EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999L0048

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/48/KE tal-21 ta' Mejju 1999 li taddatta għat-tieni darba għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovijaTest b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 169, 5.7.1999, p. 58–88 (FR)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/02/2001; Impliċitament imħassar minn 32001L0006

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/48/oj

31999L0048



Official Journal L 169 , 05/07/1999 P. 0058 - 0088
Official Journal L 169/1999 P. 0059 - 0090
Official Journal L 169/1999 P. 0050 - 0079
Official Journal L 169/1999 P. 0059 - 0099
Official Journal L 169/1999 P. 0050 - 0077
Official Journal L 169/1999 P. 0058 - 0087


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/48/KE

tal-21 ta' Mejju 1999

li taddatta għat-tieni darba għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija

(Test b'relevenza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija [1], kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/87/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 8 tagħha,

(1) Billi l-Anness tad-Direttiva 96/49/KE fih il-RID kif huwa applikabbli mill-1 ta' Jannar 1997, li sadanittant kien ġie ppublikat fil-lingwi kollha [3];

(2) Billi r-RID jiġi aġġornat kull sentejn u għalhekk verżjoni emendata ilha fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 1999 b'perijodu transitorju sat-30 ta' Ġunju 1999;

(3) Billi skond l-Artikolu 8, il-modifiki kollha għal sabiex isir addattament għall-progress tekniku u xjentifiku fil-qasam kopert mid-Direttiva u li għandu l-mira li jallinjaha mar-regoli l-ġodda li kienu ġew adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9;

(4) Billi huwa meħtieġ li jiġi addattat is-settur għar-regoli l-ġodda RID u għalhekk li jiġi emendat l-Anness tad-Direttiva 96/49/KE;

(5) Billi l-miżuri stabbiliti fid-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 9 tad-Direttiva 96/49/KE;

(6) Billi r-Regolamenti li jirrigwardaw it-trasport internazzjonali ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija, magħrufa bħala RID, kif emendati, għandhom jiġu mhemuża mad-Direttiva 96/49/KE bħala l-Anness u għandhom ikunu applikabbli mhux biss għat-trasport minn fuq il-fruntieri, imma wkoll għal trasport fl-Istati Membri individwali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 96/49/KE [4] huwa emendat kif ġej:

- Dan it-test li ġej

[5]

:

"L-Anness jikkonsisti fid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti li jirrigwardaw it-trasport internazzjonali ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija (RID), li jidhru bħala l-Anness I ta' l-Appendiċi B għal Cotif, kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 1997, bil-ftehim li l-"Parti Kontraenti" u "l-Istati jew il-linji tal-ferroviji" jiġu mibdula bl-"Istati Membri".

N.B.

Verżjonijiet tar-RID fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità għandhom jiġu ppublikati malli t-test ikun lest fil-lingwi kollha."

- L-Anness huwa modifikat skond l-Anness ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva qabel l-1 ta' Lulju 1999. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidhol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Mejju 1999.

Għall-Kummissjoni

Neil Kinnock

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 235, tas-17.9.1996, p. 25.

[2] ĠU L 335, ta' l-24.12.1996, p. 43.

[3] ĠU L 294, tal-31.10.1998, p. 1.

[4] Ippublikat fil-ĠU L 294, tal-31.10.1998, p. 1.

[5] It-test li jidher fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 96/87/KE.

--------------------------------------------------

L-ANNESS (rekwiżiti ġenerali)

Ara: id-Direttiva tal-Kimmissjoni 2003/29/KE tas-7 ta' April 2003 ĠU L 90, 08/04/2003 p. 47.

--------------------------------------------------

Top