EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R1177

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1177/98 tal-5 ta’ Ġunju 1998 li jemenda Regolament (KE) Nru 2629/97 rigward l-użu ta’ kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ l-annimali mill-ItaljaTest b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 163, 6.6.1998, p. 19–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/1177/oj

31998R1177



Official Journal L 163 , 06/06/1998 P. 0019 - 0019


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1177/98

tal-5 ta’ Ġunju 1998

li jemenda Regolament (KE) Nru 2629/97 rigward l-użu ta’ kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ l-annimali mill-Italja

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 tal-21 t’April 1997 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali bovini u rigward it-tikketti taċ-ċanga u l-prodotti taċ-ċanga [1], u b’mod speċjali l-Artikolu 10(a), (b) u (ċ) tiegħu,

Billi Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2629/97 [2] jistabilixxi regoli dettaljati rigward tikketti fil-widnejn, reġistri tal-propjetà u passaporti bħala parti mis-sistema ta’ l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali bovini;

Billi fejn jidħol il-kodiċi għall-identifikazzjoni ta’ l-annimali tal-ifrat, jixraq li jiġu meqjusa d-diffikultajiet imsemmija mill-awtoritajiet Taljani u dawk l-awtoritajiet jitħallew jużaw massimu ta’ tliet karattri supplimentari; billi huwa importanti li jkun stipulat li dawk il-karattri supplimentari ma jiffurmawx parti minn kodiċi numeriku;

Billi r-Regolament (KE) Nru 2629/97 irid ikun għalhekk emendat,

Billi l-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament jaqblu mal-fehma tal-Kumitat għall-Fond Ewropew ta’ Garanzija u Gwida Agrikolu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Paragrafu 4 li jmiss hu miżjud ma’ l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2629/97:

"4. Barra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità ċentrali kompetenti Taljana tista’ tuża’ massimu ta’ tliet karattri supplimentari. Dawk il-karattri mhux se jiffurmaw parti mill-kodiċi numeriku msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2."

.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill-20 jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-5 ta’ Ġunju 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 117, tas-7.5.1997, p. 1.

[2] ĠU L 354, tat-30.12.1997, p. 19.

--------------------------------------------------

Top