Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R1541

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1541/98 tat-13 ta' Lulju 1998 dwar il-prova ta' l-oriġini ta' ċerti prodotti tessili li jidħlu fit-Taqsima XI tan-Nomenklatura Magħquda u rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità, u dwar il-kundizzjonijiet ta' l-aċċettazzjoni ta' din il-prova

    ĠU L 202, 18.7.1998, p. 11–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 23/10/2011; Imħassar b' 32011R0955

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/1541/oj

    31998R1541



    Official Journal L 202 , 18/07/1998 P. 0011 - 0014


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1541/98

    tat-13 ta' Lulju 1998

    dwar il-prova ta' l-oriġini ta' ċerti prodotti tessili li jidħlu fit-Taqsima XI tan-Nomenklatura Magħquda u rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità, u dwar il-kundizzjonijiet ta' l-aċċettazzjoni ta' din il-prova

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

    Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 616/78 tal-20 ta' Marzu 1978 dwar il-prova ta' l-oriġini ta' ċerti prodotti tessili li jidħlu fil-Kapitolu 51 jew il-Kapitoli minn 53 sa 62 tat-Tariffa Doganali Komuni u impurtati fil-Komunità, u dwar il-kundizzjonijiet ta' l-aċċetazzjoni ta' din il-prova ([1]), stabbilixxa l-kundizzjonijiet sabiex jiġu prevenuti kull tagħwiġ fil-kummerċ jew kull abbuż li jkunu ta' ħsara għall-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli fuq it-tessuti permezz ta' sistema ta' l-oriġini msejsa fuq il-ħtieġa tal-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' l-oriġini għal uħud mill-prodotti tessili u dikjarazzjoni ta' l-oriġini fuq il-fattura għal oħrajn;

    Billi minn mindu ġie adottat ir-Regolament (KEE) Nru 616/78, saru bidliet f'ċerti żoni tad-dwana u l-oqsma tat-tessuti; billi, b'mod partikolari, il-prodotti tessili interessati huma dawk elenkati fit-Taqsima XI tan-Nomenklatura Magħquda kklassifikati fil-kategoriji kif iddefiniti fl-Anness I mar-Regolament (EE) Nru 3030/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tessili minn pajjiżi terzi ([2]);

    Billi d-disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-assistenza reċiproka u l-kooperazzjoni amministrattiva stabbiliti fl-Artikoli 4, 4a u 4b tar-Regolament (KEE) Nru 616/78 huma diġà koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni sabiex tiġi żgurta l-applikazzjoni tal-liġijiet dwar materji tad-dwana u agrikoli ([3]);

    Billi fl-interessi taċ-ċarezza, ir-Regolament (KEE) Nru 616/78 għandu jiġi abbozzat mill-ġdid;

    Billi fl-interessi ta' l-effiċjenza, l-ġestjoni tal-miżuri provduti f'dan ir-Regolament għandhom jiġu fdati f'idejn il-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-prodotti tessili li jidħlu fit-Taqsima XI tan-Nomenklatura Magħquda, elenkati fl-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 3030/93, għandu jkun bla ħsara għall-prova ta' l-oriġini tagħhom f'waħda mill-għamliet u skond il-proċeduri dikjrati f'dan ir-Regolament.

    2. Il-prova ta' l-oriġini riferita fil-paragrafu 1 ma għandhiex ikunu meħtieġa għall-oġġetti akkumpanjati b'ċertifikat ta' l-oriġini li jikkorrispondi mal-kampjuni u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti għall-għanijiet sabiex jiġu implimentati l-ftehim bilaterali, il-protokolli u arranġamenti oħra dwar it-tessuti.

    3. L-importazzjonijiet ta' natura mhux kummerċjali huma eżentati mid-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Il-prodotti elenkati fil-gruppi IA, IB, IIA u IIB ta' l-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 3030/93 iridu jkunu akkumpanjati b'ċertifikat ta' l-oriġini li jikkonforma mal-kundizzjonijiet iddikjarati fl-Artikolu 47 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi disposizzjonijiet sabiex jiġi implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju ([4]).

    Iċ-ċertifikati ta' l-oriġini jistgħu jiġu aċċettati biss jekk il-prodotti interessati jwettqu l-kriterji sabiex jiġi stabbilit l-oriġini stabbiliti bid-disposizzjonijiet Komunitarji rilevanti fis-seħħ.

    Artikolu 3

    1. Il-prodotti l-oħra għajr dawk riferiti fl-Artikolu 2 iridu jkunu akkumpanjati b'dikjarazzjoni mill-esportatur jew mill-fornitur fuq il-fattura jew, jekk ma jkun hemm l-ebda fattura, fuq dokument kummerċjali ieħor li jkollu x'jaqsam mal-prodotti msemmija, bl-effett li l-prodotti fil-kwistjoni joriġinaw fil-pajjiż terz fejn kienet imfassla d-dikjarazzjoni u jħarsu l-kriterji sabiex tiġi stabbilita l-oriġini dikjarata fid-disposizzjonijiet Komunitarji rilevanti, it-test rilevanti jrid jikkorrispondi mal-kampjun iddikjarat fl-Anness I.

    Minkejja l-ewwel sub-paragrafu, iċ-ċertifikati ta' l-oriġini jistgħu jinħarġu għal dawn il-prodotti skond l-Artikolu 47 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

    2. Minkejja l-produzzjoni ta' dikjarazzjoni ta' l-oriġini riferita fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità jistgħu, jekk ikun hemm raġuni ta' dubju serju, jistaqsu għal kull prova addizzjonali bil-għan li jiżguraw illi d-dikjarazzjoni ta' l-oriġini tħares il-kriterji sabiex tiġi stabbilita l-oriġini dikjarata fid-disposizzjonijiet Komunitarji rilevanti.

    3. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'kull abbuż jew irregolarità sinifikanti li jindunaw bihom fl-użu tad-dikjarazzjonijiet ta' l-oriġini.

    Fuq it-talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, il-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' l-oriġini tista', skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 149 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li tistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarja ([5]), tiġi ordnata rigward il-prodotti u l-pajjiżi interessati minn dan l-abbuż jew irregolarità.

    Artikolu 4

    Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 249 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, id-derogi mill-obbligi tal-preżentazzjoni tal-provi ta' l-oriġini riferiti fl-Artikoli 2 u 3 jistgħu jiġu konċessi lill-prodotti tessili u tal-lbies li jkunu bla ħsara għall-miżuri kummerċjali speċifiċi Komunitarji.

    Id-disposizzjonijiet li jistabbilixxu d-derogi mill-obbligu tal-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' l-oriġini skond l-Artikolu 2 għandhom jiddikjaraw, b'mod partikolari, jekk dikjarazzjoni ta' l-oriġini skond l-Artikolu 3 tridx tiġi preżentata jew le għall-prodotti fil-kwistjoni.

    Artikolu 5

    Iċ-Ċertifikati EUR 1 tal-moviment, il-formoli EUR 2, iċ-ċertifikati Formola A ta' l-oriġini u d-dikjarazzjonijiet tal-fatturi maħruġa bil-għan li tinkiseb preferenza fit-tariffa għandhom jiġu aċċettati minflok il-prova ta' l-oriġini riferita fl-Artikoli 2 u 3.

    Artikolu 6

    1. Kull kunsinna ta' oġġetti trid tkun akkumpanjata b'ċertifikat ta' l-oriġini jew dikjarazzjoni fil-fattura.

    2. L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw ċertifikat ta' l-oriġini li jkollu x'jaqsam ma aktar minn kunsinna waħda, sakemm il-prodotti jkunu jistgħu jiġu identifikati biċ-ċar fuq iċ-ċertifikat imsemmi u l-kwantitajiet totali interessati ma jkunux ikbar mill-kwantitajiet murija fuq iċ-ċertifikat.

    Artikolu 7

    Meta jiġu stabbiliti kriterji differenti għalbiex tiġi stabbilita l-oriġini tal-prodotti li jidħlu f'intestatura waħdanija tan-Nomenklatura Magħquda jew kategorija waħda elenkata fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 3030/93, iċ-ċertifikati jew id-dikjarazzjonijiet ta' l-oriġini jista' jkun fihom deskrizzjoni ta' l-oġġetti dettaljata biżżejjed għalbiex tidentifika l-kriterju fuq il-bażi li fuqu kien maħruġ iċ-ċertifikat jew imfassla d-dikjarazzjoni.

    Artikolu 8

    1. Iċ-ċertifikati ta' l-oriġini għandhom jinħarġu u d-dikjarazzjonijiet fuq il-fatturi mfassla fil-pajjiż fejn joriġinaw l-oġġetti.

    2. Meta l-oġġetti ma jiġux impurtati direttament mill-pajjiż ta' l-oriġini imma jaslu permezz ta' pajjiż ieħor, iċ-ċertifikati ta' l-oriġini maħruġ mill-pajjiż ta' l-aħħar għandhom jiġu aċċettati bla ħsara li jiġi ċċekkjat illi dawn iċ-ċertifikati jkunu ammissibbli fuq l-istess bażi bħal dawk maħruġa mill-pajjiż ta' l-oriġini.

    3. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika jekk ma jkunux ġew iffissati jew miftiehma l-limiti kwantitattivi għall-prodotti fil-kwistjoni rigward il-pajjiż ta' l-oriġini.

    Artikolu 9

    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'kull tagħrif li jkollu x'jaqsam ma' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

    Il-Kummissjoni għandha tibgħat dan it-tagħrif lill-Istati Membri l-oħra.

    Għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 515/97.

    Artikolu 10

    Id-disposizzjonijiet sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 249 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

    Artikolu 11

    Ir-Regolament (KEE) Nru 616/78 għandu jiġi mħassar.

    Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu mifhuma bħala r-referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jiġu moqrija skond il-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness II.

    Artikolu 12

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Kominitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-13 ta' Lulju 1998.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    W. SCHÜSSEL

    ANNESS I

    ID-DIKJARAZZJONI MIS-SOSTENITUR JEW IL-FORNITUR FUQ IL-FATTURA JEW, JEKK MA JKUNX HEMM FATTURA, FUQ DOKUMENT IEĦOR KUMMERĊJALI

    Id-Dikjarazzjoni ta' l-oriġini

    L-esportatur/fornitur ([6]) tal-prodotti koperti b'din il-fattura/dan id-dokument hawnhekk jiddikjara illi, għajr fejn indikat xorta oħra biċ-ċar, dawn il-prodotti huma ta' oriġini minn.. ([7]) fit-tifsira tar-regoli fis-seħħ fil-Komunità Ewropea.

    Magħmula fi.., fi..

    .

    ..

    (L-isem u l-indirizz ta' l-esportatur/fornitur (1) il-firma miktuba bl-id tal-persuna awrotizzata)

    __________

    ANNESS II

    IT-TABELLA TAL-KORRELAZZJONI

    Ir-Regolament (KEE) Nru 616/78 Ir-Regolament (KE) Nru 1541/98

    L-Artikolu 1 L-Artikolu 2 L-Artikolu 3 L-Artikolu 4 L-Artikolu 4a L-Artikolu 4b L-Artikolu 5 L-Artikolu 6 L-Artikolu 7 L-Artikolu 8 L-Artikolu 9 L-Artikolu 10 L-Artikolu 1 L-Artikolu 2 L-Artikolu 3 - - - It-tieni paragrafu ta l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(1) L-Artikolu 7 L-Artikolu 8 L-Artikolu 5, l-Artikolu 1(2) u (3) - -

    Proofread by Claudine Camilleri

    [1] ĠU L 84, tal-31.3.1978, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3626/83 (ĠU L 360, tat-23.12.1983, p. 5).

    [2] ĠU L 275, tat-8.11.1993, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 339/98 (ĠU L 45, tas-16.2.1998, p. 1).

    [3] ĠU L 82, tat-22.3.1997, p. 1.

    [4] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1427/97 (ĠU L 196, ta' l-24.7.1997, p. 31).

    [5] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 (ĠU L 17, tal-21.1.1997, p. 1).

    [6] Aqta' fejn japplika.

    [7] Isem tal-pajjiz tal-oriġini fejn twaqqfet id-dikjarazzjoni.

    Top