Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R0517

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 517/1999 tad-9 ta' Marzu 1999 li jirrigwarda l-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

ĠU L 61, 10.3.1999, p. 23–24 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 22/12/2009; Imħassar b' 32009R1179

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/517/oj

31999R0517



Official Journal L 061 , 10/03/1999 P. 0023 - 0024


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 517/1999

tad-9 ta' Marzu 1999

li jirrigwarda l-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

Il-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar it-tariffi u n-nomenklatura statistikali u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar emendat bir Regolament (KE) Nru 2261/98 [2], u b'mod partikolari Artikolu 9 tiegħu,

Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifika ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għalbiex tiġi interpretata n-Nomenklatura Magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija msejsa fuqha fl-intier tgħha jew f'parti minnha jew li żżid kull sud-diviżjoni magħha u li ġiet stbbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi Komunitarji, bil-ħsieb li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fl-oġġetti;

Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti jridu jiġu klassifikati skond il-kodiċi xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3;

Billi huwa aċċettat illi t-tagħrif li jorbot tat-tariffi maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri rigward il-klassifika ta' l-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jista' jissokta jiġi invokat, taħt id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarja [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill (KE) Nru 82/97 [4], għal perjodu taż-żmien ta' tliet xhur mill-pussessur;

Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tat-Taqsima tat-Tariffi u n-Nomenklatura Statistikali tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa klassifikati ġewwa n-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

It-tagħrif li jorbot tat-tariffa maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament jista' jissokta jiġi invokat taħt id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu taż-żmien ta' tliet xhur.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Marzu 1999.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal- Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 292, tat-30.10.1998, p. 1.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[4] ĠU L 17, tal-21.1.1997, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Id-Deskrizzjoni ta' l-Oġġetti | Il-Klassifika (Il-Kodiċi tan-NM) | Ir-Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

1.Apparat multi-funzjonali kapaċi jwettaq il-funzjonijiet li ġejjin;jibgħat u jirċievi l-fax,jagħmel u jirċievi t-telefonati bil-fil,jiskannjajistampajieħu kopji bil-fotografijaIl-funzjoni prinċipali ta' l-apparat hija kunsidrata dik li irċievi u jibgħat il-faxes.Ara l-istampa A | 85172100 | Il-Klassifika hija stabbilita bid- dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 3 tat- Taqsima XVI, Nota 5.E tal-Kapitolu 84 u l-għoti tal-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8517, 851721 u 85172100 |

2.Apparat multi-funzjonali(imsejjaħ ’digital copier’) kapaċi jwettaq il-funzjonijiet li ġejjin:jiskannja,jistampa,jibgħat u jirċievi l-faxjikkopja bir-ritratti (proċess indirett).L-apparat, li għandu numru ta’ kaxxi-xkafef li jitimgħuh il-karti huwa kapaċi jirriproduċi sa 30 paġna A4 fil-minuta.L-apparat jaħdem jew f'manjiera awtonoma (bħala kupjatur, stampatur jew apparat tal-fax) jew f'għaqda ma’ kompjuter jew f'network ta' kumputers (bħala stampatur, skannjatur u kupjatur.Ara l-istampa B | 90091200 | Il-Klassifika hija stabbilita bid- dispożizzonijiet tar-Regoli Ġenerali 1, 3ċ u 6 għall-interpretazzjoni tan- Nomenklatura Magħquda, Nota 5.E tal-Kapitolu 84 u l-għoti tal-kliem tal-kodiċi tan-NM 9009, 900912 u 90091200 |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Illustrazzjoni AIllustrazzjoni B |

--------------------------------------------------

Top