This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998R0644
Commission Regulation (EC) No 644/98 of 20 March 1998 supplementing the Annex to Regulation (EC) No 1107/96 on the registration of geographical indications and designations of origin under the procedure laid down in Article 17 of Council Regulation (EEC) No 2081/92 (Text with EEA relevance)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 644/98 ta' l-20 ta’ Marzu 1998 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92Test b’rilevanza għaż-ŻEE
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 644/98 ta' l-20 ta’ Marzu 1998 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92Test b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 87, 21.3.1998, p. 8–9
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 087 , 21/03/1998 P. 0008 - 0009
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 644/98 ta' l-20 ta’ Marzu 1998 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġni għall-prodotti u l-oġġetti ta’ l-ikel agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1068/97 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 17(2) tiegħu, Billi, għal ċerti ismijiet innotifikati mill-Istati Membri skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, intalab tagħrif addizzjonali sabiex jiġi żgurat illi ħarsu l-Artikoli 2 u 4 ta’ dan ir-Regolament; billi dan it-tagħrif addizzjonali juri illi d-denominazzjonijiet iħarsu l-Artikoli msemmija; billi jridu għalhekk jiġu rreġistrati u miżjuda fl-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 134/98 [4]; Billi, wara l-adeżjoni ta’ tliet Stati Membri oħra, il-perjodu taż-żmien ta’ sitt xhur ipprovdut fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 irid jibda fid-data ta’ l-adeżjoni tagħhom; billi wħud mid-denominazzjonijiet innotifikati minn dawn l-Istati Membri iħarsu l-Artikoli 2 u 4 ta’ dan ir-Regolament u għalhekk għandhom jiġu rreġistrati; Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-Oriġini, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Id-denominazzjonijiet fl-Anness ma’ dan ir-Regolament huma hawnhekk miżjuda fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-20 ta’Marzu 1998. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 208, ta' l-1. 24.7.1992, p. 1. [2] ĠU L 156, tat-13.6.1997, p. 10. [3] ĠU L 148, ta' l-1. 21.6.1996, p. 1. [4] ĠU L 15, tal-21.1.1998, p. 6. -------------------------------------------------- L-ANNESS A. IL-PRODOTTI MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM ELENKATI FL-ANNESS II MAT-TRATTAT Il-Laħam frisk (u l-ġewwieni) IL-ĠERMANJA - Ix-Schwäbisch-Hällisches Qualitätsschweinefleisch (IĠP) Il-Prodotti bbażati fuq il-laħam L-ITALJA - Il-Greußener Salami (IĠP) Iż-Żjut u x-xaħmijiet Iż-Żejt taż-żebbuġa L-ITALJA - It-Toscano (IĠP) - It-Terra d’Otranto (IOP) B. IL-PRODOTTI TA’ L-IKEL ELENKATI Fl-ANNESS I MAR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2081/92 Il-Birra IL-ĠERMANJA - Il-Gögginger Bier (IĠP) - Ir-Reuther Bier (IĠP) - Il-Wernesgrüner Bier (IĠP) --------------------------------------------------