EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998D0249

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Ottubru 1997 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni għal ħarsien ta' l-ambjent marittimu tal-Grigal ta' l-Atlantiku

ĠU L 104, 3.4.1998, p. 1–1 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/249/oj

Related international agreement

31998D0249



Official Journal L 104 , 03/04/1998 P. 0001 - 0001


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-7 ta' Ottubru 1997

dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni għal ħarsien ta' l-ambjent marittimu tal-Grigal ta' l-Atlantiku

(98/249/KE)

IL-KUNSILL TA L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 130s(1), flimkien ma l-Artikolu 228(2) u (3), l-ewwel sottoparagrafu tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

billi il-Kummissjoni, f'isem il-Komunità, ħadet sehem fin-negozjati dwar it-tfassil tal-Konvenzjoni għal ħarsien ta' l-ambejnt marittimu tal-Grigal ta' l-Atlantiku;

billi il-Konvenzjoni kienet iffirmata f'isem il-Komunità nhar it-22 ta' Settembru 1992;

billi il-Konvenzjoni timmira li tevita jew telimina t-tniġġis u tipproteġi ż-żona marittima kontra l-effetti ħżiena ta' l-attivitajiet umani;

billi il-Komunità addottat miżuri fil-qasam kopert mill-Konvenzjoni u għandha għal daqs tant taddotta mpenni internazzjonali f'dak il-qasam; billi l-inizjattiva tal-Komunità tikkumplimenta dik ta' l-Istati Membri li huma direttament konċernati u s-sehem tagħha jidher li jkun konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjeta;

billi skond l-Artikolu 130r tat-Trattat, il-politika tal-Komunità dwar l-ambjent tikkontribuwixxi, fost l-oħrajn, sabiex ikunu insegwiti l-għanijiet li l-ambjent ikun preservat, imħares u mtejjeb, tkun imħarsa s-saħħa umana, u l-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali; billi, barra minn dan, bl-isferi ta' kompetenza rispettivi tagħhom, il-Komunità u l-Istati Membri jikkoperaw ma' terzi pajjiżi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti,

ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Konvenzjoni għal ħarsien ta' l-ambejnt marittimu tal-Grigal ta' l-Atlantiku, kif iffirmat f'Pariġi nhar it-22 Settembru 1992, hi hawnhekk approvata f'isem il-Komunità.

It-test tal-Konvenzjoni huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li għandhom is-setgħa li jiddepożitaw l-istrument ta' approvazzjoni mal-Gvern tar-Repubblika Franċiża skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni.

Artikolu 3

Il-Komunità għandha tkun rapreżentata mill-Kummissjoni fejn għandhom x'jaqsmu materji li huma fl-isfera ta' kompetenza tal-Komunità, fil-kummissjoni mwaqqfa taħt l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni.

Magħmula fil-Lussemburgu, fis-7 ta' Ottubru 1997.

F'isem il-Kunsill

Il-President

J.-C. Juncker

[1] ĠU C 89, 10.04.1995, p. 199.

--------------------------------------------------

Top