jeċċedi:

(a) 150 mg/l meta l-kontenut ta' fdal taz-zokkor ikun anqas minn 5 g/l;

(b) 200 mg/l meta il-kontenut ta' fdal taz-zokkor ikun aktar minn 5 g/l;

8. Il-varjetajiet tad-dwieli li minnhom huma magħmula l-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1, użati għall-preparazzjoni ta' nbejjed likurużi u nbejjed likurużi ta' kwalità psr, għandhom jiġu magħżula minn dawk li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 42(5).

9. Il-qawwa naturali alkoħolika bil-volum tal-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 użata fil-preparazzjoni ta' l-inbid likuruż, apparti milli l-inbid likuruż ta' kwalità psr, ma tistax tkun anqas minn 12 % vol.

--------------------------------------------------

ANNESS VI

INBID TA' KWALITÀ PSR

A. Reġjuni speċifikati

1. "Reġjun speċifikat" għandha tfisser żona tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid jew taħlita ta' żoni tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid li tipproduċi nbejjed b'karatteristiċi ta' kwalità partikolari u li l-isem tagħha huwa użat biex tiddesinja nbejjed ta' kwalità psr.

2. Kull reġjun speċifikat għandu jkun iddemarkat preċiżament, kemm jista' jkun possibbli fuq il-bażi tal-qasam individwali tad-dwieli jew l-għalqa tal-qasam tad-dwieli. Din id-demarkazzjoni għandha tiġi effettwata minn kull Stat Membru konċernat u għandha tikkunsidra l-fatturi li jikkontribbwixxu lejn il-kwalità ta' l-inbejjed magħmula f'dawk ir-reġjuni, bħal ma hi t-tip ta' ħamrija u s-saff ta' ħamrija ta' taħt dik tal-wiċċ, il-klima u s-sitwazzjoni tal-qasam individwali tad-dwieli jew l-għalqa bil-qasam tad-dwieli.

3. Ir-reġjun speċifikat huwa disinjat bi qbil ma' l-isem ġeografiku tiegħu.

B'dana kollu, l-appellazzjonijiet:

- "Muscadet",

- "Blanquette",

- "Vinho Verde",

- "Cava", applikat għal ċerti nbejjed frizzanti ta' kwalità psr,

- "Manzanilla"

huma rikonoxxuti bħala l-ismijiet tar-reġjuni speċifikati rispettivi dimarkati u rregolati mill-Istati Membri relevanti qabel l-1 ta' Marzu 1986.

Fir-rigward ta' nbejjed mhux frizzanti, il-kelma "Κάβα" u/jew "Cava" tista' tintuża biex tiddisinja nbejjed tal-mejda Griegi, bħala informazzjoni relatata mal-maturità ta' dawk l-inbejjed.

4. L-isem ġeografiku li jiddisinja reġjun speċifikat irid ikun preċiż biżżejjed u marbut b'mod familjari maż-żona tal-produzzjoni b'mod li, meta tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni eżistenti, tkun evitata konfużjoni.

B. Varjetajiet tad-Dwieli

1. Kull Stat Membru għandu jipprepara lista tal-varjetajiet ta' dwieli, li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 19, addattati għal produzzjoni ta' kull wieħed mill-inbejjed ta' kwalità magħmula fit-territorju tiegħu. Dawn il-varjetajiet għandhom ikunu ta' l-ispeċi Vitis vinifera.

2. Il-varjetajiet tad-dwieli li ma jidhrux fuq il-lista li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 għandhom jitneħħew mill-oqsma tad-dwieli jew mill-għelieqi ta' l-oqsma tad-dwieli għall-produzzjoni ta' nbid ta' kwalità psr.

3. B'dana kollu, minkejja l-paragrafu preċedenti, il-preżenza ta' varjeta' ta' dielja li ma tidhirx fuq il-lista tista' tkun permissibbli mill-Istati Membri għal perjodu ta' tliet snin mid-data ta' meta d-dimarkazzjoni ta' reġjun speċifikat tidħol fis-seħħ, meta l-imsemmija demarkazzjoni tkun saret wara l-31 ta' Diċembru 1979, bast li din il-varjeta' tad-dwieli tkun tappartjeni għall-ispeċi Vitis vinifera u ma tkunx tirrappreżenta aktar minn 20 % tal-varjetajiet tad-dwieli fil-qasam tad-dwieli jew fl-għalqa tal-qasam tad-dwieli involuti.

4. Sa mhux aktar tard fit-tmiem tal-perjodu stipulat fil-paragrafu 3, kull qasam tad-dwieli jew l-għalqa fil-qasam tad-dwieli intenzjonata għall-produzzjoni ta' l-inbejjed ta' kwalità psr tista' tikkonsisti biss fil-varjetajiet tad-dwieli li jidhru fuq il-lista li tinsab fil-paragrafu 1. Meta din id-disposizzjoni ma tkunx osservata, ebda mill-inbejjed magħmula mill-għeneb maħsud fil-qasam tad-dwieli jew fl-għalqa tal-qasam tad-dwieli m'għandha tkun intitolata għad-disinjazzjoni "inbid ta' kwalità psr".

Ċ. Metodi tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid

1. Kull Stat Membru għandu jistipula d-disposizzjonijiet li jirrigwardaw metodi tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid li huma meħtieġa sabiex tkun assigurata l-aħjar kwalità possibbli għal inbejjed ta' kwalità psr.

2. L-irrigazzjoni f'żona tat-tkabbir ta' l-inbid tista' titwettaq biss jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun awtorizzaha. Din l-awtorizzazzjoni tista' tingħata biss jekk il-kondizzjonijiet enoloġiċi jiġġustifikawha.

D. Żoni ta' l-ipproċessar

1. Inbejjed ta' kwalità psr jistgħu jiġu prodotti biss:

(a) minn għeneb tal-varjetajiet tal-inbid li jidhru fuq il-lista prevista fil-paragrafu 1 tal-punt B u li huma maħsuda fir-reġjun speċifikat;

(b) bil-proċessar ta' l-għeneb kif li hemm referenza dwaru fis-subparagrafu (a) f'most ta' l-għeneb u billi proċessar tal-most ta' l-għeneb f'inbid jew f'inbid frizzanti, kif ukoll permezz tal-produzzjoni ta' dan it-tip ta' l-inbid, fir-reġjun speċifikat fejn l-għeneb użat ikun ġie maħsud.

2. Minkejja l-paragrafu 1 (a), fil-każ li jkun hemm prattika tradizzjonali rregolata minn disposizzjonijiet speċjali ta' l-Istat Membru tal-produzzjoni, dak l-Istat Membru jista' sal-31 ta' Awissu 2003 l-aktar tard, permezz ta' l-awtorizzazzjonijiet espressi u soġġetti għall-kontrolli addattati, jippermettu li l-inbid frizzanti ta' kwalità psr jkun prodott billi jiġi miżjud mal-prodott basiku li minnu jsir l-inbid jew minn wieħed jew iżjed mill-prodotti tas-settur ta' l-inbid li ma joriġinawx mir-reġjun speċifikat u li l-inbid ikun iġib ismu, basta li:

- it-tip tal-prodott tas-settur ta' l-inbid miżjud ma jkunx prodott f'dak ir-reġjun speċifikat bl-istess karatteristiċi bħall-prodotti li ma joriġinawx minn hemm,

- l-aġġustament ikun konsistenti mal-prattiċi enoloġiċi u mad-definizjonijiet li hemm referenza dwarhom fid-disposizzjonijiet Komunitarji relevanti,

- il-volum totali tal-prodotti miżjuda tas-settur ta' l-inbid li ma joriġinawx fir-reġjun speċifikat ma jeċċedux il-volum totali tal-prodotti użati li joriġinaw fir-reġjun speċifikat. B'dana kollu il-Kummissjoni tista', bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 75, tawtorizza lill-Istat Membru li jippermetti f'każi eċċezzjonali persentaġġ tal-prodotti miżjuda għola minn 10 %, imma mhux aktar minn 15 %.

L-eċċezzjoni li hemm referenza dwarha fl-ewwel subparagrafu għandha tkun applikabbli sakemm l-arranġament bħal dak ikun permissibli mid-disposizzjonijiet ta' l-Istat Membru produttur konċernat qabel il-31 ta' Diċembru 1995.

L-Istati Membri għandhom iħejju lista ta' l-ismijiet ta' l-inbejjed frizzanti ta' kwalità psr li hemm referenza dwarha f'dan il-paragrafu u għandhom jgħadduha lill-Kummissjoni, li għandha tippubblikaha fis-serje "C" tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

3. Minkejja l-paragrafu 1 (b), inbid ta' kwalità psr, apparti minn inbid frizzanti ta' kwalità psr, jista' jkun prodott f'żona li tinsab fi prossimità immedjata mar-reġjun speċifikat konċernat, meta dan ikun espressament awtorizzat mill-Istat Membru konċernat soġġett għal ċerti kondizzjonijiet.

Inoltre, l-Istati Membri jistgħu, permezz ta' awtorizzazzjonijiet individwali soġġetti għal kontroll xieraq, jippermettu li inbid ta' kwalità psr jkun prodott bil-proċess ta' għeneb f'most ta' l-għeneb u dan ta' l-aħħar f'inbid, kif ukoll billi jiġi pproċessat dan l-inbid, anki barra minn żona ta' prossimità immedjata għar-reġjun speċifikat konċernat, fil-każ ta' prattika tradizzjonali, sakemm din il-prattika:

- kienet tintuża qabel l-1 ta' Settembru 1970 jew, fil-każ ta'l-Istati Membri li ssieħbu mal-Komunità wara dik id-data, qabel id-data effettiva tas-sħubija tagħhom:

- kienet kompliet mingħajr interruzzjoni minn dawk id-dati 'l quddiem; u

- tinvolvi kwantitajiet li, għall-proċessur in kwestjoni, ma żdidux minn dak iż-żmien b'aktar minn dawk relatati mat-tendenzi ġenerali tas-suq.

4. Minkejja l-paragrafu 1 (b), l-inbid frizzanti ta' kwalità psr jista' jkun ipproduċut f'żona li tinsab fi prossimità immedjata mar-reġjun speċifikat konċernat, meta dan ikun espressament awtorizzat mill-Istat Membru konċernat soġġett għal ċerti kondizzjonijiet.

Inoltre, l-Istati Membri jistgħu, permezz ta' l-awtorizzazzjonijiet individwali jew l-awtorizzazzjonijiet espressi li jdumu għal anqas minn ħames snin li jkunu soġġetti għal kontroll xieraq, jippermettu li jkun prodott inbid frizzanti ta' kwalità psr, anki barra miż-żona ta' prossimità immedjata għar-reġjun speċifikat konċernat fil-każ ta' prattika tradizzjonali, sakemm din il-prattika kienet tintuża qabel l-24 ta' Novembru 1974, jew, fil-każ ta' l-Istati Membri li ssieħbu mal-Komunità wara dik id-data, qabel id-data effettiva tas-sħubija tagħhom.

5. Kull persuna fiżika jew ġuridika jew grupp ta' persuni li għandhom għeneb jew most ta' l-għeneb li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti għall-produzzjoni ta' l-inbejjed ta' kwalità, minn naħa waħda, u prodotti oħrajn li ma jissodisfawx dawn il-kondizzjonijiet, minn naħa l-oħra, għandhom jagħmlu ċert li jkun hemm proċess ta' produzzjoni ta' l-inbid u ta' ħażna separata għal dak ta' l-ewwel; jekk dan ma jsirx, l-inbid prodott ma jistax ikun meqjus bħala nbid ta' kwalità psr.

6. Id-dispossizzjonijiet ta' dan il-punt D, apparti mill-paragrafu 5, m'għandhomx japplikaw għal inbejjed likurużi ta' kwalità psr.

E. Il-Qawwa alkoħolika naturali minima bil-volum

1. Kull Stat Membru għandu jiffissa qawwa naturali alkoħolika minima bil-volum għal kull wieħed mill-inbejjed ta' kwalità psr prodotti fit-territorju tiegħu. Meta din il-qawwa alkolħolika naturali minima tkun qiegħda tiġi determinata, għandhom jiġu kkonsidrati b'mod partikolari l-qawwiet alkoħoliċi li jkunu ġew irreġistrati fl-għaxar snin preċedenti. Biss dak il-ħsad ta' kwalità sodisfaċenti mill-ħamrija l-aktar rappreżentattiva tar-reġjun speċifikat biss għandhom jiġu kkunsidrati.

2. Il-qawwa alkoħolika naturali minima bil-volum li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 tista' tiġi ffissata fuq livelli differenti għall-istess inbid ta' kwalità psr bi qbil ma'

(a) is-sotto-reġjun, iż-żona lokali amministrattiva jew parti minnha;

(b) il-varjetà jew il-varjetajiet ta' inbid,

li minnhom ikun akkwistat l-għeneb użat.

3. Ħlief b'deroga, u ħlief għal inbejjed frizzanti ta' kwalità psr u nbejjed likurużi ta' kwalità psr, il-qawwiet alkoħoliċi li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 ma jistgħux ikunu anqas minn:

(a) 6,5 % vol. fiż-żona A bl-eċċezzjoni tar-reġuni speċifikati Mosel-Saar-Ruwer, Ahr, Mittelrhein, Sachsen, Saale-Unstrut, Moselle luxembourgeoise, l-Ingilterra u Wales, ta' fejn l-imsemmija qawwa alkoħolika għandha tkun ta' 6 % vol.;

(b) 7,5 % vol. fiż-żona B;

(ċ) 8,5 % vol. fiż-żona C I a);

(d) 9 % vol. fiż-żona C I b);

(e) 9,5 % vol. fiż-żona C II

(f) 9,5 % vol. fiż-żoni C III

F. Il-Vinifikazzjoni u l-metodi tal-manifattura

1. Il-metodi speċifiċi ta' vinifikazzjoni u manifattura użati sabiex jinkisbu nbejjed ta' kwalità psr għandhom jiġu stipulati għal kull wieħed minn dawk l-inbejjed mill-Istati Membri.

2. Jekk il-kondizzjonijiet klimatiċi joħolqu din il-ħtieġa f'waħda miż-żoni tat-tkabbir ta' l-inbid għad-dwieli li hemm referenza dwarhom fil-punt E, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jippermettu li jkun hemm żieda fil-qawwa alkoħolika naturali bil-volum (attwali jew potenzjali) ta' l-għeneb frisk, tal-most ta' l-għeneb, tal-most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni, ta' l-inbid ġdid li jkun għadu qiegħed jiffermenta u ta' l-inbid, addattat għall-produzzjoni ta' l-inbid ta' kwalità psr, bl-eċċezzjoni tal-prodotti intenzjonati għal proċessar f'inbid likuruż ta' kwalita psr. Iż-żieda ma tistax teċċedi l-limiti stabbiliti fil-paragrafu 3 tal-punt C ta' l-Anness V.

3. Fi snin meta l-kondizzjonijiet klimatiċi jkunu eċċezzjonalment sfavorevoli, jista' jiġi deċiż li ż-żieda fil-qawwa alkoħolika li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 2 tista' tilħaq il-limiti stipulati fil-paragrafu 4 tal-punt C ta' l-Anness V. Din l-awtorizzazzjoni m'għandhiex tippreġudika l-possibbiltà ta' l-awtorizzazzjoni simili għal inbejjed tal-mejda li hemm referenza dwarhom f'dak il-paragrafu.

4. Iż-żieda fil-qawwa alkoħolika naturali bil-volum tista' tiġi effetwata biss bi qbil mal-metodi u kondizzjonijiet li hemm referenza dwarhom fil-punt D ta' l-Anness V, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 7 tiegħu. B'dana kollu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu l-użu tal-most kkonċentrati ta' l-għeneb.

5. Il-qawwa alkoħolika totali bil-volum ta' l-inbejjed ta' kwalità psr m'għandhiex tkun anqas minn 9 % vol. B'dana kollu, għal ċerti inbejjed bojod ta' kwalità psr li jidhru fuq lista li trid tiġi adottata li ma jkunux għaddew minn ebda arrikkament, il-qawwa alkoħolika naturali minima totali bil-volum għandha tkun ta' 8,5 % vol. Dan il-paragrafu m'għandux japplika għall-inbejjed frizzanti ta' kwalità psr u għall-inbejjed likurużi ta' kwalità psr.

G. L-Aċidifikazzjoni, id-Diaċidifikazzjoni u ż-Żieda ta' ħlewwa

1. Il-kondizzjonijiet u l-limiti għall-aċidifikazzjoni u għad-diaċidifikazzjoni ta' l-għeneb frisk, il-most ta' l-għeneb, tal-most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni, ta' l-inbid ġdid li jkun fil-fermentazzjoni u ta' l-inbid, addattat għall-produzzjoni ta' l-inbid ta' kwalità psr, u l-proċedura għall-għoti ta' l-awtorizzazzjonijiet u tad-derogi, għandhom ikunu dawk stipulati fil-punt E ta' l-Anness V.

2. Iż-żieda ta' ħlewwa ta' l-inbid ta' kwalità psr tista' tiġi awtorizzata minn Stat Membru biss jekk din issir:

(a) b'mod konformi mal-kondizzjonijiet u mal-limiti li jinsabu fil-punt F ta' l-Anness V;

(b) fir-reġjun speċifikat ta' fejn ikun prodott l-inbid ta' kwalità psr, jew fiż-żona fi prossimità immedjata, ħlief f'ċerti każi li jridu jiġu ddeterminati;

(ċ) permezz ta' l-użu ta' wieħed jew iżjed mill-prodotti li ġejjin:

- most ta' l-għeneb,

- most konċentrati ta' l-għeneb konċentrat:

- most ta' l-għeneb konċentrati u rettifikati.

3. Il-most ta' l-għeneb u l-most konċentrati ta' l-għeneb li hemm referenza dwarhom fis-subparagafu (ċ) tal-paragrafu 2 iridu joriġinaw mill-istess reġjun speċifikat bħall-inbid li għall-ħlewwa tiegħu jkunu użati.

4. Dan il-punt G m'għandux japplika fir-rigward ta' l-inbejjed frizzanti ta' kwalità psr u ta' l-inbejjed likurużi ta' kwalità psr.

H. Il-Proċessi ta' l-Arrikkiment, l-Aċidifikazzjoni u d-Diaċidifikazzjoni.

1. Kull waħda mill-operazzjonijiet ta' l-arrikkiment, l-aċidifikazzjoni u d-diaċidifikazzjoni li hemm referenza dwarhom fil-punt F u fil-paragrafu 1 tal-punt G għandhom jiġu awtorizzati jekk jitwettqu skond il-kondizzjonijiet stipulati fil-punt G ta' l-Anness V.

2. Soġġett għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 4 tal-punt D, dawn l-operazzjonijiet jistgħu jitwettqu biss fir-reġjun speċifikat fejn l-għeneb frisk użat ikun ġie maħsud.

I. Riżultat għal kull ettaru

1. Ir-riżultat kull ettaru espress fi kwantitajiet ta' għeneb, mast ta' l-għeneb jew ta' inbid għandu jkun stabbilit għall kull inbid ta' kwalità psr mill-Istat Membru konċernat.

2. Meta dan ir-riżultat ikun qiegħed jiġi stabbilit, akkont għandu jittieħed b'mod partikolari tar-riżultati miksuba matul l-għaxar snin preċedenti. Biss il-ħsad ta' kwalità sodisfaċenti mill-ħamrija l-aktar rappreżentattiva tar-reġjun speċifikat għandu jkun ikkunsidrati.

3. Ir-riżultat għal kull ettaru jista' jkun stabbilit fuq livelli differenti għall-istess inbid ta' kwalità psr dipendenti minn:

(a) is-sotto-reġjun, iż-żona lokali amministrattiva jew parti minnha; u

(b) il-varjetà jew il-varjetajiet ta' l-inbid,

li minnhom ikun akkwistat l-għeneb użat.

4. Ir-riżultat hekk stabbilit jista' jkun aġġustat mill-Istat Membru konċernat.

5. L-użu tad-disinjazzjoni partikolari għandu jkun ipprojbit għall-ħsad kollu jekk ir-riżultat li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1 jinqabeż, ħlief fejn ikun hemm provvedimenti għal derogi, fuq bażi ġenerali jew individwali, mill-Istati Membri taħt kondizzjonijiet li huma għandhom jistipulaw, jekk dan ikun xieraq, skond iż-żona tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid; dawn il-kondizzjonijiet għandhom jirrelataw b'mod partikolari għall-użu li għandu jsir mill-inbejjed jew mill-prodotti in kwestjoni.

J. It-Testijiet analitiċi u organolettiċi

1. Il-produtturi għandhom ikunu obbligati li jissottomettu nbejjed li dwarhom ikunu qegħdin jitolbu d-disinjazzjoni "inbid ta' kwalità psr" għal test analitiku u test organolettiku meta:

(a) it-test analitiku għandu ta' mill-anqas ikejjel il-fatturi, fost dawk elenkati fil-punt 3, li jippermetti li jiġi distint l-inbid ta' kwalità psr in kwestjoni. Il-limiti l-għoljin u l-baxxi għal dawn il-fatturi għandhom ikunu stabbiliti mill-Istat Membru produttur fir-rigward ta' kull inbid ta' kwalità psr; u

(b) it-test organolettiku għandu jkollu x'jaqsam mal-kulur, maċ-ċarezza, mar-riħa u mat-togħma.

2. Sakemm jiġu adottati d-disposizzjonijiet xierqa li għandhom x'jaqsmu ma' l-applikazzjoni sistematika u ġenerali tagħhom, it-testijiet li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 jistgħu jsiru fuq kampjuni mill-aġenzija kompetenti nominata minn kull wieħed mill-Istati Membri.

3. Il-fatturi li hemm referenza dwarhom fil-punt 1 (a) għandhom ikunu dawn li ġejjin:

A. Testijiet tal-komportament ta' l-inbid:

1. il-komportament fl-arja

2. il-komportament fil-kesħa

B. Test mikrobioloġiku

3. il-komportament fl-inkubatur

4. id-dehra ta' l-inbid u tad-despositi

Ċ. Analiżi fiżika u kimika:

5. id-densità

6. il-qawwa alkoħolika

7. it-total ta' estratt niexef (miksub permezz ta' densimetrija)

8. it-tnaqqis ta' zokkrijiet

9. sukrosju,

10. l-irmied

11. l-alkalinità ta' l-irmied

12. l-aċidità totali

13. l-aċidità volatili

14. l-aċidità fissa

15. pH

16. id-diossidu tal-kubrit ħieles

17. id-diossidu tal-kubrit totali

D. Analiżi addizzjonali

18. id-diossidu tal-karbonju ( l-inbejjed semi frizzanti u frizzanti, pressjoni eċċessivatà ta' bar fi 20 °C).

K. L-Inbid frizzanti ta' kwalità psr

1. Il-qawwa alkoħolika totali bil-volum tal-cuvées intenzjonati għall-manufattura ta' l-inbejjed frizzanti ta' kwalità psr m'għandhiex tkun anqas minn:

- 9,5 % vol. fiż-żoni tat-tkabbir tad-dwieli C III;

- 9 % vol. fiż-żoni tat-tkabbir tad-dwieli l-oħrajn.

2. B'dana kollu, il-cuvées intenzjonati għall-manufattura ta' ċerti nbejjed frizzanti ta' kwalità psr li jidhru fuq lista li trid tiġi adottata u mmanufatturati minn varjetà waħda ta' l-inbid, jista' jkollhom qawwa alkoħolika totali bil-volum ta' mhux anqas minn 8,5 % vol.

3. Għandha titħejja lista ta' l-inbejjed frizzanti ta' kwalità psr li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 2.

4. Il-qawwa alkoħolika attwali bil-volum ta' l-inbejjed frizzanti ta' kwalità psr, inkluż l-alkoħol li jinsab f'kull expedition liqueur miżjud, m'għandux ikun anqas minn 10 % vol.;

5. It-tirage liqueur għall-inbejjed frizzanti ta' kwalità psr jista' jkun fihom biss:

(a) is-sukrosju;

(b) il-most konċentrati ta' l-għeneb;

(ċ) il-most ta' l-għeneb konċentrati u rettifikati

(d) il-most ta' l-għeneb;

(e) il-most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni;

(f) l-inbid;

(g) l-inbejjed ta' kwalità psr,

addattati għall-produzzjoni nbid frizzanti ta' l-istess kwalità psr bħala dak li miegħu jiġi miżjud it-tirage liqueur.

6. Minkejja l-punt 15 ta' l-Anness I, l-inbejjed frizzanti ta' kwalità psr, meta miżmuma f'temperatura ta' 20 °C f'kontenituri magħluqa, għandhom ikollhom pressjoni eċċessiva ta' mhux anqas minn 3,5 bars.

B'dana kollu, għall-inbejjed ta' kwalità psr miżmuma f'kontenituri ta' kapaċita ta' anqas minn 25 ċentilitri, il-minimu ta' pressjoni eċċessiva għandu jkun ta' 3 bars.

7. Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet aktar restrittivi li l-Istati Membri jistgħu japplikaw għal inbejjed frizzanti ta' kwalità psr prodotti fit-territorju tagħhom, il-kontenut totali ta' diossidu tal-kubrit ta' dawn l-inbejjed frizzanti ma jistax jeċċedi il-185 milligramma għal kull litru. Jekk il-kondizzjonijiet klimatiċi joħolqu din il-ħtieġa f'ċerti żoni tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid tal-Komunità, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jippermettu li l-kontenut tad-diossidu tal-kubrit ta' inbejjed frizzanti ta' kwalità psr prodotti fit-territorju tagħhom jiżdied sa 40 milligramma għal kull litru, basta li l-prodotti li jkunu rċevew din l-awtorizzazzjoni ma jintbagħtux 'il barra mill-Istati Membri in kwestjoni.

8. It-tul tal-proċess tal-produzzjoni ta' l-inbejjed frizzanti ta' kwalità psr, inkluż il-proċess ta' maturità fl-impriża fejn ikunu prodotti u meqjus mill-bidu tal-proċess ta' fermentazzjoni intenzjonat sabiex jagħmlu l-inbejjed frizzanti, ma jistax ikun anqas minn:

(a) sitt xhur meta l-proċess tal-fermentazzjoni intenzjonat sabiex jagħmlu l-inbejjed frizzanti, iseħħ f'tankijiet magħluqa;

(b) sitt xhur meta l-proċess tal-fermentazzjoni intenzjonat sabiex jagħmlu l-inbejjed frizzanti jseħħ fi fliexken.

9. It-tul tal-proċess tal-fermentazzjoni intenzjonat sabiex jagħmel il-cuvée frizzanti u t-tul ta' żmien ta' meta tal-cuvée tkun preżenti fil-karfa m'għandux ikun anqas minn:

- 90 ġurnata;

- 30 ġurnata jekk il-fermentazzjoni sseħħ f'kontenituri li jkollhom mekkaniżmu li jħawwad.

10. L-inbejjed frizzanti ta' kwalità psr tat-tip aromatiċi

(a) Ħlief bħala deroga, dawn l-inbejjed jistgħu jsiru biss jekk jintuża, biex ikun ikkostitwit il-cuvée, il-most ta' l-għeneb jew il-most ta' l-għeneb parzjalment iffermentat tal-varjetajiet ta' l-inbid minn lista li trid tiġi miktuba, sakemm dawn il-varjetajiet ikunu rikonoxxuti bħala addattati għall-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti ta' kwalità psr fir-reġjun speċifikat li ismu jintuża mill-inbejjed frizzanti f'dak il-każ;

(b) il-kontroll tal-proċess tal-fermentazzjoni qabel u wara li jkun ikkostitwit il-cuvée,sabiex il-cuvée jsir frizzanti, jista' jsir biss permezz ta' refrigerazzjoni jew bi proċessi fiżiċi oħrajn;

(ċ) iż-żieda ta' expedition liqueur hija pprojbita;

(d) minkejja l-punt K 4, il -qawwa alkoħolika attwali bil-volum ta' l-inbejjed frizzanti ta' kwalità psr tat-tip aromatiċi ma tistax tkun anqas minn 6 % vol.;

(e) il-qawwa alkoħolika totali bil-volum ta' l-inbejjed frizzanti ta' kwalità psr tat-tip aromatiċi ma tistax tkun anqas minn 10 % vol.;

(f) minkejja l-ewwel paragrafu tal-punt 6, l-inbejjed frizzanti ta' kwalità psr tat-tip aromatiċi miżmuma f' temperatura ta' 20 °C f'kontenituri magħluqa, għandu jkollhom pressjoni eċċessiva ta' mhux anqas minn 3 bars;

(g) minkejja l-punt 8, it-tul tal-proċess tal-produzzjoni ta' l-inbejjed frizzanti ta' kwalità psr tat-tip aromatiċi ma jistax ikun anqas minn xahar.

11. Ir-regoli li jinsabu fl-Anness V, punt H, il-paragrafi 1 sa 10 japplikaw ukoll għall-inbid frizzanti ta' kwalità psr.

L. L-inbid likuruż ta' kwalità psr (disposizzjonijiet apparti minn dawk inklużi fl-Anness V, punt H u li jikkonċernaw speċifikament l-inbid likuruż ta' kwalità psr)

1. Soġġett għal derogi li għad iridu jiġu adottati, il-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 tal-punt J ta' l-Anness V u l-most konċentrati ta' l-għeneb jew il-mosti ta' l-għeneb parzjalment fermentat magħmula minn għeneb imqadded li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 2 ta' dak il-punt, użati għall-preparazzjoni ta' l-inbid likuruż, ta' kwalità psr jeħtieġ li jkunu ġejjin mir-reġjun speċifikat li jidher fl-isem ta' l-inbid likuruż ta' kwalità psr.

B'dana kollu, fir-rigward ta' l-inbejjed likurużi ta' kwalità psr "Málaga" u "Jerez-Xérès-Sherry" il-most konċentrati ta' l-għeneb jew, bis-saħħa ta' l-Artikolu 44(11), il-most ta' l-għeneb parzjalment fermentat minn għeneb imqadded, kif hemm referenza dwaru fil-paragrafu 2 tal-punt J ta' l-Anness V, prodott mill-varjetà ta' l-inbid Pedro Ximénez jista' jiġi mir-reġjun speċifikat Montilla-Moriles.

2. Soġġett għal derogi li jridu jiġu adottati, l-operazzjonijiet li hemm referenza dwarhom fil-paragrafi 3 sa 6 tal-punt J ta' l-Anness V għall-preparazzjoni ta' l-Inbejjed likurużi ta' kwalità psr jistgħu jsiru biss fir-reġjun speċifikat li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1.

B'dana kollu, fir-rigward ta' l-inbid likuruż ta' kwalità psr li fir-rigward tiegħu d-disinjazzjoni "Porto" hija riservata għall-prodotti preparati minn għeneb miksub mir-reġjun delimitat bħala "Douro", il-manifattura addizzjonali u l-proċessi ta' maturità jistgħu jseħħu jew fir-reġjun delimitat li hemm referenza hawn fuq jew f'Vila Nova de Gaia -Porto.

3. Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet ta' natura aktar restrittiva li l-Istati Membri jistgħu jadottaw għal inbejjed likurużi ta' kwalità psr preparati fit-territorju tagħhom:

(a) il-qawwa alkoħolika naturali bil-volum tal-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 tal-punt J ta' l-Anness V użata għall-preparazzjoni ta' l-inbid likuruż ta' kwalità psr ma tistax tkun anqas minn 12 % vol. B'dana kollu, ċerti inbejjed likurużi ta' kwalità psr fuq lista li trid tiġi miktuba jistgħu jiġu magħmula minn:

(i) il-most ta' l-għeneb b'qawwa alkoħolika naturali bil-volum ta' mhux anqas minn 10 % vol. fil-każ ta' l-inbejjed likurużi ta' kwalità psr magħmula permezz taż-żieda ta' spirtu miksub minn karfa ta' l-inbid jew ta' l-għeneb b'disinjazzjoni ta' l-oriġini rreġistrata, possibbilment mill-istess qasam; jew

(ii) il-most ta' l-għeneb li jkun fil-fermentazzjoni jew, fil-każ tat-tieni inċiż ta' hawn taħt, minn inbid b'qawwa alkoħolika naturali bil-volum ta' mhux anqas minn:

- 11 % vol. fil-każ ta' l-inbejjed likurużi ta' kwalità miksuba miż-żieda ta' alkoħol newtrali, jew tad-distillat ta' l-inbid b'qawwa alkoħolika attwali bil-volum ta' mhux anqas minn 70 % vol., jew ta' spirtu ta' l-oriġini mill-inbid;

- 10,5 % vol. għall-inbejjed li jridu jiġu elenkati, ippreparati minn most ta' l-għeneb abjad;

- 9 % vol. fil-każ ta' l-inbid likuruż ta' kwalità psr, li l-produzzjoni tiegħu hija tradizzjonali u parti mill-użanza bi qbil mal-liġijiet nazzjonali li jagħmlu disposizzjonijiet espressi għall-inbid ta' din ix-xorta;

(b) il-qawwa alkoħolika attwali bil-volum ta' l-inbid likuruż ta' kwalità psr ma tistax tkun anqas minn 15 % vol., jew iżjed minn 22 % vol.;

(ċ) il-qawwa alkoħolika totali bil-volum ta' l-inbejjed likurużi ta' kwalità psr ma tistax tkun anqas minn 17,5 % vol.

4. B'dana kollu, il-qawwa alkoħolika totali bil-volum tista' tkun anqas minn 17,5 % vol., imma mhux anqas minn 15 % vol., għal ċerti inbejjed likurużi ta' kwalità psr fuq il-lista li trid tiġi preparata meta l-liġijiet nazzjonali applikabbli qabel l-1 ta' Jannar 1985 kienu jistipulaw dan b'mod espress.

5. L-ismijiet speċifiċi u tradizzjonali "οίνος γλυκύς φυσικός", "vine dulce natural", "vino dolce naturale" u "vinho dolce natural" għandhom jintużaw biss għall-inbejjed likurużi ta' kwalità psr:

- miksuba minn ħsad li ta' mill-anqas 85 % minnhom huma tal-varjetajiet ta' l-inbid li jidhru fuq lista li trid tiġi miktuba,

- magħmula minn most ta' l-għeneb b'kontenut ta' zokkor inizzjali ta' mill-anqas 212 gramma għal kull litru,

- miksub permezz taż-żieda ta' alkoħol, distillat jew spirti, kif hemm referenza dwarhom fl-Anness V, il-paragrafu 2 tal-punt J għall-esklużjoni ta' kull arrikkiment ieħor.

6. Sa fejn dan ikun meħtieġ sabiex ikun hemm konformità mal-prattiċi tal-produzzjoni tradizzjonali, l-Istati Membri jistgħu, għall-inbejjed ta' kwalità psr magħmula fit-territorju tagħhom, jistipulaw li l-isem tradizzjonali speċifiku "vin doux naturel" jintuża biss għall-inbejjed likurużi ta' kwalità psr li huma:

- magħmula direttament minn produtturi li jaħsdu l-għeneb u esklussivament mill-ħsad tagħhom ta' l-għeneb ta' muscat, grenache, maccabeo jew malvasia: b'danakollu, jista' jiġi inkluż il-ħsad miksub minn oqsma tad-dwieli li huma mħawla b'varjetajiet ta' dwieli differenti mill-erbgħa indikati hawn fuq basta li dawn ma jammontawx għal aktar minn 10 % ta' l-ammont totali,

- miksuba fil-limitu ta' frott għal kull ettaru ta' 40 hl ta' most ta' l-għeneb li hemm referenza dwaru fl-Anness V, il-paragrafu 1 jew il-punt J, l-ewwel u r-raba' inċiżi, u jekk ikun hemm iżjed frott il-ħsad kollu m'għandux jibqa' aktar eliġibbli għad-deskrizjoni "vin doux naturel",

- akkwistat minn most ta' l-għeneb b'kontenut ta' zokkor inizjali ta' mill-anqas 252 gramma għal kull litru,

- akkwistat, b'esklużjoni ta' kull tip ta' arrikkiment ieħor, biż-żieda ta' alkoħol ta' l-oriġini mill-għeneb li tammonta f'alkoħol pur għal minimu ta' 5 % tal-volum tal-most ta' l-għeneb li jkun fil-fermentazzjoni użat u l-massimu rrapreżentat bl-anqas miż-żewġ proporzjonijiet segwenti:

- jew 10 % tal-volum tal-most ta' l-għeneb imsemmi hawn hawn użat, jew

- 40 % tal-qawwa alkoħolika totali bil-volum tal-prodott finali rappreżentat mis-somma tal-qawwa alkoħolika attwali bil-volum u l-ekwivalenti tal-qawwa alkoħolika potenzjali bil-volum kalkulata fuq il-bażi ta' 1 % vol. jew alkoħol pur għal 17,5 gramma ta' zokkor residwu għal kull litru.

7. L-ismijiet li hemm referenza dwarhom fil-paragrafi 5 u 6 ma jistgħux jiġu tradotti; b'danakollu:

- jistgħu jiġu akkumpanjati b'nota spjegazzjoni f'lingwa li l-konsumatur finali jista' jifhem,

- fil-każ tal-prodotti prodotti fil-Greċja bi qbil mal-paragrafu 6 u f'ċirkolazzjoni fit-territorju ta' dak l-Istat Membru, l-isem "vin doux naturel" jista' jiġi akkumpanjat bl-isem

8. L-isem tradizzjonali speċifiku "vino generoso" għandu jintuża biss għall-inbejjed ta' kwalità psr mhux ħelwin żviluppati taħt flor u

- miksuba biss minn għeneb abjad miksub minn varjetajiet ta' dwieli Palomino de Jerez, Palomino fino, Pedro Ximénez, Verdejo, Zalema u Garrido Fino,

- rilaxxat fuq is-suq wara li jkunu mmaturaw għal medja ta' sentejn fi btieti tal-ballut.

Żvilupp permezz ta' flor kif hemm referenza dwaru fl-ewwel subparagrafu jfisser il-proċess bioloġiku li, iseħħ meta saff ta' ħmira tipika tiżviluppa spontanjament fuq il-wiċċ ħieles ta' l-inbid wara l-fermentazzjoni alkoħolika totali tal-most ta' l-għeneb, u li tagħti lill-prodott karatteristiċi speċifiċi analitiċi u organolettiċi.

9. L-isem li hemm referenza dwaru fil-punt 8 ma jistax jiġi tradott. B'dana kollu, jista' jkun akkumpanjat minn nota spjegatorja f'lingwa li l-konsumatur finali jista' jifhem,

10. L-isem tradizzjonali speċifiku "vinho generoso" għandu jintuża biss għall-inbejjed likurużi ta' kwalità psr "Porto", "Madeira", "Moscatel de Setúbal" u "Carcavelos" f'assoċjazzjoni mad-disinjazzjoni reġistrata ta' l-oriġini rispettiva.

11. L-isem tradizzjonali speċifiku "vino generoso de licor" għandu jintuża biss għall-inbid likuruż ta' kwalità psr:

- miksub minn "vino generoso", kif li hemm referenza dwaru fil-punt 8, jew minn inbid permezz ta' flor kapaċi li jipproduċi "vino generoso", ta' din ix-xorta, li miegħu jkun ġie miżjud jew most ta' l-għeneb parzjalment iffermentat magħmul minn għeneb imqadded jew minn most konċentrat ta' l-għeneb,

- rilaxxat fuq is-suq wara li jkunu mmaturaw għal medja ta' sentejn fi btieti tal-ballut.

12. L-isem li hemm referenza dwaru fil-punt 11 ma jistax jiġi tradott. B'dana kollu, jista' jiġi akkumpanjat minn nota spjegatorja f'lingwa li l-konsumatur finali jista' jifhem,

--------------------------------------------------

ANNESS VII

DESKRIZZJONI, DISINJAZZJONI, PREŻENTAZZJONI U PROTEZZJONI TA' ĊERTI PRODOTTI APPARTI MINN INBEJJED FRIZZANTI

Għall-iskopijiet ta' dan l-Anness:

- "tikkettar" tfisser id-deskrizzjonijiet kollha u r-referenzi, is-simboli, l-illustrazzjonijiet u l-marki l-oħra li jservu biex jiddistingwu l-prodott u li jidhru fuq l-istess kontenitur, inkluż fuq l-għeluq, jew fuq tabelli mwaħħla mal-kontenitur. Ċerti referenzi, simboli u marki li għandhom ikunu ddeterminati ma jifformawx parti mill-ittikkettar;

- "pakkeġġjar" tfisser tgeżwir protettiv, bħalma hi l-karta, il-boroż tat-tiben, kartun u kaxxi, użati fit-trasport ta' kontenitur wieħed jew aktar u/jew għall-preżentazzjoni tagħhom għall-bejgħ lejn il-konsumatur finali.

A. Dettalji obbligatorji

1. Tikkettar:

(a) l-inbejjed tal-mejda, l-inbid tal-mejda b'indikazzjoni ġeografika u l-inbejjed ta' kwalità psr;

(b) l-inbejjed li joriġinaw minn pajjiżi terzi apparti minn dawk li hemm referenza dwarhom taħt (ċ);

(ċ) l-inbejjed likurużi, l-inbejjed semi-frizzanti u l-inbejjed semi-frizzanti bil-gass koperti bl-Anness I u l-inbejjed ta' dan it-tip li joriġinaw f'pajjiżi terzi

għandhom ikunu meħtieġa li jkollhom id-dettalji li ġejjin:

- id-disinjazzjoni tal-bejgħ tal-prodott;

- il-valur nominali;

- il-qawwa alkoħolika attwali bil-volum;

- in-numru tal-lott bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill 89/396/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1989 dwar l-indikazzjonijiet jew il-marki li jidentifikaw il-lott li għalih jappartjenu l-oġġetti ta' l-ikel [1].

2. Id-deskrizzjoni għall-bejgħ għandha tikkonsisti f'dawn:

(a) fil-każ ta' l-inbejjed tal-mejda, il-kliem "inbid tal-menda", u

- fil-każ ta' konsenja lejn Stat Membru jew Stat li jesporta, l-isem ta' l-Istat Membru jekk l-għeneb ikunu prodotti u magħmula f'inbid f'dak l-Istat;

- il-kliem "taħlita ta' nbejjed minn pajjiżi differenti tal-Komunità Ewropea" fil-każ ta' l-inbejjed li jirriżultaw minn taħlita ta' prodotti li joriġinaw f'numru ta' Stati Membri;

- il-kliem "inbid miksub minn …… minn għeneb maħsud f'…", issupplimentati bl-ismijiet ta' l-Istati Membri konċernati fil-każ ta' l-inbejjed magħmula fi Stat Membru minn għeneb maħsud fi Stat Membru ieħor;

- il-kliem "retsina" u "vino tinto de mezcla" fil-każ ta' ċerti nbejjed tal-mejda;

(b) fil-każ ta' l-inbejjed tal-mejda b'indikazzjoni ġeografika:

- il-kliem "inbid tal-mejda",

- l-isem ta' l-unità ġeografika,

- waħda mill-kliem li ġejjin, permezz tal-kondizzjonijiet li jridu jiġu determinati: "Landwein", "vin de pays", "indicazione geografica tipica", "ονομασία κατά παράδοςη", "οίνος τοπικός", "vino de la tierra", "vinho regional" jew "regional wine"; meta termini bħal din tkun użata, il-kliem "inbid tal-mejda" m'humiex meħtieġa;

(ċ) fil-każ ta' l-inbejjed ta' kwalità psr:

- l-isem taż-żona tal-produzzjoni,

- soġġett għal deroga li trid tkun determinata

- il-kliem "inbid ta' kwalità magħmul f'reġjun speċifikat" jew "inbid ta' kwalità psr",

- il-kliem "inbid likuruż ta' kwalità magħmul f'reġjun speċifikat" jew "inbid likuruż ta' kwalità psr",

- "inbid semi-frizzanti ta' kwalità magħmul f'reġjun speċifikat" jew "inbid semi-frizzanti ta' kwalità psr", jew

- dettal speċifiku tradizzjonali inkluż f'lista li trid tkun imħejjija, jew diversi minn dawk id-dettalji meta jkunu meħtieġa mid-disposizzjonijiet ta' l-Istat Membru konċernat;

(d) fil-każ ta' l-inbejjed importati, il-kelma "inbid", li għandha tkun issupplimentata bl-isem tal-pajjiż ta' l-oriġini u, meta jkunu desinjati b'indikazzjoni ġeografika, bl-isem taż-żona ġeografika f'dak il-każ;

(e) għal inbejjed likurużi, il-kliem "inbid likuruż";

(f) għal inbejjed semi-frizzanti, il-kliem "inbid semi-frizzanti";

(e) għal inbejjed semi-frizzanti bil-gass, il-kliem "inbid semi-frizzanti bil-gass";

(h) għall-inbejjed li hemm referenza dwarhom f' (e), (f) u (g), li joriġinaw minn pajjiżi terzi, dettalji li għandhom ikunu determinati.

3. Tikkettjar:

(a) l-inbejjed tal-mejda, l-inbejjed tal-mejda b'indikazzjoni ġeografika u l-inbejjed ta' kwalità psr;

(b) l-inbejjed li joriġinaw minn pajjiżi terzi,

għandhom jinkludu, flimkien mad-dettalji stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, l-indikazzjoni:

- l-isem jew l-isem korporattiv ta' min jibbottilja, iż-żona amministrattiva lokali u l-Istat Membru jew, għal kontenituri b'valur nominali ta' iżjed minn 60 litru, il-konsenjatur,

- għal inbejjed impurtati, l-importatur jew, meta l-ibbottiljar iseħħ fil-Komunità, min jibbottilja.

4. L-ittikkettjar ta' l-inbejjed likurużi, l-inbejjed semi-frizzanti, l-inbejjed semi-frizzanti bil-gass u l-inbejjed bħal dawn li joriġinaw minn pajjiżi terzi għandhom ikunu ssupplimentati b'partikolaritajiet li għandhom ikunu determinati li jaqblu ma' dawk li hemm referenza dwarhom fil-paragrafi 2 u 3.

B. Dettalji voluntarji

1. L-ittikkettar tal-prodotti miksuba fil-Komunità jista' jkun issupplimentat bid-dettalji li ġejjin, skond il-kondizzjonijiet li għandhom ikunu ddeterminati:

(a) fil-każ ta' l-inbejjed tal-mejda, l-inbejjed tal-mejda b'indikazzjoni ġeografika u l-inbejjed ta' kwalità psr:

- l-isem (ismijiet), it-titolu(i) u l-indirizz(i) tal-persuna(i) li ħadet sehem fil-kummerċ,

- it-tip tal-prodott,

- kulur partikolari bi qbil mar-regoli stipulati mill-Istat Membru tal-produzzjoni;

(b) fil-każ ta' l-inbejjed tal-mejda b'indikazzjoni ġeografika u l-inbejjed ta' kwalità psr:

- is-sena tal-ġbir ta' l-għeneb u tat-tagħsir,

- l-isem ta' waħda jew aktar mill-varjetajiet tad-dwieli,

- premju, medalja jew kompetizzjoni,

- l-indikazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-mezzi użati jew il-metodi użati fil-manifattura tal-prodott,

- kliem tradizzjonali ieħor bi qbil mad-disposizzjonijiet stipulati mill-Istat Membru tal-produzzjoni,

- l-isem tal-qasam tad-dwieli,

- terminu li jindika li l-inbid ikun ġie ibbottiljat:

- fuq il-qasam, jew

- minn grupp ta' oqsma tad-dwieli, jew

- f'qasam tad-dwieli li jinsab fir-reġjun tal-produzzjoni jew, fir-rigward ta' inbejjed ta' kwalità psr, fil-viċinanza immedjata tagħha;

(ċ) fil-każ ta' l-inbid ta' kwalità psr:

- referenza għaż-żona ġeografika iżgħar mir-reġjun speċifikat bi qbil mad-disposizzjonijiet stipulati mill-Istat Membru tal-produzzjoni,

- referenza għal żona ġeografika akbar mir-reġjun definit sabiex ikun speċifikat l-oriġini ta' l-inbid ta' kwalità psr.

- informazzjoni li tgħid li l-ibbottiljar seħħ fir-reġjun speċifikat, basta li dik l-informazzjoni tkun tradizzjonali u tkun drawwa fir-reġjun speċifikat konċernat.

2. Dettalji voluntarji relatati ma' dawk li hemm referenza dwarhom fil-punt 1 għandhom ikunu ddeterminati għall-inbejjed likurużi, l-inbejjed semi-frizzanti, l-inbejjed semi-frizzanti bil-gass u l-inbejjed li joriġinaw f'pajjiżi terzi.

Dan il-punt ma jippreġudikax il-possibbiltà li l-Istati Membri jadottaw regoli għad-disinjazzjoni ta' dawn il-prodotti saż-żmien ta' meta jkunu implimentati r-regoli Komunitarji relattivi.

3. Fil-każ tal-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 tal-punt A, l-ittikkettjar jista' jkun issupplimentat b'dettalji oħrajn.

4. L-Istati Membri tal-produzzjoni jistgħu jesiġu li ċerti partikolaritajiet fil-paragrafi 1 u 2 bħala obbligatorji, li jipprojbixxuhom jew li jirrestrinġu l-użu tagħhom fir-rigward ta' l-inbejjed prodotti fit-territorju tagħhom.

Ċ. Użu ta' ċertu kliem speċifiku

1. L-appellazzjoni:

(a) "inbid" għandha tkun ristretta għal prodotti li huma konformi mad-definizzjoni tal-punt 10 ta' l-Anness I

(b) "inbid tal-mejda" għandha tkun ristretta għall-prodotti li huma konformi mad-definizzjoni tal-punt 13 ta' l-Anness I

2. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet għall-armonizzazzjoni tal-liġijiet, il-possibbiltà li l-Istati Membri jkunu jistgħu jippermettu:

- li l-kelma "inbid" tiġi akkumpanjata bl-isem ta' frotta fil-forma ta' isem kompost sabiex jiddeskrivi l-prodotti akkwistati bil-fermentazzjoni ta' frott apparti milli l-għeneb,

- ismijiet komposti oħrajn li jinkludu l-kelma "inbid"

m'għandhomx, b'danakollu, ikunu affetwati mill-paragrafu 1(a).

3. Id-disinjazzjoni:

(a) "inbid likuruż" għandha tkun ristretta għal prodotti li huma konformi mad-definizzjoni tal-punt 14 ta' l-Anness I jew, fejn xieraq, mad-definizzjoni li trid tkun miftiehma bi qbil ma' l-introduzzjoni ta' dan l-Anness;

(b) "inbid likuruż ta' kwalità prodott f'reġjun speċifiku" jew "inbid likuruż ta' kwalità psr" għandhom ikunu ristretti għall-prodotti li huma konformi mad-definizzjoni tal-punt 14 ta' l-Anness I u tad-disposizzjonijiet speċifiċi ta' dan ir-Regolament;

(ċ) "inbid semi-frizzanti" għandha tkun ristretta għal prodotti li huma konformi mad-definizzjoni tal-punt 17 ta' l-Anness I jew, fejn xieraq, mad-definizzjoni li għandha tkun miftiehma b'mod konformi ma' l-introduzzjoni ta' dan l-Anness;

(d) "inbid semi-frizzanti ta' kwalità prodott f'reġjun speċifiku" jew "inbid semi-frizzanti ta' kwalità psr" għandhom ikunu ristretti għall-prodotti li huma konformi mad-definizzjoni tal-punt 17 ta' l-Anness I u mad-disposizzjonijiet speċifiċi ta' dan ir-Regolament;

(e) "inbid semi-frizzanti bil-gass" għandha tkun ristretta għal prodotti li huma konformi mad-definizzjoni tal-punt 18 ta' l-Anness I jew, fejn xieraq, mad-definizzjoni li għandha tkun miftiehma b'mod konformi ma' l-introduzzjoni ta' dan l-Anness;

4. Jekk l-ismijiet komposti bħal dawk li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 2 ikunu użati, xi konfużjoni mal-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 għanda tkun evitata.

D. Lingwi li jistgħu jintużaw għall-ittikkettjar

1. L-informazzjoni fuq l-ittikkettjar għandha tingħata f'waħda jew iżjed mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità sabiex il-konsumatur finali jkun jista' jifhem faċilment kull parti mill-informazzjoni.

Minkejja l-ewwel subparagrafu:

- l-isem tar-reġjun speċifiku,

- l-isem ta' unità ġeografika oħra,

- il-kliem tradizzjonali speċifiku u d-dettalji tradizzjonali addizzjonali,

- l-isem ta' l-oqsma tad-dwieli jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom u dettalji relatati ma' l-ibbottiljar,

għandhom jingħataw biss f'waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikun ġie preparat il-prodott.

L-informazzjoni li hemm referenza dwarha fit-tieni subparagrafu tista' tkun irripetuta f'waħda jew iżjed mil-lingwi uffiċjali l-oħrajn tal-Komunità għal prodotti li joriġinaw mill-Greċja.

L-informazzjoni li hemm referenza dwarha fl-ewwel u fit-tieni inċiżi tat-tieni subparagrafu tista' tingħata biss f'lingwa uffiċjali oħra tal-Komunità, meta dik il-lingwa tkun fuq l-istess livell bħall-lingwa uffiċjali f'dik il-parti tat-territorju ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini fejn jinsab ir-reġjun speċifikat li hemm referenza dwaru, jekk l-użu ta' dik il-lingwa jkun tradizzjonali u d-drawwa fl-Istat Membru konċernat.

Fil-każ tal-prodotti miksuba u mqiegħda fuq is-suq fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-informazzjoni li hemm referenza dwarha fit-tieni subparagrafu tingħata wkoll f'lingwa apparti mill-lingwa uffiċjali tal-Komunità jekk l-użu ta' dik il-lingwa ikun tradizzjonali u d-drawwa fl-Istat Membru konċernat jew f'parti mit-territorju tiegħu.

L-Istati Membri tal-produzzjoni jistgħu jippermettu, fir-rigward tal-prodotti tagħhom, li l-informazzjoni li hemm referenza dwarha fit-tieni subparagrafu tingħata wkoll f'lingwa oħra jekk l-użu ta' dik il-lingwa jkun tradizzjonali u d-drawwa għal dawk id-dettalji.

2. L-eżenzjonijiet ulterjuri mill-paragrafu 1 tista' tittieħed deċiżjonijiet dwarhom.

E. Kodiċi

Bi qbil mar-regoli dettaljati li għandhom ikunu stipulati, kodiċi:

- għandha tintuża fl-ittikkettar ta' prodotti koperti mill-paragrafu 1 tal-punt A, apparti minn dik li hemm referenza dwarha fl-inċiż segwenti, sabiex din tagħti l-informazzjoni sħiħa jew parzjali dwar l-isem tar-reġjun speċifiku apparti mill-indikazzjoni li tista' tintuża għall-prodott f'dak il-każ. B'dana kollu, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw miżuri xierqa oħrajn għat-territorju tagħhom stess sabiex tiġi evitata konfużjoni mar-reġjun speċifiku f'dak il-każ,

- għandu jkun użat għall-ittikkettjar ta' nbid tal-mejda permezz tat-tieni u t-tielet inċiżi tal-paragrafu 2(a) tal-punt A, sabiex ikun indikat l-uffiċċju ewlieni ta' minn jibbottilja jew tal-konsenjatur u fejn xieraq il-post ta' l-ibbottiljar jew tal-konsenja.

Bi qbil mar-regoli dettaljati li għandhom ikunu definiti, tista' tintuża kodiċi fuq l-ittikkettar tal-prodotti li hemm referenza dwarhom f'dan l-Anness fir-rigward tal-prodotti speċifikati fil-paragrafu 3 tal-punt A, basta li l-Istat Membru li fir-territorju tiegħu jkunu ġew ibbottiljati dawn il-prodotti jkun ippermetta dan. Dan l-użu huwa marbut mal-patt li l-isem jew l-isem tan-negozju tal-persuna jew tal-grupp ta' persuni apparti ta' min jibbottilja li huma involuti fid-distribuzzjoni kummerċjali tal-prodott, u ż-żona amministrattiva lokali, jew parti minn dik iż-żona, ta' fejn jinsab l-uffiċċju ewlieni ta' din il-persuna jew tal-grupp, jingħataw bi sħiħ fuq it-tikketta.

F. Ismijiet ta' ditti

1. Meta d-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u r-riklamar tal-prodotti li hemm referenza dwarhom f'dan ir-Regolament ikunu ssupplimentati b'ismijiet ta' ditti, dawn l-ismijiet ta' ditti ma jista' jkun fihom l-ebda kliem, partijiet minn kliem, sinjali jew illustrazzjonijiet li:

(a) aktarx jistgħu joħolqu konfużjoni jew ifixklu lill-persuni lejn min huma indirizzati bi qbil mat-tifsira ta' l-Artikolu 48, jew

(b) li huma:

- aktarx li joħolqu konfużjoni mill-persuni li lejhom huma indirizzati bid-deskrizzjoni kollha jew parti minnha ta' l-inbid tal-mejda, l-inbid likuruż, l-inbid semi-frizzanti, l-inbid semi-frizzanti bil-gass, l-inbid ta' kwalità psr jew l-inbid importat li d-deskrizzjoni tiegħu hija regolata minn disposizzjonijiet Komunitarji jew bid-deskrizzjoni ta' kull prodott ieħor li hemm referenza dwaru f'dan l-Anness, jew

- identiċi għad-deskrizzjoni ta' kull prodott ta' din ix-xorta, basta li l-prodotti użati għall-produzzjoni tal-prodotti finali li hemm referenza dwarhom hawn fuq ikunu intitolati għal din id-deskrizzjoni jew din il-preżentazzjoni.

Inoltre, l-ittikkettjar użat għad-deskrizzjoni ta' l-inbid tal-mejda, l-inbid likuruż, l-inbid semi-frizzanti, l-inbid semi-frizzanti bil-gass, l-inbid ta' kwalità psr jew l-inbid importat ma jistax ikollu ismijiet ta' ditti li jkun fihom kliem, partijiet minn kliem, sinjali jew illustrazzjonijiet li:

(a) fil-każ ta':

- l-inbejjed tal-mejda, l-inbejjed likurużi, l-inbejjed semi-frizzanti u l-inbejjed semi-frizzanti bil-gass, jinkludu l-isem ta' l-inbid ta' kwalità psr,

- l-inbejjed ta' kwalità psr, jinkludu l-isem ta' l-inbid tal-mejda;

- l-inbejjed importati, jinkludu l-isem ta' l-inbid tal-mejda jew l-inbid ta' kwalità psr;

(b) fil-każ ta' l-inbejjed tal-mejda b'indikazzjoniji ġeografika, l-inbejjed ta' kwalità psr jew l-inbejjed importati, jkun fihom informazzjoni falza, partikolarment fir-rigward ta' l-oriġini ġeografika, il-varjetà tad-dwieli, is-sena tal-qtugħ u tat-tagħsir jew ir-referenza għal kwalità superjuri;

(ċ) fil-każ ta' l-inbejjed tal-mejda apparti minn dawk li hemm referenza dwarhom f' (b), l-inbejjed likurużi, l-inbejjed semi-frizzanti u l-inbejjed semi-frizzanti bil-gass ikun fihom informazzjoni dwar l-oriġini ġeografika, varjetà tad-dielja, is-sena tal-qtugħ u tat-tagħsir jew ir-referenza għal kwalità superjuri;

(d) fil-każ ta' l-inbejjed importati, li jistgħu joħolqu konfużjoni minħabba l-illustrazzjoni użata sabiex tiddistingwi l-inbid tal-mejda, l-inbid likuruż, l-inbid semi-frizzanti, l-inbid semi-frizzanti bil-gass, l-inbid tal-kwalità psr jew l-inbid importat deskritt permezz ta' l-indikazzjoni ġeografika.

2. B'deroga mill-punt (b) ta' l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, id-detentur ta' trade mark (l-isem tad-ditta) rreġistrata għal inbid minn most ta' l-għeneb li hija identika:

- għall-isem ta' l-unità ġeografika iżgħar minn reġjun speċifiku użat biex jiddeskrivi l-inbid ta' kwalità psr, jew

- għall-isem ta' l-unità ġeografika użat biex jiddeskrivi l-inbid tal-mejda desinjat permezz ta' l-indikazzjoni ġeografika, jew

- għall-isem ta' l-inbid importat deskritt permezz ta' l-indikazzjoni ġeografika

jista', anki jekk ma jkunx intitolat li juża dan l-isem permezz ta' l-ewwel subparagrafu tal-punt 1, ikompli juża dik it-trade mark (l-isem tad-ditta) sal-31 ta'Diċembru 2002, li l-isem tad-ditta f'dak il-każ:

(a) kien reġistrat mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1985 mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru bi qbil mal-leġislazzjoni fis-seħħ fil-waqt tar-reġistrazzjoni; u

(b) ikun attwalment ġie użata mingħajr interruzzjoni sa mir-reġistrazzjoni tiegħu sal-31 ta' Diċembru 1986, jew, jekk ir-reġistrazzjoni saret qabel 1-1 ta' Jannar 1984, sa mill-anqas minn din l-aħħar data.

Inoltre, id-detentur ta' l-isem ta' ditta magħruf sewwa reġistrat għall-inbid jew il-most ta' l-għeneb li fih kliem identiku għall-isem ta' reġjun speċifiku jew għall-isem ta' l-unità ġeografika iżgħar minn reġjun speċifiku jista', anki jekk m'huwiex intitolat li juża dan l-isem permezz tal-punt 1, ikompli juża l-isem tad-ditta meta dan ikun jaqbel ma' l-identità tad-detentur oriġinali jew ta' min jipprovdi l-isem oriġinali, basta li l-isem tad-ditta ikun ġie reġistrat ta' mill-anqas 25 sena qabel ir-rikonoxximent uffiċjali ta' l-isem ġeografiku f'dak il-każ mill-Istat Membru produttur bi qbil mad-disposizzjonijiet Komunitarji relevanti fir-rigward ta' l-inbejjed ta' kwalità psr u basta li l-isem tad-ditta attwalment ikun ġie użat mingħajr interruzzjoni.

L-ismijiet ta' ditti li huma konformi mal-kondizzjonijiet ta' l-ewwel u tat-tieni subparagrafi ma jistgħux jiġu invokati kontra l-użu ta' l-ismijiet ta' l-unitajiet ġeografiċi użati biex jiddeskrivu inbid ta' kwalità psr jew l-inbid tal-mejda.

3. Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni qabel il-31 ta' Diċembru 2002, għandu jiddeċiedi jekk għandux jestendi l-limitu taż-żmien li hemm referenza dwaru fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-trade marks (l-ismijiet tad-ditti) li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 2 kif u meta jkunu informati dwarhom.

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri nnominati biex jivverifikaw jekk ikunx hemm konformità mad-disposizzjonijiet Komunitarji fis-settur ta' l-inbid.

G. Tpoġġija fuq is-suq, kontroll u protezzjoni

1. Sa mill-mument meta l-prodott jitpoġġa fuq is-suq f'kontenitur ta' volum nominali ta' mhux aktar minn 60 litru, il-kontenitur għandu jiġi ttikkettjat. Dan l-ittikkettjar għandu jkun bi qbil mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament; dan japplika wkoll għal kontenituri tikkettjati ta' volum nominali ta' aktar minn 60 litru.

2. Jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet dwar derogi mill-punt 1.

3. Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-kontroll u għall-protezzjoni ta' l-inbejjed ta' kwalità psr u l-inbejjed tal-mejda b'indikazzjoni ġeografika mpoġġija fuq is-suq b'konformità ma' dan ir-Regolament.

4. L-inbejjed importati li huma intenzjonati għal konsum dirett mill-bniedem u li jkollhom indikazzjoni ġeografika jistgħu jkunu eliġibbli, fir-rigward tat-tpoġġija tagħhom fuq is-suq Komuntarju u soġġett għal reċiproċità, għall-iskema ta' protezzjoni u kontroll li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 3.

Is-subparagrafu preċedenti għandu jiġi implimentat permezz ta' ftehim mal-pajjiżi terzi konċernati, li għandhom ikunu nnegozjati u konklużi bi qbil mal-proċedura li tinsab fl-Artikolu 133 tat-Trattat.

[1] ĠU L 186, tat-30.6.1989, pġ. 21

--------------------------------------------------

ANNESS VIII

DESKRIZZJONI, DISINJAZZJONI, PREŻENTAZZJONI U PROTEZZJONI TA' L-INBEJJED FRIZZANTI

A. Definizzjonijiet

1. Dan l-Anness jistipula regoli ġenerali għad-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta':

(a) l-inbejjed frizzanti definiti fil-punt 15 ta' l-Anness I, prodotti fil-Komunità;

(b) l-inbejjed frizzanti bil-gass definiti fil-punt 16 ta' l-Anness I, li joriġinaw fil-Komunità;

(ċ) l-inbejjed frizzanti definiti b'mod konformi ma' dan ir-Regolament bi qbil mal-proċedura fl-Artikolu 75, li joriġinaw minn pajjiżi terzi;

(d) l-inbejjed frizzanti bil-gass definiti b'mod konformi ma' dan ir-Regolament bil-proċedura fl-Artikolu 75, li joriġinaw minn pajjiżi terzi;

L-inbejjed frizzanti li hemm referenza dwarhom f'(a) għandhom jinkludu:

- l-inbejjed frizzanti li hemm referenza dwarhom fil-punt H ta' l-Anness V,

- l-inbejjed frizzanti ta' kwalità li hemm referenza dwarhom fil-punt I ta' l-Anness V, u

- l-inbejjed frizzanti ta' kwalità prodotti f'reġjuni speċifiċi (inbejjed frizzanti ta' kwalità psr) li hemm referenza dwarhom fil-punt K ta' l-Anness VI.

2. Għall-iskopijiet ta' dan l-Anness:

- "tikkettjar" tfisser ir-referenzi kollha, simboli, illustrazzjonijiet u marki jew kull deskrizzjoni oħra li jservu biex jiddistingwu l-prodott u li jidhru fuq l-istess kontenitur, inkluż fuq l-għeluq, jew fuq tabelli mwaħħla mal-kontenitur u l-kisi li jkopri l-għonq tal-fliexken.

- "pakkeġġjar" tfisser tgeżwir protettiv, bħal karta, boroż tat-tiben ta' kull tipi, kartun u kaxxi, użati fit-trasport tal-kontenitur wieħed jew iżjed u/jew sabiex jiġu ppreżentati għall-bejgħ lejn il-konsumatur finali.

- "produttur" ta' prodott li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1 tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika jew grupp ta' persuni minn min jew f'isem min il-produzzjoni tkun imwettqa,

- "produzzjoni" tfisser l-ipproċessar ta'għeneb frisk, tal-most ta' l-għeneb u nbejjed fi prodott li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1.

B. Dettalji obbligatorji

1. Fil-każ tal-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 tal-punt A, id-deskrizzjoni fuq l-ittikkettjar għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-isem li permezz tiegħu jinbiegħ il-prodott, bi qbil mal-paragrafu 2 tal-punt D;

(b) il-volum nominali tal-prodott;

(ċ) it-tip tal-prodott, bi qbil mal-paragrafu 3 tal-punt D

(d) il-qawwa alkoħolika attwali bil-volum, bi qbil mar-regoli dettaljati li għandhom ikunu determinati.

2. Fil-każ tal-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1(a) u (b) tal-punt A, id-deskrizzjoni fuq l-ittikkettjar għandha tinkludi, flimkien ma' l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1:

- l-isem jew l-isem kummerċjali tal-produttur jew tal-bejjiegħ stabbilit fil-Komunità, u

- l-ismijiet taż-żona amministrattiva lokali jew parti minn dik iż-żona, u l-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju ewlieni tal-persuna hawn fuq imsemmija, b'mod konformi mal-paragrafi 4 u 5 tal-punt D.

B'dana kollu, l-Istati Membri produtturi jistgħu jagħmluha obbligatorja li l-isem jew l-isem kummerċjali tal-produttur jintwera miktub sħiħ.

Meta t-tikketta tkun turi l-isem jew l-isem kummerċjali tal-produttur, u meta l-produzzjoni sseħħ f'żona amministrattiva lokali, f'parti minn dik iż-żona jew fi Stat Membru differenti minn dik li hemm referenza dwarha fit-tieni inċiż ta' l-ewwel subparagrafu, l-informazzjoni li tidher fuqha għandha tkun issupplimentata bl-isem taż-żona amministrattiva lokali jew ta' parti minn dik iż-żona fejn kienet saret il-produzzjoni, u jekk il-produzzjoni saret fi Stat Membru ieħor, bl-isem ta' dak l-Istat Membru.

3. Fil-każ tal-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1(c) u (d) tal-punt A, id-deskrizzjoni fuq l-ittikkettjar għandha tinkludi l-informazzjoni segwenti flimkien ma' l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1:

(a) l-isem jew l-isem kummerċjali ta' l-importatur u l-ismijiet taż-żona amministrattiva lokali u ta' l-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju ewlieni ta' l-importatur;

(b) l-isem jew l-isem kummerċjali tal-produttur u l-ismijiet taż-żona amministrattiva lokali u tal-pajjiż terz fejn jinsab l-uffiċċju ewlieni ta' l-importatur, bi qbil mal-paragrafi 4 u 5 tal-punt D;

4. Id-deskrizzjoni fuq l-ittikkettjar għandha tinkludi informazzjoni addizzjonali fil-każi segwenti:

- fil-każ ta' prodotti prodotti minn inbejjed li joriġinaw minn pajjiżi terzi, kif li hemm referenza dwarhom fil-punt 15 ta' l -Anness I, id-deskrizzjoni fuq l-ittikkettjar għandha tindika li l-prodott ikun ġie prodott minn inbejjed importati u għandha tispeċifika l-pajjiż terz minn fejn l-inbid użat sabiex isir il-cuvée jkun oriġina,

- fil-każ ta' l-inbejjed frizzanti ta' kwalità psr, l-isem tar-reġjun speċifikat fejn l-għeneb użat biex jagħmlu l-prodott kienu ġew maħsuda għandu jingħata fuq it-tikketta,

- fil-każ ta' l-inbejjed frizzanti ta' kwalità tat-tip aromatiku li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 10 tal-punt K 10 ta' l-Anness VI, id-deskrizzjoni fuq it-tikketta għandha tinkludi jew l-isem tal-varjetà tad-dielja użata jew il-kliem "magħmul minn varjetajiet ta' għeneb aromatiċi".

Ċ. Dettalji voluntarji

1. Fil-każ tal-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 tal-punt A, id-deskrizzjoni fuq it-tikketta tista' tkun issupplimentata b'dettalji oħrajn, basta li:

- ma jkunx hemm il-possibbiltà li jfixklu lill-persuni li għalihom l-informazzjoni hija intenzjonata, partikolarment fir-rigward ta' l-informazzjoni obbligatorja speċifikata fil-punt B u l-informazzjoni voluntarja speċifikata fil-punt E,

- fejn xieraq, id-disposizzjonijiet tal-punt E jiġu osservati.

2. Għall-iskopijiet ta' sorveljanza u kontroll fis-settur ta' l-inbid frizzanti, l-awtoritajiet kompetenti dwar din il-materja jistgħu, wara li jikkunsidraw ir-regoli ġenerali ta' proċedura adottati minn kull Stat Membru, ikunu jeħtieġu li l-produttur jew bejjiegħ li hemm referenza dwaru fl-ewwel inċiż ta' l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-punt B, iġib prova tar-reqqa ta' l-informazzjoni użata għad-deskrizzjoni fir-rigward tan-natura, l-identità, il-kwalità, il-komposizzjoni, l-oriġini jew il-provenjenza tal-prodott konċernat jew tal-prodotti użati fil-produzzjoni tiegħu.

Meta talba bħal din issir minn:

- l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-produttur jew il-bejjiegħ, il-prova hija meħtieġa li tinġieb direttament minn dawk il-persuni minn dik l-awtorita',

- l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor, dik l-awtorità għandha tgħaddi lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż fejn hu stabbilit il-produttur jew il-bejjiegħ, fil-qafas ta' kooperazzjoni diretta bejniethom, l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tippermetti lill-awtorità ta' l-aħħar li takkwista dik il-prova; l-awtorità li tkun qiegħda tagħmel din it-talba għandha tiġi informata dwar l-azzjoni meħuda b'riżultat tat-talba tagħha.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti jsibu li din il-prova ma tkunx inġiebet, l-informazzjoni f'dak il-każ għandha titqies li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament.

D. Regoli dettaljati li jirregolaw id-dettalji obbligatorji

1. L-informazzjoni speċifikata fil-punt B:

- għandha tidher flimkien fl-istess parti viżiva fuq il-kontenitur, u

- għandha tiġi ppreżentata b'karattri ċari, li jinqraw u li ma jistgħux jitħassru u li huma kbar biżżejjed li jidhru sewwa fuq l-isfond li huma stampati fuqu u li jistgħu jintagħrfu sewwa minn l-affarijiet oħrajn miktuba jew impinġija.

L-informazzjoni obbligatorja dwar l-importatur tista', b'danakollu, titpoġġa barra mill-parti viżiva fejn jidhru l-partijiet l-oħrajn ta' l-informazzjoni obbligatorja.

2. Id-deskrizzjoni tal-bejgħ li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1(a) tal-punt B għandha tkun indikata b'waħda mill-espressjonijiet li ġejjin:

(a) fil-każ ta' l-inbid frizzanti li hemm referenza dwaru fil-punt H ta' l-Anness V, "inbid frizzanti";

(b) fil-każ ta' l-inbid frizzanti ta' kwalità li hemm referenza dwaru fil-punt I ta' l-Anness V, apparti minn dak li hemm referenza dwaru f' (d) ta' dan il-paragrafu, "inbid frizzanti ta' kwalità" jew "Sekt";

(ċ) fil-każ ta' l-inbid frizzanti ta' kwalità psr li hemm referenza dwaru fil-punt K ta' l-Anness VI:

- "inbid frizzanti ta' kwalità magħmul f'reġjun speċifiku" jew "inbid frizzanti ta' kwalità psr", jew "Sekt bestimmter Anbaugebiete" jew "Sekt bA", jew

- frażi tradizzjonali speċifika magħżula minn fost dawk li hemm referenza dwarhom fir-raba' subinċiż tat-tieni inċiż tal-paragrafu 2(ċ) tal-punt A ta' l-Anness VII mill-Istat Membru fejn saret il-produzzjoni u li jinsab fuq lista li trid tiġi mħejjija, jew

- wieħed mill-ismijiet tar-reġjuni speċifiċi ta' l-inbejjed frizzanti ta' kwalità psr li hemm referenza dwarhom fit-tieni inċiż tal-paragrafu 2(ċ) tal-punt A ta' l-Anness VII, jew

- tnejn mill-espressjonijiet użati flimkien.

B'dana kollu, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li, fil-każ ta' ċerti inbejjed frizzanti ta' kwalità psr prodotti fit-territorju tagħhom, ċerti espressjonijiet li hemm referenza dwarhom fl-ewwel subparagrafu għandhom jintużaw jew waħedom jew flimkien;

(d) fil-każ ta' l-inbid frizzanti ta' kwalità tat-tip aromatiku li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 3 tal-punt I ta' l-Anness V, "inbid frizzanti aromatiku ta' kwalità";

(e) fil-każ ta' l-inbid frizzanti li joriġina minn pajjiż terz:

- "inbid frizzanti",

jew

- "inbid frizzanti ta' kwalità" jew "Sekt", meta l-kondizzjonijiet stipulati għall-produzzjoni ta' l-inbid ta' din ix-xorta jkunu ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-punt I ta' l-Anness V.

Għall-inbejjed ta' kwalità bħal dawn id-deskrizzjoni tal-bejgħ għandha tkun akkumpanjata b'referenza għall-pajjiż terz fejn l-għeneb użat ikun ġie maħsud, iffermentat jew magħmul f'inbid frizzanti. Meta l-prodotti użati għall-produzzjoni ta' l-inbid frizzanti jkunu ġew miksuba f'pajjiż differenti minn dak fejn seħħet il-produzzjoni, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-produzzjoni bis-saħħa tal-paragrafu 3 tal-punt B trid tidher ċara mill-indikazzjonijiet l-oħrajn li jidhru fuq it-tikketta;

(f) fil-każ ta' l-inbid frizzanti bil-gass li joriġina mill-Komunità jew minn pajjiż terz, "inbid frizzanti bil-gass". Jekk il-lingwaġġ użat għal din il-biċċa informazzjoni ma jindikax li ġie miżjud id-diossidu tal-karbonju, il-kliem "magħmul permezz taż-żieda ta' diossidu tal-karbonju" għandhom jiġu miżjuda mat-tikketta bi qbil mar-regoli dettaljati li jridu jiġu ddeterminati.

3. It-tip tal-prodott kif iddeterminat mill-kontenut ta' zokkor li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1(ċ) tal-punt B għandu jiġi indikat minn waħda mit-termini segwenti li jiftiehmu fl-Istat Membru jew fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni fejn il-prodott huwa offrut għall-konsum dirett mill-bniedem:

- "brut nature", "naturherb", "bruto natural", "pas dosé", "dosage zéro" jew "dosaggio zero": jekk il-kontenut fih taz-zokkor ikun anqas minn 3 grammi għal kull litru; dawn it-termini jistgħu jintużaw biss għall-prodotti li magħhom l-ebda zokkor ma jkun ġie miżjud wara l-fermentazzjoni sekondarja;

- "extra brut", "extra herb" jew "extra bruto": jekk il-kontenut fih taz-zokkor ikun bejn 0 u 6 grammi għal kull litru;

- "brut", "herb" jew "bruto": jekk il-kontenut fih taż-zokkor ikun anqas minn 15-il gramma għal kull litru;

- "extra dry", "extra trocken" jew "extra seco": jekk il-kontenut fih taz-zokkor ikun bejn 12 u 20 gramma għal kull litru;

- "sec", "trocken", "secco" or "asciutto", "dry", jew "kuiva": jekk il-kontenut fih taz-zokkor ikun bejn 17 u 35 gramma għal kull litru;

- "demi-sec", "halbtrocken", "abboccato", "medium dry", "halvtør", jew "puolikuiva": jekk il-kontenut fih taz-zokkor ikun bejn 33 u 50 grammi għal kull litru;

- "doux", "mild", "dolce", "sweet", jew "makea": jekk il-kontenut fih taz-zokkor ikun aktar minn 50 gramma għal kull litru;

Jekk il-kontenut taz-zokkor tal-prodott jiġġustifika l-użu ta' tnejn mit-termini speċifikati fl-ewwel subparagrafu, il-produttur jew l-importatur għandu jagħżel li juża waħda minnhom biss.

Minkejja l-paragrafu 1(ċ) tal-punt B, għall-inbejjed frizzanti ta' kwalità tat-tip aromatiku li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 3 tal-punt 1 ta' l-Anness V u għall-inbejjed frizzanti ta' kwalità tat-tip aromatiku prodotti f'reġjuni speċifiċi li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 10 tal-punt K ta' l-Anness VI, l-indikazzjoni tat-tip tal-prodott li hemm referenza dwarha fl-ewwel subparagrafu trid tinbidel bl-indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor espressa bħala grammi għal kull litru kif stabbilit b'analiżi.

Ebda informazzjoni apparti minn dik speċifikata fl-ewwel u fit-tielet subparagrafi ma tista' tintuża fuq it-tikketta sabiex tindika t-tip tal-prodott kif determinat bil-kontenut taz-zokkor.

4. L-isem jew l-isem kummerċjali tal-produttur u l-ismijiet taż-żona lokali amministrattiva, jew ta' parti minn dik iż-żona, u ta' l-Istat fejn jinsab l-uffiċċju ewlieni tal-produttur;

- għandu jingħata jew bis-sħiħ,

- jew fil-każ tal-prodotti magħmula fil-Komunità, permezz ta' kodiċi, basta li l-isem jew l-isem kummerċjali tal-persuna jew tal-grupp ta' persuni apparti mill-produtturi involuti fid-distribuzzjoni kummerċjali tal-prodott, u taż-żona lokali amministrattiva, jew ta' parti minn dik iż-żona, u ta' l-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju ewlieni ta' dik il-persuna jew tal-grupp, jingħataw bis-sħiħ.

5. Meta l-isem ta' żona lokali amministrattiva jew ta' parti minn dik iż-żona jidher fuq it-tikketta, jew biex jindika fejn għandu l-uffiċċju ewlieni tiegħu il-produttur jew il-persuna l-oħra involuta fid-distribuzzjoni kummerċjali tal-prodott jew biex jindika fejn seħħet il-produzzjoni, u dawk id-dettalji jinkludu l-isem ta' reġjun speċifiku bi qbil mat-tifsira tal-punt A ta' l-Anness VI apparti minn dak li jista' jintuża biex jiddeskrivi l-prodott f'dak il-każ, dak l-isem għandu jingħata permezz ta' kodiċi.

B'dana kollu, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw miżuri xierqa oħrajn għad-deskrizzjoni tal-prodotti magħmula fit-territorju tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tad-daqs tal-karattri użati, li għandhom ikunu tali li tiġi evitata konfużjoni fir-rigward ta' l-oriġini ġeografika ta' l-inbid.

6. L-espressjonijiet użati sabiex jiġi indikat il-metodu tal-produzzjoni jistgħu jiġu preskritti bid-disposizzjonijiet implimentattivi.

E. L-Użu ta' ċerti termini speċifiċi

1. L-isem ta' l-unità ġeografika apparti mir-reġjun speċifiku, u iżgħar minn Stat Membru jew minn pajjiż terz, jista' jintuża biss sabiex jissupplimenta d-deskrizzjoni ta':

- inbid frizzanti ta' kwalità psr,

- inbid frizzanti ta' kwalità li fir-rigward tiegħu d-disposizzjonijiet implimentattivi jkunu taw l-isem ta' l-unità ġeografika ta' din ix-xorta, jew

- bħala inbid frizzanti li joriġina minn pajjiż terz li l-kondizzjonijiet għall-produzzjoni tiegħu huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stipulati fil-punt I ta' l-Anness V għall-inbid frizzanti ta' kwalità li għandu l-isem ta' l-unità ġeografika.

L-użu ta' l-isem bħal dan għandu jitħalla biss:

(a) jekk ikun konformi mar-regoli ta' l-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn l-inbid frizzanti jkun ġie prodott;

(b) jekk l-unità ġeografika f'dak il-każ tkun definita b'mod eżatt;

(ċ) jekk l-għeneb kollu li l-prodott ikun ġie akkwistat minn dik l-unità ġeografika, bl-eċċezzjoni tal-prodotti li jinsabu f'tirage liqueur jew expedition liqueur;

(d) fil-każ ta' l-inbid kwalità frizzanti ta' psr, jekk l-unità ġeografika tkun tinsab fir-reġjun speċifiku li jidher fl-isem ta' l-inbid;

(e) fil-każ ta' l-inbejjed frizzanti ta' kwalità, jekk l-isem ta' dik l-unità ġeografika ma jkunx preskritt għal deskrizzjoni ta' l-inbid frizzanti ta' kwalità psr.

Minkejja l-klawsola (ċ) tat-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-użu ta' l-isem ta' l-unità ġeografika iżgħar minn reġjun speċifiku sabiex jissupplimenta d-deskrizzjoni ta' l-inbid frizzanti ta' kwalità psr jekk ta' mill-anqas 85 % tal-prodott ikun ġie magħmul minn għeneb maħsud f'dik l-unità.

2. L-isem tal-varjetà tad-dielja tista' tintuża biss sabiex tissupplimenta d-deskrizzjoni tal-prodott li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1 tal-punt A,

- f'(a)

jew

- f'(ċ) meta l-kondizzonijiet għall-produzzjoni tiegħu jkunu rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stipulati fil-punt I ta' l-Anness V jew fil-punt K ta' l-Anness VI.

L-isem tal-varjetà tad-dielja jew sinonimu ta' dak l-isem jistgħu jiġu indikati biss jekk:

(a) il-koltivazzjoni ta' dik il-varjetà u l-użu tal-prodotti miksuba minnhom ikunu konformi mad-disposizzjonijiet Komunitarji jew mad-disposizzjonijiet tal-pajjiż terz fejn ikun ġie maħsud l-għeneb użat;

(b) dik il-varjetà tidher fuq lista li trid tiġi addottata mill-Istat Membru li minnu l-prodotti użati għall-kostituzzjoni tal-cuvée kienu ġew akkwistati; fil-każ ta' l-inbejjed ta' kwalità psr, dik il-lista għandha titħejja bi qbil mal-paragrafu 1 tal-punt B jew mal-paragrafu 10(a) tal-punt K ta' l-Anness VI;

(ċ) l-isem ta' dik il-varjetà ma jistax jiġi mħawwad ma' l-isem ta' reġjun speċifikat jew ma' l-unità ġeografika użata biex tiddeskrivi inbid ieħor magħmul fil-Komunità jew importat;

(d) l-isem ta' dik il-varjetà m'għandux jiġi repetut fl-istess espressjoni sakemm ma tkunx teżisti aktar minn varjetà waħda li tuża dak l-isem u dak l-isem ikun fuq lista li trid tiġi adottata mill-Istat Membru produttur. Dik il-lista għandha tintbagħat lill-Kummissjoni, li għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra kif xieraq;

(e) il-prodott kien kompletament akkwistat mill-varjetà f'dak il-każ, bl-eċċezzjoni tal-prodotti li jinsabu f'tirage liqueur jew f'expedition liqueur, u jekk il-varjetà jkollha l-effett preponderanti fuq in-natura tal-prodott f'dak il-każ;

(f) it-tul tal-proċess tal-produzzjoni, inkluża l-maturità fl-istabbiliment tal-produzzjoni, meqjus mill-bidu tal-proċess tal-fermentazzjoni ddisinjata sabiex tagħmel il-cuvée frizzanti, ma jkunx ta' anqas minn 90 jum u basta li t-tul tal-fermentazzjoni ddisinjata biex isir il-cuvée frizzanti u l-preżenza tal-cuvée fuq il-karfa tkun damet;

- ta' mill-anqas 60 jum,

- ta' mill-anqas 30 ġurnata jekk jekk il-fermentazzjoni sseħħ f'kontenituri li jkollhom mekkaniżmu li jħawwad.

Din id-disposizzjoni m'għandhiex, b'danakollu, tapplika għall-inbejjed frizzanti tat-tip aromatiku li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 3 tal-punt I ta' l-Anness V jew fil-paragrafu 10 tal-punt K ta' l-Anness VI.

Minkejja t-tieni subparagrafu, l-Istati Membri produtturi jistgħu:

- jawtorizzaw l-użu ta' l-isem tal-varjetà waħda ta' l-inbid jekk ta' mill-anqas 85 % ta' l-għeneb li minnhom il-prodott ikun ġie akkwistat minn dik il-varjetà, bl-eċċezzjoni tal-prodotti li jinsabu f' tirage liqueur jew f'expedition liqueur, u jekk dik il-varjetà jkollha effett preponderanti fuq in-natura tal-prodott f'dak il-każ,

- jawtorizzaw l-użu ta' l-isem taż-żewġ varjetajiet ta' dwieli meta r-Regolamenti ta' l-Istat Membru produttur jipprovdu hekk u bil-kondizzjoni li l-għeneb kollu li minnu kien ġie miksub il-prodott minn dawk it-tliet varjetajiet, bl-eċċezzjoni tal-prodotti li jinsabu f'tirage liqueur u f'expedition liqueur u jekk it-taħlita ta' dawk it-tnejn jew tliet varjetajiet tkun kritika għall-karattru distintiv tal-prodott.

- jillimitaw dan l-użu għal ċerti ismijiet ta' varjetajiet ta' dwieli li hemm referenza dwarhom fit-tieni subparagrafu.

3. L-espressjoni "iffermentat fil-flixkun" tista' tintuża biss biex tiddeskrivi:

- inbid frizzanti ta' kwalità psr,

- inbid frizzanti ta' kwalità,

jew

- inbid frizzanti li joriġina minn pajjiż terz li l-kondizzjonijiet għall-produzzjoni tiegħu huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stipulati fil-punt I ta' l-Anness V jew fil-punt K ta' l-Anness VI.

L-espressjoni li hemm referenza dwarha fl-ewwel subparagrafu tista' tintuża biss jekk:

(a) il-prodott ikun sar frizzanti permezz tat-tieni fementazzjoni alkoħolika fil-flixkun;

(b) it-tul tal-proċess tal-produzzjoni, inkluż il-proċess ta' maturità fl-impriża fejn kien sar il-prodott, meqjus mill-bidu tal-proċess tal-fermentazzjoni intenzjonat sabiex il-cuvée isir frizzanti, ma jistax ikun anqas minn disa' xhur:

(ċ) il-proċess ta' fermentazzjoni ddisinjat biex jagħmel il-cuvée frizzanti u l-preżenza tal-cuvée fuq il-karfa ikun dam ta' mill-anqas 90 jum;

(d) il-prodott ikun ġie sseparat mill-karfa permezz ta' filtrar bi qbil mal-metodu ta' tisfija jew permezz ta' tiswib.

4. L-espressjonijiet "iffermentat fil-flixkun permezz tal-metodu tradizzjonali" jew "metodu tradizzjonali" jew "metodu klassiku" jew "metodu tradizzjonali klassiku" u kull espressjoni li tirriżulta minn traduzzjoni tagħhom tista' tintuża biss biex tiddeskrivi:

- inbid frizzanti ta' kwalità psr,

- inbid frizzanti ta' kwalità,

jew

- inbid frizzanti li joriġina minn pajjiż terz li l-kondizzjonijiet għall-produzzjoni tiegħu huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stipulati fil-punt I ta' l-Anness V jew fil-punt K ta' l-Anness VI.

L-espressjonijiet li hemm referenza dwarhom fl-ewwel subparagrafu għandhom jitħallew jintużaw biss jekk il-prodott:

(a) ikun sar frizzanti permezz tat-tieni fementazzjoni alkoħolika fil-flixkun;

(b) baqa f'kuntatt mingħajr interruzzjoni mal-karfa għal ta' mill-anqas disa' xhur fl-istess impriża mill-ħin meta kien ġie kkostitwit il-cuvée;

(ċ) kien ġie sseparat mill-karfa permezz ta' tiswib.

5. Espressjoni relatata mal-metodu tal-produzzjoni li tinkludi l-isem ta' reġjun speċifiku jew ta' unità ġeografika oħra, jew terminu derivat minn xi wieħed minn dawn, jista' jintuża biss biex jiddeskrivi:

- inbid frizzanti ta' kwalità psr,

- inbid frizzanti ta' kwalità,

jew

- inbid frizzanti li joriġina minn pajjiż terz li l-kondizzjonijiet għall-produzzjoni tiegħu huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stipulati fil-punt I ta' l-Anness V jew fil-punt K ta' l-Anness VI.

Dawn l-espressjonijiet jistgħu jintużaw biss biex jiddeskrivu prodott intitolat għal waħda mill-attribuzzjonijiet ġeografiċi li hemm referenza dwarhom fl-ewwel subparagrafu.

6. Fir-rigward ta' l-inbejjed frizzanti ta' kwalità li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4:

(a) it-terminu "Winzersekt" għandu jkun irriżervat għall-inbejjed frizzanti ta' kwalità psr prodotti fil-Ġermanja u t-terminu "Hauersekt" għandu jkun irriżervat għal inbejjed frizzanti ta' kwalità psr prodotti fl-Awstrija, li t-tnejn huma:

- prodotti minn għeneb maħsuda fl-istess qasam tad-dwieli, inklużi gruppi ta' produtturi, meta l-produttur, kif definit fil-paragrafu 4 tal-punt D, jaqleb f'inbid għeneb intenzjonat għall-preparazzjoni ta' l-inbejjed frizzanti ta' kwalità psr,

- imqiegħda fuq is-suq mill-produttur li hemm referenza dwaru fl-ewwel inċiż u jinkludu tikketti li jindikaw il-qasam tad-dwieli, il-varjetà tad-dielja u s-sena.

Permezz ta' l-arranġamenti applikabbli, kondizzjonijiet addizzjonali jistgħu jiġu imposti fuq l-użu tat-terminu "Winzersekt" u fuq l-użu ta' termini ekwivalenti f'lingwi oħrajn tal-Komunità. Bl-istess arranġamenti, Stat Membru jista' jkun awtorizzat li jistipula arranġamenti speċjali u, b'mod partikolari, aktar restrittivi.

It-termini li hemm referenza dwarhom fis-subparagrafi preċedenti jistgħu jintużaw biss fil-lingwa ta' l-oriġini;

(b) it-terminu "crémant" għandu jkun irriżervat għall-inbejjed frizzanti ta' kwalità psr:

- li dwarhom dan it-terminu kien ġie applikat, flimkien ma' l-isem tar-reġjun speċifiku, mill-Istat Membru li fih kien ġie prodott l-inbid;

- magħmula minn most ta' l-għeneb permezz tat-tgħasir ta' għeneb sħiħ, u fir-rigward ta' l-inbejjed bojod frizzanti ta' kwalità psr, il-kwantità tal-most ta' l-għeneb miksub ma jeċċedix il-100 litru għal kull 150 kg ta' għeneb,

- b'kontenut ta' diossidu tal-kubrit massimu ta' 150 mg/l,

- b'kontenut ta' zokkor ta' anqas minn 50 g/l,

u

- magħmul bi qbil ma kull regoli speċjali addizzjonali li jirregolaw il-produzzjoni u d-deskrizzjoni tagħhom stipulati mill-l-Istat Membru fejn huma magħmula.

B'deroga mill-l-ewwel inċiż, għall-inbejjed frizzanti ta' kwalità psr li dwarhom it-terminu "crémant" ma kienx ġie applikat mill-Istat Membru konċernat bi qbil ma' dik id-disposizzjoni, il-produtturi ta' dawn l-inbejjed frizzanti ta' kwalità psr jistgħu jużaw dan it-terminu sakemm huma jkunu użaw it-terminu tradizzjonalment għal mill-anqas 10 snin qabel l-1 ta' Lulju 1996.

L-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-każijiet meta jsir użu minn din id-deroga.

7. Is-sena tal-qtugħ u tat-tgħasir tista' tuntuża biss fid-deskrizzjoni ta':

- inbid frizzanti ta' kwalità psr,

- inbid frizzanti ta' kwalità,

jew

- inbid frizzanti li joriġina minn pajjiż terz li l-kondizzjonijiet għall-produzzjoni tiegħu huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stipulati fil-punt I ta' l-Anness V jew fil-punt K ta' l-Anness VI.

Referenza għas-sena tal-qtugħ u tat-tgħasir għandha titħalla ssir biss jekk ta' mill-anqas 85 % tal-prodott huwa magħmul minn għeneb maħsud fis-sena f'dak il-każ, bl-eċċezzjoni tal-prodotti li jinsabu f'tirage liqueur jew f'expedition liqueur.

B'dana kollu, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li s-sena tal-qtugħ u tat-tagħsir tista' tingħata għal inbejjed frizzanti ta' kwalità psr magħmula fit-territorju tagħhom biss jekk il-prodott ikun prodott kompletament minn għeneb maħsud fis-sena f'dak il-każ, bl-eċċezzjoni tal-prodotti li jinsabu f'tirage liqueur jew f'expedition liqueur.

8. Referenza għal kwalità superjuri għandha titħalla biss fil-każ ta':

- inbid frizzanti ta' kwalità psr,

- inbid frizzanti ta' kwalità,

jew

- inbid frizzanti li joriġina minn pajjiż terz li l-kondizzjonijiet għall-produzzjoni tiegħu huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stipulati fil-punt I ta' l-Anness V jew fil-punt K ta' l-Anness VI.

9. L-isem ta' l-Istat Membru jew tal-pajjiż terz, jew l-aġġettiv derivat minn dak l-isem, ma jistax jintuża f'taħlita mad-deskrizzjoni ta' bejgħ li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 2 tal-punt D, sakemm il-prodott ma jkunx prodott fit-territorju ta' dak l-Istat Membru jew tal-pajjiż terz u jkun magħmul esklussivament minn għeneb maħsud u proċessat f'inbid f'dak l-istess territorju.

10. Id-deskrizzjoni ta' prodott li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 tal-punt A ma tistax tkun issupplimentata b'referenza jew simbolu relatati ma' xi medalja jew premju miksuba wara partiċipazzjoni f'kompetizzjoni, jew xi distinzjoni oħra, sakemm ma jkunux ingħataw, minn korp uffiċjali jew minn korp uffiċjalment rikonoxxut għal dan l-għan, għall-kwantità definita tal-prodott partikolari.

11. It-termini "Premium" jew "Reserve" jistgħu jintużaw biss biex jissupplimentaw:

- it-terminu "inbid frizzanti ta' kwalità",

jew

- waħda mit-termini li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 2(ċ) tal-punt D.

It-terminu "Réserve" jista', jekk xieraq, ikun issupplimentat b'deskrizzjoni skond il-kondizzjonijiet stipulati mill-Istat Membru produttur.

12. Meta meħtieġ, id-disposizzjonijiet implimentattivi jistgħu jistipulaw:

(a) il-kondizzjonijiet għall-użu ta':

- l-espressjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 8,

- it-termini relatati mal-metodu tal-manifattura apparti minn dawk li hemm referenza dwarhom fil-paragrafi 3 sa 6,

- l-espressjonijiet li jirreferu għall-karatteristiċi speċifiċi tal-varjetajiet ta' dwieli li minnhom huwa magħmul il-prodott f'dak il-każ;

(b) il-lista ta' l-espressjonijiet li hemm referenza dwarhom f'(a).

F. Lingwi li jistgħu jintużaw għall-ittikkettar

L-informazzjoni speċifikata:

- fil-punt B għandha tingħata f'waħda jew iżjed mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità sabiex il-konsumatur finali ikun jista' jifhem faċilment kull parti mill-informazzjoni.

- fil-punt C għandha tingħata f'waħda jew iżjed mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità.

Fil-każ ta' prodotti mqiegħda fuq is-suq fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li din l-informazzjoni tingħata wkoll f'lingwa apparti mill-lingwa uffiċjali tal-Komunità jekk l-użu ta' dik il-lingwa jkun tradizzjonali u ta' drawwa fl-Istat Membru konċernat jew f'parti mit-territorju tiegħu.

B'dana kollu:

(a) fil-każ ta' inbejjed frizzanti ta' kwalità psr u l-inbejjed frizzanti ta' kwalità, il-lingwa uffiċjali biss ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun seħħet il-produzzjoni għandha tintuża:

- għall-isem tar-reġjun speċifikat, kif li hemm referenza dwaru fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 tal-punt B,

- għall-isem ta' l-unità ġeografika oħra, kif li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 tal-punt E,

fil-każ tal-prodotti imsemmija hawn fuq prodotti fil-Greċja, din l-informazzjoni tista' tkun repetuta f'waħda jew iżjed mill-lingwi uffiċjali tal-Komunitajiet;

(b) fil-każ ta' prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi:

- l-użu tal-lingwa uffiċjali tal-pajjiż terz ta' fejn tkun saret il-produzzjoni għandu jkun permissibli, basta li l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1 tal-punt B tingħata wkoll f'lingwa uffiċjali tal-Komunitajiet,

- it-traduzzjoni ta' xi ftit mill-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu Ċ f'lingwa uffiċjali tal-Komunitajiet tista' tkun regolata b'disposizzjonijiet implimentattivi;

(ċ) fil-każ ta' prodotti li joriġinaw fil-Komunità u intenzjonati għall-esportazzjoni, l-informazzjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 tal-punt B u mogħtija f'lingwa uffiċjali tal-Komunitajiet tista' tkun repetuta f'lingwa oħra.

G. Preżentazzjoni

1. Il-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 tal-punt A jistgħu jinżammu għall-bejgħ jew jitpoġġew fuq is-suq biss fi fliexken tal-ħġieġ li:

(a) huma magħluqa permezz ta':

- tapp f'forma ta' faqqiegħ magħmul mis-sufra jew minn materjal ieħor li jista' jinġieb f'kuntatt ma' prodotti ta' l-ikel, miżmum f'postu minn xi ħaġa li tagħlaq, u mgħotti, jekk dan ikun meħtieġ, minn għatu u miksi b'foljetta rqiqa tal-metall li tgħatti t-tapp kompletament u parti mill-għonq tal-flixkun jew l-għonq kollu,

- kull ħaġa li tagħlaq sew fil-każ ta' fliexken b'kontenut nominali ta' mhux aktar minn 0,20 litri, u

(b) li jkollhom tikketti li jkunu konformi mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Il-ħaġa li tagħlaq li hemm referenza dwarha fl-ewwel u fit-tieni inċiżi tal-punt (a) ta' l-ewwel subparagrafu ma tistax titgħatta b'kapsula jew b'foljetta rqiqa tal-metall manufatturata fuq bażi ta' ċomb.

B'dana kollu, fil-każ ta' prodotti koperti bil-paragrafu 1 tal-punt A li huma prodotti bit-tieni fermentazzjoni alkoħolika fil-flixkun kif hemm referenza dwarhom fil-paragrafi 3 u 4 tal-punt E, eċċezzjonijiet għall-inbejjed frizzanti li jkunu għadhom fil-proċess ta' produzzjoni meta jingħalqu b'tapp temporanju u ma jkunux ittikkettjati jistgħu:

(a) jiġu stipulati mill-Istat Membru produttur, sakemm dawn l-inbejjed:

- ikunu intenzjonati li jsiru inbejjed frizzanti ta' kwalità psr,

- jiċċirkolaw biss bejn produtturi fir-reġjun speċifikat konċernat,

- huma koperti minn dokument li jakkumpanjahom

u

- ikunu s-suġġett ta' l-eżaminazzjoni speċifika;

(b) ikunu applikati sal-31 ta' Diċembru 2001 għall-produtturi ta' inbejjed frizzanti ta' kwalità li jkunu ġew espressament awtorizzati mill-Istat Membru konċernat u li huma konformi mal-kondizzjonijiet stipulati minn dak l-Istat Membru, speċjalment fir-rigward tas-sorveljanza.

Qabel il-30 ta' Ġunju 2000 l-Istati Membri konċernati għandhom jibagħtu rapport lejn il-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' dawn l-eċċezzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tissottometti d-disposizzjonijiet meħtieġa għall-kontinwazzjoni ta' l-eċċezzjonijiet.

2. B'mod konformi mar-regoli li jridu jiġu speċifikati, is-segwenti biss jistgħu jitpoġġew fi fliexken tat-tip ta' l-"inbid frizzanti" jew ta' għamla simili mgħammra b'apparati li jagħlqu kif hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1(a) bl-għan ta' bejgħ, it-tpoġġija fuq is-suq jew l-esportazjoni:

- il-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 tal-punt A,

- ix-xarbiet li tradizzjonalment jitpoġġew fi fliexken bħal dawn u li:

- huma konformi mad-definizzjonijiet ta' l-inbid semi-frizzanti jew inbid semi-frizzanti bil-gass kif li hemm referenza dwaru fil-punti 17 u 18 ta' l-Anness I,

jew

- li huma miksuba permezz tal-fermentazzjoni alkoħolika jew ta' xi materja prima agrikola oħra, b'mod partikolari l-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 2 tal-punt Ċ ta' l-Anness VII u l-prodotti koperti bir-Regolament (KEE) Nru 1601/91, li jistipula regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, d-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta' l-inbejjed aromatizzati, ix-xarbiet bażati fuq l-inbid u cocktails prodotti ta' l-inbejjed aromatizzati [1],

jew

- għandhom qawwa alkoħolika attwali bil-volum ta' mhux anqas minn 1,2 % vol.,

- prodotti li x'aktarx m'humiex, minkejja l-fatt li jiġu ppreżentati b'dan il-mod, sejrin joħolqu konfużjoni jew li jħawdu lill-konsumaturi fir-rigward tan-natura reali tal-prodott.

3. Sa fejn l-ittikkettar ma jkunx irregolat minn dan ir-Regolament jista' jkun irregolat minn disposizzjonijiet implimentati, b'mod partikolari fir-rigward ta':

(a) l-posizzjonar ta' tikketti fuq kontenituri;

(b) id-daqs minimu tat-tikketti;

(ċ) l-arranġament fuq tikketti tad-diversi oġġetti li jifformaw id-deskrizzjoni;

(d) id-daqs tal-karattri fuq it-tikketti;

(e) l-użu ta' simboli, illustrazzjonijiet u ismijiet ta' ditti.

4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, meta l-ippakkeġġjar tal-prodott li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1 tal-punt A ikollu waħda jew iżjed mill-partijiet ta' l-informazzjoni li jirreferu għall-prodott ippakkjat fih, dawn il-partijiet ta' l-informazzjoni għandhom ikunu konformi mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

5. Meta l-kontenituri li jkun fihom prodott li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1 tal-punt A jiġu ppreżentati għall-bejgħ lill-konsumatur finali f'pakkett, dan għandu jkun ittikkettjat b'mod konformi ma' dan ir-Regolament.

L-arranġamenti sabiex tiġi evitata riġidità eċċessiva fil-każ ta' pakketti speċjali li jkun fihom kwantitajiet żgħar tal-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 tal-punt A, weħidhom jew flimkien ma' prodotti oħrajn, għandhom jiġu adottati.

H. Ismijiet ta' ditti

1. Meta d-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u r-riklamar tal-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 tal-punt A ikunu ssupplimentati b'ismijiet ta' ditti, dawn l-ismijiet ta' ditti ma jista' jkun fihom l-ebda kliem, sillabi, sinjali jew tpinjġijiet li:

(a) aktarx li joħolqu konfużjoni jew li jfixklu lill-persuni li lejhom huma indirizzati bi qbil mat-tifsira ta' l-Artikolu 48;

jew

(b) aktarx li jistgħu jkunu mħallta mad-deskrizzjoni kollha jew ma' parti minnha ta' l-inbid tal-mejda, l-inbid ta' kwalità magħmul f'reġjun speċifiku, inkluż l-inbid frizzanti ta' kwalità psr jew l-inbid importat li d-deskrizzjoni tiegħu hija regolata minn disposizzjonijiet Komunitarji jew mid-deskrizzjoni ta' xi prodott ieħor li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1 tal-punt A, jew li jkunu identiċi għad-deskrizzjoni ta' kull prodott ta' din ix-xorta, sakemm il-prodotti użati għall-kostituzzjoni tal-cuvée ta' l-inbid frizzanti f'dak il-każ ikunu intitolati għal dik id-deskrizzjoni jew il-preżentazzjoni.

2. Minkejja l-paragrafu 1 (b), id-detentur ta' isem ta' ditta reġistrata magħrufa sewwa għal prodott li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1 tal-punt A, li fiha kliem li huma identiċi għall-isem ta' reġjun speċifikat jew l-isem ta' l-unità ġeografika iżgħar minn reġjun speċifikat jista', anki jekk m'huwiex intitolat li juża dan l-isem permezz tal-paragrafu 1, ikompli juża l-isem tad-ditta meta dan jaqbel ma' l-identità tad-detentur oriġinali jew ta' min ipprovda l-isem oriġinarjament, sakemm l-isem tad-ditta kien ġie rreġistrat ta' mill-anqas 25 sena qabel ir-rikonoxximent uffiċjali ta' l-isem ġeografiku f'dak il-każ mill-Istat Membru produttur bi qbil ma' l-Artikolu 54 (4) fir-rigward ta' l-inbejjed ta' kwalità psr u sakemm l-isem tad-ditta attwalment ikun ġie użat mingħajr interruzzjoni.

Ismijiet ta' ditti li huma konformi mal-kondizzjonijiet ta' l-ewwel subparagrafu ma jistgħux jiġu invokati kontra l-użu ta' l-ismijiet ta' l-unitajiet ġeografiċi użati biex jiddeskrivu l-inbid ta' kwalità psr.

I. Disposizzjonijiet Ġenerali

1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 tal-punt F, kull Stat Membru għandu jaċċetta d-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tal-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 tal-punt A li joriġinaw minn Stati Membri oħra u li jitpoġġew fuq is-suq fit-territorju tiegħu, sakemm dik id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni jkunu konformi mar-Regoli Komunitarji u jitħallew permezz ta' dan ir-Regolament fl-Istat Membru fejn il-prodott ikun ġie magħmul.

2. Id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u r-riklamar ta' prodotti apparti minn dawk koperti mill-paragrafu 1 tal-punt A ma jistgħux jindikaw, jimplikaw jew jissuġġerixxu li l-prodott ikkonċernat huwa inbid frizzanti.

3. Id-deskrizzjonijiet tal-bejgħ stipulati fil-paragrafu 2 tal-punt D għandhom jintużaw biss fir-rigward tal-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 tal-punt A.

B'dana kollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li t-terminu "inbid frizzanti" jintuża fil-forma ta' isem kompost sabiex jiddeskrivi xarba li taqa' taħt il-kodiċi NM 22060091 magħmul permezz tal-fermentazzjoni alkoħolika ta' frott jew ta' xi materja prima agrikola oħra meta l-użu ta' dawk l-ismijiet komposti jkun tradizzjonali, permezz tal-leġislazzjoni fis-seħħ fid-29 ta' Novembru 1985.

4. L-ismijiet komposti li hemm referenza dwarhom fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 għandhom jiġu indikati fuq l-ittikkettjar b'karattri ta' l-istess tip u kulur u ta' għoli li jippermetti li dawn jidhru ċari fost l-informazzjoni l-oħra.

5. L-inbejjed frizzanti ta' kwalità psr jistgħu jitpoġġew fuq is-suq biss b'kondizzjoni li l-isem tar-reġjun speċifikat li huma intitolati għalih jiġi mmarkat fuq it-tapp tas-sufra u li l-flixkun ikollu tikketta mill-waqt ta' meta jitlaq mill-post tal-preparazzjoni.

B'dana kollu, fir-rigward ta' l-ittikkettjar, jistgħu jitħallew isiru eċċezzjonijiet basta li jkun assigurat li jkun hemm kontrolli xierqa.

6. Għandhom jiġu adottati disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 5, kif ukoll għad-derogi li jikkonċernaw l-immarkar fuq is-sufra li hemm referenza dwarhom fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5, meta, wara kontroll mill-awtorità kompetenti, inbid frizzanti ma jiġix rikonoxxut bħala inbid frizzanti ta' kwalità psr.

[1] ĠU L 149, ta’ l-14.6.1991, pġ. 1.

--------------------------------------------------

Top