Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R0729

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 729/1999 tas-7 ta’ April 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 659/97 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 dwar l-arranġamenti għall-intervent fis-settur tal-frott u l-ħxejjex

    ĠU L 93, 8.4.1999, p. 11–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/02/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/729/oj

    31999R0729



    Official Journal L 093 , 08/04/1999 P. 0011 - 0013


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 729/1999

    tas-7 ta’ April 1999

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 659/97 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 dwar l-arranġamenti għall-intervent fis-settur tal-frott u l-ħxejjex

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’Ottubru 1996 dwar l-organizzazjoni komuni tas-swieq tal-frott u l-ħxejjex [1], fl-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2520/97 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 48 tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 659/97 [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1490/98 [4], jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 dwar l-arranġamenti għall-intervent fis-settur tal-frott u l-ħxejjex;

    Billi t-tagħrif li jirrigwardja l-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti għall-interventi, li l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/97, għandu jħalli lill-Kummissjoni li tilħaq il-ħtiġiet ta’l-Artikolu 44(4) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96; billi l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 659/97 jista’ għalhekk ikun issimplifikat;

    Billi, skond l-Artikolu 15(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, il-fondi operazzjonali jistgħu jintużaw biex jissupplimentaw il-kumpens Komunitarju tat-tneħħija, iżda s-suppliment fiss, li jkun miżjud mal-kumpens Komunitarju tat-tneħħija, ma jistgħax jeċċedi l-livell massimu tal-prezzijiet tat-tneħħija applikabli fis-snin tas-suq l-1995/96 skond l-Artikolu 16(3a), l-Artikoli 16a u 16b u l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 [5], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1363/95 [6]; billi ma ġewx stabbiliti l-prezzijiet tat-tneħħija għall-bettieħ u għad-dolliegħ fis-snin tas-suq 1995/96 peress li l-ebda tneħħija ma seħħet ta’ dawk iż-żewġ prodotti permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72;

    Billi, biex ikun hemm konsistenza fid-dispożizzjonijiet li japplikaw għad-diversi frott u ħxejjex, għandu jkun hemm dispożizzjonijiet għas-supplement għall-kumpens Komunitarju tat-tneħħija li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 15(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 li għandu jkun suġġett għall-massimu, li ma jistax ikun misbuq mill-Istati Membri meta japplikaw dik id-dispożizzjoni għall-bettieħ u għad-dolliegħ; billi, għal dak il-għan is-suppliment massimu għall-bettieħ u għad-dolliegħ għandu jkun stabbilit b’tali mod li r-relattività bejn il-massimu u l-kumpens Komunitarju għat-tneħħija għall-bettieħ u għad-dolliegħ ikun fuq l-istes bażi bħal dak għal frott u ħxejjex l-oħra li jikkwalifikaw għall-arranġamenti ta’ l-intervent;

    Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Frott u l-Ħxejjex Friski,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L- Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nu 659/97 huwa emendat kif ġej:

    1. L-Anness IV huwa mibdul bit-test ta’l-Anness I ta’ dan;

    2. Iż-żewġ linji fl-Anness II jiżdiedu fl-aħħar tat-tabella ta’ l-Anness VIII.

    L- Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jkun japplika mil-1 ta’ April 1998.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Isati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-7 ta’ April 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1.

    [2] ĠU L 346, tas-17.12.1997, p. 41.

    [3] ĠU L 100, tas-17.4.1997, p. 22.

    [4] ĠU L 196, ta’ l-14.7.1998, p. 7.

    [5] ĠU L 118, ta’ l-20.5.1972, p. 1.

    [6] ĠU L 132, tas-16.6.1995, p. 8.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    "

    “L-ANNESS IV

    RAPPORT DWAR L-ISTATUS TA’ L-INTERVENTI

    Informazzjoni li għandha tiġi mgħoddija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fit-tmiem ta’ kull sena tas-suq permezz ta’ l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/97

    1. Għal kull prodott elenkat fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u għal kull wieħed mill-prodotti l-oħra kkonċernati:

    (a) il-kwanità totali li ma tkunx tqiegħdet għall-bejgħ (f’tunnellati);

    (b) l-ammonti mħallsa mill-Istati Membri (f’euro jew f’muniti nazzjonali), maqsuma f’kumpens Komunitarju għat-twarrib, f’supplimenti għal kumpens Komunitarju għat-twarrib, u f’kumpens għat-twarrib, għall-prodotti li ma humiex elenkati fl-Anness II.

    2. Għal kull prodott elenkat fl-Anness II u, fuq it-talba tal-Kummissjoni, ċerti prodotti li ma humiex elenkati fl-Anness II imma mneħħija fi kwantitajiet sinifikanti matul is-sena tas-suq f’dak il-każ jew matul sena tas-suq preċedenti:

    (a) it-tqassim ta’ kull xahar tal-kwanitajiet li ma jkunux tqiegħdu għall-bejgħ (f’tunnellati);

    (b) it-tqassim tal-kwantitajiet li ma jkunux tqiegħdu għall-bejgħ (f’tunnellati) bl-utilizzazzjoni bi qbil ma’ l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) 659/97;

    (ċ) it-tqassim tal-kwanitajiet li ma jkunux tqiegħdu għall-bejgħ (f’tunnellati) bil-varjetajiet u/jew it-tip kummerċjali.

    3. Tabella sommarja tal-kwantitajiet innegozjati u li ma jkunux tqiegħdu għall-bejgħ (f’tunnellati), minn organizzazzjoni rikonoxxuta tal-produtturi u bil-prodott (prodotti elenkati fl-Anness II u, meta applikabbli, il-prodotti li ma humiex elenkati fl-Anness II).”

    "

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    "Bettieħ | Mhux | Mhux | Mhux | 4,20 | 4,20 | 4,20 | 4,20 |

    Dulliegħ | Mhux | Mhux | Mhux | 2,70 | 2,70 | 2,70 | 2,70" |

    --------------------------------------------------

    Top