This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999D0403
1999/403/EC: Commission Decision of 31 May 1999 amending Commission Decision 97/426/EC laying down special conditions governing the import of fishery and aquaculture products originating in Australia (notified under document number C(1999) 1405) (Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Mejju 1999 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/426/KE li tistipula kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u l-akwakultura li joriġinaw fl-Awstralja (notifikata taħt dokumenti numru C(1999) 1405)Test b’ rilevanza għall-Ftehim ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Mejju 1999 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/426/KE li tistipula kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u l-akwakultura li joriġinaw fl-Awstralja (notifikata taħt dokumenti numru C(1999) 1405)Test b’ rilevanza għall-Ftehim ŻEE
ĠU L 151, 18.6.1999, p. 35–38
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2007; Impliċitament imħassar minn 32006R1664
Official Journal L 151 , 18/06/1999 P. 0035 - 0038
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Mejju 1999 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/426/KE li tistipula kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u l-akwakultura li joriġinaw fl-Awstralja (notifikata taħt dokumenti numru C(1999) 1405) (Test b’ rilevanza għall-Ftehim ŻEE) (1999/403/KE) Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/KE [2] u b’ mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha, (1) Billi l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/426/KE tal-25 ta’ Ġunju 1997 li tistipula kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd u l-akwakultura li joriġinaw fl-Awstralja [3] tiddikjara li d-Dipartiment għall-Industriji Primarji u l-Enerġija — Awstral Quarantine and Inspection Service — (AQIS) għandha tkun l-awtorità kompetenti fl-Awstralja biex tivverifika u tiċċertifika l-konformità tal-prodotti tas-sajd u l-akwakultura mal-ħtiġiet tad-Direttiva 91/493/KE; (2) Billi, wara ristrutturazzjoni mill-gvern Awstraljan, l-awtorità kompetenti għaċ-ċertifikati tas-saħħa tal-prodotti tas-sajd (AQIS) inbidlet mid-Dipartiment għall-Industriji Primarji u l-Enerġija għad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura, Sajd u Qtugħ tas-Siġar; u billi din l-awtorità l-ġdida hi kapaċi li effettivament tivverifika l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ; billi huwa għalhekk, meħtieġ li tkun immodifikata n-nominazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti msemmija fid-Deċiżjoni 97/426/KE; (3) Billi huwa konvenjenti li jkun armoniżżat il-kliem tad-Deċiżjoni 97/426/KE mal-kliem tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni adottati reċentement, li jistipulaw kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd u l-akwakultura f’ċerti pajjiżi terzi; (4) Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 97/426/KEE għandha tkun modifikata kif ġej: 1. Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu 1 Id- Dipartiment ta’ l-Agrikoltura, Sajd u Qtugħ ta’ Siġar — Australian Quarantine and Inspection Service — (AQIS) għandu jkun l-awtorità kompetenti fl-Awstralja biex jivverifika u jiċċertifika il-konformità tal-prodotti tas-sajd u l-akwa kultura mal-ħtiġiet tad-Direttiva 91/493/KEE." 2. Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu 2 Il-prodotti tas-Sajd u l-akwakultura li joriġinaw fl-Awstralja iridu jikkonformaw ma’ dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin: 1. kull kunsinna għandha tkun akkumpanjata b’ċertifikat oriġinali enumerat, debitament mimlija, ffirmata, datata u li tkun tikkonsisti minn folja waħda skond il-mudell fl-Anness A hawn mehmus; 2. il-prodotti għandhom ikunu ġejjin minn stabbilimenti approvati, bastimenti fabbrika, kmamar tat-tkessieħ jew bastimenti reġistrati bil-friża elenkati fl-Anness B hawn mehmuż: 3. ħlief fil-każ ta’ prodotti tas-sajd iffriżati f’ammonti kbar u maħsuba għall-manifattura ta’ ikel ippreservat, il-pakketti kollha għandhom juru l-kelma "AWSTRALJA" u n-numru ta’ approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbilimenti, bastiment fabbrika, kamra tat-tkessieħ jew basiment bil-friża ta’ oriġini f’ittri li ma jistgħux jitħassru." 3. L-Anness A għandu jiġi sostitwit bl-Anness hawn mehmuż. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-31 ta’ Mejju 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15. [2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31. [3] ĠU L 183, tal-11.7.1997, p. 21. -------------------------------------------------- ANNESS “ANNESS A +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------