EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0070

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta' Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali

ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69–70 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/70(1)/oj

31999D0070



Official Journal L 022 , 29/01/1999 P. 0069 - 0070


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal- 25 ta' Jannar 1999

dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali

(1999/70/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u partikolarment l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ l- "BĊE") tat- 12 ta' Novembru 1998 [1],

Billi l-kontijiet tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali (hawnhekk iżjed 'il quddiem msejħa "BĊNi"') għandhom jiġu verifikati minn awdituri indipendenti u esterni rakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill;

Billi l- BĊE rrakkomanda l-ħatra mill-ġdid ta' l-awdituri esterni preżenti maħtura minn kull BĊN parteċipanti bla ħsara għal xi deċiżjoni possibbli aktar tard,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1. KPMG Réviseurs d'Entreprises s.c., Antwerp, u Deloitte Touche Tohmatsu s.c., Brussel, huma hawnhekk approvati bħala l-awdituri esterni tal-Banque Nationale de Belgique/Nationale Bank van België.

2. KPMG Deutsche Treuhandgesellschaft AG u PwC Deutsche Revision AG huma hawnhekk approvati bħala l-awdituri esterni tad-Deutsche Bundesbank.

3. Coopers & Lybrand, li tappartieni lid-ditta internazzjonali PricewaterhouseCoopers, hija hawnhekk approvata bħala l-awditur estern tal-Banco de España.

4. Mazars & Guérard, Paris, u Deloitte Touche Tohmatsu-Audit, Neuilly, huma hawnhekk approvati bħala awdituri esterni tal-Banque de France.

5. PricewaterhouseCoopers, Dublin, hija hawnhekk approvata bħala l-awditur estern tas- Central Bank of Ireland.

6. Reconta Ernst and Young, spa, Rome, hija hawnhekk approvata bħala l-awditur estern tal-Banca d'Italia.

7. PricewaterhouseCoopers SARL (Société à responsabilité limitée), Réviseur d'Entreprises, il-Lussemburgu, hija hawnhekk approvata bħala l-awditur estern tal-Banque centrale du Luxembourg.

8. Prof. Dr J.A. van Manen RA (accountant reġistrat) huwa hawnhekk approvat bħala l-awditur estern ta' De Nederlandsche Bank, li jaġixxi fuq f'ismu personali, sieħeb ma PricewaterhouseCoopers.

9. Prof. Dr Kurt Neuner, Dr Pipin Henzl, Dr Peter Wolf, Mag. Christian Hofer, Dkfm. Dr Peter Christian Gormasz u Dkfm. Leopold Wundsam, li huma kollha, accountants pubbliċi ċertifikati u reġistrati, huma hawnhekk approvati bħala awdituri esterni tal-Österreichische Nationalbank.

10. PricewaterhouseCoopers-Auditores e Consultores Lda., hija hawnhekk approvata bħala l-awditur estern tal-Banco de Portugal.

11. Arthur Anderson Oy huwa hawnhekk approvat bħala l-awditur estern ta' Suomen Pankki.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tkun notifikata lill- BĊE.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Jannar 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Fischer

[1] ĠU C 411, tal-31.12.1998, p. 11.

--------------------------------------------------

Top