Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998D0386

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-kummissjoni tad-29 ta' Mejju 1998 rigward il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-applikazzjoni ta' prinċipji ta' relazzjoni pożittiva fl-infurzar tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tagħhom

    ĠU L 173, 18.6.1998, p. 26–27 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/386/oj

    Related international agreement

    31998D0386



    Official Journal L 173 , 18/06/1998 P. 0026 - 0027


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-kummissjoni

    tad-29 ta' Mejju 1998

    rigward il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-applikazzjoni ta' prinċipji ta' relazzjoni pożittiva fl-infurzar tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tagħhom

    (98/386/KE, KEFA)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 87 flimkien ma' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 228(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u b'mod partikolari l-Artikoli 65 u 66 miġjuba fih,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

    Billi l-Ftehim tat-23 ta' Settembru 1991 bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika rigward l-applikazzjoni tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tagħhom, u l-iskambju ta' ittri ta' interpretazzjoni datati 31 ta' Mejju u 31 ta' Lulju 1995 rigward dak il-Ftehim (kollha f'daqqa minn issa 'l quddiem imsemmija bħala "il-Ftehim ta' l-1991"), mehmuża mad-Deċiżjoni 95/145/KE, KEFA tal-Kunsill u tal-Kummissjoni [2] ikkontribwew għall-kordinazzjoni, koperazzjoni u evitar ta' kunflitti fl-infurzar tal-liġi tal-kompetizzjoni;

    Billi l-Artikolu V tal-Ftehim ta' l-1991, spiss magħruf bħala l-Artikolu tar-"relazzjoni pożittiva", isejjaħ għal koperazzjoni rigward attivitajiet anti-kompetittivi li jseħħu fit-territorju ta' Parti li jaffettwaw negattivament l-interessi tal-Parti l-oħra;

    Billi elaborazzjoni ulterjuri tal-prinċipji ta' relazzjoni pożittiva u l-implimentazzjoni ta' tali prinċipji jkabbru l-effettività tal-Ftehim ta' l-1991 rigward tali mġiba;

    Billi, għal dan l-għan, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim mal-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-applikazzjoni ta' prinċipji ta' relazzjoni pożittiva fl-infurzar tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Uniti ta' l-Amerika;

    Billi l-Ftehim għandu jiġi approvat,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-applikazzjoni ta' prinċipji ta' relazzjoni pożittiva fl-infurzar tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tagħhom huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.

    It-test tal-Ftehim, imfassal fil-lingwa Ingliża, huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna/i li jkollhom il-jedd li jiffirmaw il-Ftehim f'isem il-Komunitajiet Ewropej.

    Il-President tal-Kummissjoni huwa b'dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna/i li jkollhom il-jedd li jiffirmaw il-Ftehim f'isem il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.

    Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Mejju 1998.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    J. Straw

    Għall-Kummissjoni

    J. Santer

    Il-President

    [1] ĠU C 138, ta' l-4.5.1998.

    [2] ĠU L 95, tas-27.4.1995, p. 45; korrezzjoni , ĠU L 131, tal-15.6.1995, p. 38.

    --------------------------------------------------

    Top