Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0078

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika

    ĠU L 31, 4.2.1999, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 08/10/2002

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/78(1)/oj

    Related international agreement

    31999D0078



    Official Journal L 031 , 04/02/1999 P. 0001 - 0002


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-22 ta' Ġunju 1998

    dwar il-konklużjoni ta' Ftehim Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika

    (1999/78/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113, f'għaqda ma' l-ewwel sentenza u (3) l-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 228(2), u l-Artikolu 228(4), tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi l-Ftehim dwar il-Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, iffirmat f'Londra fit-18 ta' Mejju 1998, ġie nnegozjat u għandu jiġi approvat;

    Billi ċerti impenji għall-implimentazzjoni ġew attribwiti lill-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim, u b'mod partikolari l-poter li jiġu emendati ċerti aspetti ta' l-Annessi Settorjali tiegħu;

    Billi għandhom jiġu stabbiliti l-proċeduri interni approprjati sabiex jiżguraw il-funzjonament xieraq tal-Ftehim, u billi huwa meħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tagħmel ċerti emendi tekniċi lill-Ftehim u li tieħu ċerti deċiżjonijiet sabiex jiġi implimentat,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Huwa hawnhekk approvat, f'isem il-Komunità, il-Ftehim dwar il-Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, inklużi l-Annessi ta' miegħu.

    It-test tal-Ftehim u ta' l-Annessi huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem il-Komunità, jittrasmetti l-ittra pprovvduta bl-Artikolu 21(1) tal-Ftehim [1].

    Artikolu 3

    1. Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Komunità fil-Kumitat Konġunt ipprovvdut fl-Artikolu 14 tal-Ftehim, u l-Kumitati Konġunti Settorjali stabbiliti bl-Annessi Settorjali, assistita mill-kumitat speċjali nnominat mill-Kunsill. Wara konsultazzjoni m' dan il-kumitat speċjali, il-Kummissjoni għandha tipproċedi biex taħtar, tinnotifika, tiskambja t-tagħrif u titlob il-verifiki riferiti fl-Artikoli 10(b), 121 m 13 u 14(2) tal-Ftehim u d-dispożizzjonijiet ekwivalenti ta' l-Annessi Settorjali tiegħu.

    2. Il-pożizzjoni tal-Komunità rigward id-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu mill-Kumitat Konġunt jew jekk approprjati fil-Kumitati Konġunti Settorjali għandhom jiġu stabbiliti, rigward l-emendi għall-Annesi Settorjali (l-Artikolu 14(4)(b), u l-Artikoli 7, 8 u 9 tal-Ftehim u d-dispożizzjonijiet ekwivalenti fl-Annessi Settorjali triegħu) u l-verifika tal-konformità skond l-Artikolu 7(d) tal-Ftehim, mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-kumitat speċjali riferit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

    3. Fil-każijiet l-oħra kollha, il-pożizzjoni tal-Komunità fil-Kumitat Konġunt jew fil-Kumitati Konġunti Settorjali għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill, huwa u jaġixxi bil-maġġoranza kkwalifikata u fuq proposta mill-Kummissjoni. L-istess proċedura għandha tapplika għad-deċiżjonijiet meħuda mill-Komunità fil-kwadru ta' l-Artikoli 16 u 21 ta' dan il-Ftehim.

    Magħmula fil-Lussemburgu, fit-22 ta' Ġunju 1998.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Battle

    [1] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim trid tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komuitajiet Ewropej.

    --------------------------------------------------

    Top