This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999D0400
1999/400/EC: Council Decision of 11 May 1999 concerning the conclusion of the Agreement between the European Community and Hong Kong, China on cooperation and mutual administrative assistance in customs matters
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 1999 dwar il- konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Ħong Kong, iċ-Ċina dwar kooperazzjoni u għajnuna amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 1999 dwar il- konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Ħong Kong, iċ-Ċina dwar kooperazzjoni u għajnuna amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali.
ĠU L 151, 18.6.1999, p. 20–20
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/400/oj
Official Journal L 151 , 18/06/1999 P. 0020 - 0020
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 1999 dwar il- konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Ħong Kong, iċ-Ċina dwar kooperazzjoni u għajnuna amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali. (1999/400/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 flimkien ma'l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, (1) Billi fil-5 ta' April 1993 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja, f'isem il- Komunità, diversi ftehim ta' kooperazzjoni doganali ma' xi wħud mill-isħab kummerċjali ewlenin tal-Komunità. (2) Billi l-Ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropej u Ħong Kong, iċ-Ċina dwar kooperazzjoni u għajnuna amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali għandu jiġi approvat, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropej u Ħong Kong, iċ-Ċina dwar kooperazzjoni u għajnuna amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali qiegħed b'hekk jiġi approvat f'isem il-Komunità, It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il- Kummissjoni, assistita mir-rappreżentanti ta'l-Istati Membri, għandha tirrapreżenta lill-Komunità fil- Kumitat Konġunt tad- Dwana mwaqqaf taħt l-Artikolu 21 tal-Ftehim. Artikolu 3 Il-President tal-Kunsill qiegħed b'hekk jiġi awtorizzat biex jinnomina l-persuni li jkollhom is-setgħa jiffirmaw il-Ftehim li jorbot lill-Komunità. Artikolu 4 Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem il-Komunità, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 22 tal-Ftehim [1]. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Meħuda fi Brussel, 11 ta' Mejju 1999. F'isem il-Kunsill Il-President L. Schomerus [1] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. --------------------------------------------------