Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R2778

    Ir-Regolament (KE, KEFA, Euratom) Nru 2778/98 tas-17 ta' Diċembru 1998 li jemenda r-Regolament Nru 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom li jistabbilixxi l-emolumenti tal-President u l-Membri tal-Kummissjoni, tal-President, l-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali u r-Reġistraturi tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-President, Membri u Reġistraturi tal-Qorti ta' Prim' Istanza

    ĠU L 347, 23.12.1998, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/03/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0300

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/2778/oj

    31998R2778



    Official Journal L 347 , 23/12/1998 P. 0001 - 0002


    Ir-Regolament (KE, KEFA, Euratom) Nru 2778/98

    tas-17 ta' Diċembru 1998

    li jemenda r-Regolament Nru 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom li jistabbilixxi l-emolumenti tal-President u l-Membri tal-Kummissjoni, tal-President, l-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali u r-Reġistraturi tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-President, Membri u Reġistraturi tal-Qorti ta' Prim' Istanza

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 154, 168a and 188b(8) tiegħu,

    Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, partikolarment l-Artikoli 29, 32d u 45b(8) tiegħu,

    Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, partikolarment l-Artikoli 123, 140a and 160b(8) tiegħu,

    Wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 2290/77 tat-18 ta' Ottubru 1977 li jistabilixxi l-emolumenti tal-Membri tal-Qorti ta' l-Awdituri [1],

    Billi huwa għall-Kunsill li jistabilixxi l-emolumenti tal-President u l-Membri tal-Kummissjoni, tal-President, ta' l-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali u r-Reġistraturi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-President, tal-Membri Reġistraturi tal-Qorti ta' Prim' Istanza u tal-Membri tal-Qorti ta' l-Awdituri;

    Billi l-euro sejra tkun il-munita ta' l-Istati Membri li sejrin jaddottaw l-euro mill-1 ta' Jannar 1999 [2]; billi l-unita' monetarja hija l-euro; billi euro waħda sejra tkun diviża f'mitt ċenteżmi; billi għal perijodu transitorju l-euro sejra tkun anke diviża f'unitajiet monetarji nazzjonali [3];

    Billi r-Regolament Nru 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom [4] u r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 2290/77 [5] jistabilixxu s-salarju bażiku tal-President u l-Membri tal-Kummissjoni, tal-President, l-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali u r-Reġistraturi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-President, Membri u Reġistraturi tal-Qorti ta' Prim' Istanza u tal-Membri tal-Qorti ta' l-Awdituri in relazzjoni mas-salarju bażiku ta' Ufficjal fl-aħħar stadju tal-Grad A1;

    Billi, a bażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE, KEFA, Euratom) Nru 2458/98 tat-12 ta' Novembru 1998 li jemenda r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 li jistabbilixxi ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej [6], is-salarju bażiku ta' uffiċjal fil-Grad A1 għandu jiġi espress f'euro mill-1 ta' Jannar 1999;

    Billi huwa għalhekk irrikmandat li jiġi emendat ir-Regolament Nru 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom f'dak li li jirrigwarda l-allowances ta' rappreżentazzjoni u ta' dmirijiet speċjali li preżentament huma espressi fi Franki Belġjani biex jiġu espressi f'euro mill-1 ta' Jannar 1999,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fir-Regolameni Nru 422/67/KEE u Nru 5/67/Euratom, it-terminu "Frank Belġjan" għandu jiġi mibdul bit-terminu "euro" u l-ammonti espressi fi franki Belġjani għandhom jiġu mibdula bl-ekwivalenti tagħhom f'unitajiet ta' euro bir-rata ta' konverżjoni stabbilita mill-Kunsill.

    Ir-regoli li jirrelataw dwar l-arrotondar ta' l-ammonti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1103/97 għandhom japplikaw.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 1999.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, is-17 Diċembru 1998.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    W. Molterer

    [1] ĠU L 268, ta' l-20.10.1977, p. 1. Regolament kif emendat fl-aħħar b'Regolament (KE) Nru 840/95 (ĠU L 85, tad-19.4.1995, p. 10).

    [2] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta' Mejju 1998 dwar id-dħul ta' l-Euro (ĠU L 139, tal-11.5.1998, p. 1).

    [3] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 tas-17 ta' Ġunju 1997 dwar ċerti disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-dħul ta' l-Euro (ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1).

    [4] ĠU C 187, tat-8.8.1967, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar b'Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 3762/92 (ĠU L 383, tad-29.12.1992, p. 4).

    [5] ĠU L 268, ta' l-20.10.1977, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar b'Regolament (KE) Nru 840/95 (ĠU L 85, tad-19.4.1995, p. 10).

    [6] ĠU L 307, tas-17.11.1998, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top