Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998D0235

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 Marzu 1998 dwar il-kumitati konsultattivi li jittrattaw kwistjonijiet tal-politika agrikola komuni

ĠU L 88, 24.3.1998, p. 59–71 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2004; Imħassar b' 32004D0391

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/235/oj

31998D0235



Official Journal L 088 , 24/03/1998 P. 0059 - 0071


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-11 Marzu 1998

dwar il-kumitati konsultattivi li jittrattaw kwistjonijiet tal-politika agrikola komuni

(98/235/KE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi l-Kummissjoni għandha tfittex l-opinjonijiet tas-setturi ekonomici u tal-konsumaturi dwar kwistjonijiet li jinqalgħu b’konnessjoni ma’ l-operazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet varji komuni tas-suq u żoni oħra koperti bil-politika agrikola komuni;

Billi s-setturi ekonomiċi kollha direttament involuti fl-operazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet tas-suq u affettwati bid-deċizjonijiet tal-politka agrikola, kif ukoll il-konsumaturi, għandhom ikollhom l-opportunità li jipparteċipaw fl-abbozzi ta’ l-opinjonijiet mitluba mill-Kummissjoni;

Billi l-federazzjonijiet ekonomiċi relevanti u l-gruppi tal-konsumaturi fl-Istati Membri waqqfu organizzazzjonijiet fil-livell ta’ l-Unjoni Ewropea, li huma għalhekk f’pożizzjoni li jirrappresentaw dawk konċernati fl-Istati Membri kollha;

Billi diversi kumitati agrikoli ta’ konsulenza ġew imwaqqfa permezz ta’ deċiżjonijiet varji tal-Kummissjoni [1] sa mill-1962;

Billi, wara r-riforma tal-politika agrikola komuni fl-1992, ġiet ippruvata l-ħtiega li xi kumitati jingħaqdu u li ssir disposizzjoni għal kumitati ġodda;

Billi d-disposizzjonijiet li jirrelataw mal-kumitati ta’ konsulenza dwar l-agrikoltura ġew emendati diversi drabi u jinsabu f’27 strument differenti; billi għalhekk sar diffiċili biex jiġu applikati u għandhom għalhekk jiġu konsolidati f’Deċiżjoni waħda,

Billi studju dwar l-operazzjoni tal-kumitati ta’ konsulenza wrew li hemm skop għal aktar titjieb; billi diversi proċeduri u definizzjonijiet, l-allokazzjoni ta’ siġġijiet fost il-gruppi rappresentati u r-regoli għat-tiġdid tal-kumitati għandhom għalhekk jiġu aġustati;

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1. Il-kumitati ta’ konsulenza li ġejjin huma b’dan imwaqqfa taħt l-awspiċi tal-Kummissjoni:

- il-Kumitat ta’ Konsulenza dwar il-Politika Agrikola Komuni,

- il-Kumitat ta’ Konsulenza dwar l-Ucuħ tar-Raba tajjeb għax-Xoghol,

- il-Kumitat ta’ Konsulenza dwar Ucuħ tar-Raba mhux għall-Ikel u tat-Tessuti,

- il-Kumitat ta’ Konsulenza dwar Prodotti ta’ Bhejjem ta’ Laħam il-Fart,

- il-Kumitat ta’ Konsulenza dwar il-Frott, il-Ħxejjex u l-Fjuri,

- il-Kumitat ta’ Konsulenza dwar Prodotti Specjalizzati,

- il-Kumitat ta’ Konsulenza dwar il-Forestrija u s-Sufra,

- il-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Saħħa u s-Sigurezza ta’ Prodotti Agrikoli,

- il-Kumitat ta’ Konsulenza dwar l-Iżvilupp Rurali,

- il-Kumitat ta’ Konsulenza dwar l-Agrikoltura u l-Ambjent.

2. Il-kumitati msemmija hawn fuq jistgħu jiġu konsultati mill-Kummissjoni dwar il-kwistjonijiet kollha li jirrelataw mal-politika agrikola komuni, u l-politika dwar l-iżvilupp rurali u l-implimentazzjoni tagħha, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet komuni tas-suq u l-miżuri li l-Kummissjoni hija mitluba li tieħu f’dak il-kuntest.

3. Il-president ta’ kull kumitat jista’ jipproponi fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba ta’ xi wieħed mill-gruppi ta’ interess rappresentati li l-Kummissjoni tikkonsulta mal-kumitat tiegħu dwar kull kwistjoni fil-kompetenza tiegħu.

Artikolu 2

Il-Kumitati għandhom ikunu komposti mir-rappresentanti tal-gruppi ta’ interess soċjoekonomiku li ġejjin: produtturi ta’ l-agrikoltura, kooperattivi ta’ l-agrikoltura, l-industriji agrikoli u ta’ manifattura ta’ ikel, il-kummerċ fi prodotti agrikoli u ta’ l-ikel, ħaddiema fl-irziezet u fl-industrija ta’ l-ikel, u konsumaturi. F’każijiet speċifiċi, r-rappresentanti ta’ interessi oħra jistgħu jiġu maħtura. Il-komposizzjoni tal-kumitati għandha tkun kif stipulata fl-Annessi hawn mehmusa.

Artikolu 3

Il-Kumitati għandhom jikkonsistu f’massimu ta’ 40 membru, skond id-daqs tas-settur in kwistjoni, apparti mill-Kumitati ta’ Konsulenza dwar il-Politika Agrikola Komuni u dwar l-Iżvilupp Rurali, li għandhom ikollhom 60 membru. In-numru tas-siġġijiet u ta’ l-allokazzjonijiet tagħhom fl-organizzazzjonijiet varji Ewropej imsemmija fl-Artikolu 4(1) għandhom ikunu kif stipulati għal kull kumitat fl-Annessi hawn mehmusa.

Artikolu 4

1. Il-membri tal-kumitati għandhom jinħatru mill-Kummissjoni fuq proposti mill-organizzazzjonijiet soċjoekonomiċi stabbiliti fil-livell tal-Komunità u elenkati fir-reġistru tal-Kummissjoni ta’ gruppi ta’ interess. L-organizzazzjonijiet soċjoekonomiċi għandhom ikunu dawk li huma l-aktar rappresentattivi ta’ l-interessi speċifikati fl-Artikolu 2 u l-attivitajiet tagħhom għandhom ikunu konnessi mal-politika agrikola komuni, l-organizzazzjoni tas-suq komuni jew qasam ieħor konċernat.

2. Fuq invit mill-Kummissjoni, l-organizzazzjonijiet soċjoekonomiċi għandhom jinnominaw tlett kandidati ta’ nazzjonalitajiet differenti għal kull siġġu li għandu jimtela. Il-proposti tagħhom għandhom jagħtu kont ta’ l-interessi varji li għanhom jiġu rappresentati fis-settur tagħhom.

3. Il-membri tal-kumitati għandhom jinħatru għal ħames snin. Il-ħatra tagħhom tista’ tiġġedded. Il-membru m’għandhomx jitħallsu tas-servizzi tagħhom.

Wara li jiskadi t-terminu, il-membri tal-kumitati għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jiġu sostitwiti jew sakemm il-ħatriet tagħhom jiġu mġedda. Jekk membru jirriżenja jew imut, jew jekk il-korp li ppropona membru jitlob is-sostituzzjoni tiegħu jew tagħha, dak il-membru għandu jiġi sostitwit skond il-proċedura preskritta fil-paragrafu 1.

4. Lista tal-membri tal-kumitati għandha tiġi ppublikata mill-Kummissjoni fis-serje "Ċ" tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej kull darba li membri jiġu sostitwiti.

Artikolu 5

1. Kumitat permanenti wieħed jew aktar, u/jew gruppi tax-xogħol jistgħu jitwaqqfu taħt l-awspiċi ta’ kumitat. Kumitati permanenti għandhom jikkonsistu f’rappresentanti tal-kummerċ jew esperti maħtura mill-Kummissjoni fuq proposta mill-organizzazzjonijiet soċjoekonomiċi konċernati. Għandhom jittrattaw il-kwistjonijiet kollha li jirrelataw ma’ settur speċifiku fuq bażi regolari.

2. Fuq it-talba ta’ kumitat ta’ konsulenza, it-taħlita ta’ gruppi ta’ interess soċjoekonomiku rappresentata fuq grupp permanenti tista’ tinbidel mill-Kummissjoni.

3. Fuq it-talba ta’ kumitat ta’ konsulenza, jista’ jitwaqqaf grupp ta’ esperti. dawk il-gruppi għandhom ikunu magħmula minn esperti fil-qasam maħtura mill-Kummissjoni wara li tikkonsulta ma’ l-organizzazzjonijiet soċjoekonomicċi konċernati.

4. Kull membru ta’ grupp li ma jkunx jista’ jattendi għal laqgħa jista’ jiġi sostitwit. L-organizzazzjoni soċjoekonomika li dak il-membru jirrappresenta tista’ tipproponi sostituzzjoni lis-segretarjat tal-grupp.

Artikolu 6

1. Wara li jikkonsulta lill-Kummissjoni, kull kumitat għandu jeleġġi president minn fost il-membri tiegħu. Il-president għandu jiġi elett, fil-każ ta’ l-ewwel elezzjoni, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri presenti u, fil-każ ta’ elezzjonijiet sussegwenti, b’maġġoranza sempliċi tal-membri presenti. Fil-każ ta’ parità, il-Kummissjoni għandha tipprovdi president fuq bażi temporanju.

Il-kumitat jista’ jipprovdi għal bidla fil-presidenza wara li jkun skada nofs it-terminu tal-kariga.

2. Kull kumitat għandu jeleġġi żewġ viċi-presidenti. Il-viċi-presidenti għandhom jintgħażlu minn fost ir-rappresentanti ta’ l-organizzazzjonijiet soċjoekonomiċi li tagħha jkun jagħmel sehem il-president. Għandhom jiġu eletti skond il-proċedura preskritta fil-paragrafu 1.

Kull kumitat jista, skond l-istess proċedura, jeleġġi esekuttiv li jkun jikkomprendi, b’żieda mal-president, rappresentant ta’ kull organizzazzjoni soċjoekonomika rappresentata fuq il-kumitat.

L-esekuttiv tal-kumitat għandu jipprepara u jorganizza x-xogħol tiegħu. Ufficjal wieħed (li "jirrapporta") għandu jipproduċi rekord sommarju wara kull laqgħa tal-kumitat.

3. Gruppi permanenti għandhom jeleġġu president u viċi-president minn fost il-membri tagħhom skond il-proċedura preskritta fil-paragrafu 1. Il-president u l-viċi-president mhux meħtiega li jkunu jagħmlu sehem mill-istess organizzazzjoni soċjoekonomika. Il-Presidenti tal-gruppi għandhom iħejju rekord sommarju u jirrapportaw dwar ix-xogħol tagħhom fil-laqgħa li jkun imiss lill-kumitat relevanti ta’ konsulenza.

Artikolu 7

1. Membri biss tal-kumitat jew membri li jalternaw, ir-rappresentanti tal-kummissjoni u persuni mistiedna skond il-paragrafi 3, 4 u 6 jistgħu jattendu għal-laqgħat tal-kumitati.

2. Membri biss u membri li jalternaw ta’ gruppi, il-president tal-kumitat relevanti, ir-rappresentanti tal-Kummissjoni u persuni mistiedna skond il-paragrafi 4 u 6 jistgħu jattendu għall-laqgħat tal-gruppi.

3. Jekk membru ta’ kumitat ma jkunx jista’ jattendi, l-organizzazzjoni jew l-organizzazzjonijiet li lilha jkun allokat dak is-siġġu tal-membru jista’ jaħtar sostitut, li għandu jingħażel minn lista mħejjija bi ftehim komuni bejn il-Kummissjoni u l-organizzazzjoni jew organizzazzjonijiet in kwistjoni. Il-lista għandu jkun fiha numru ta’ ismijiet li jikkorrispondu mat-total tal-membri li jirrappresentaw l-organizzazzjoni jew organizzazzjonijiet in kwistjoni, iżda m’għandhiex teċċedi l-għaxar persuni.

Fejn sostitut jigi nominat, is-segretarjat tal-kumitat għandu jiġi notifikat ta’ l-anqas tlett ijiem tax-xogħol qabel il-laqgħa.

4. Fuq it-talba ta’ organizzazzjoni li lilha jkunu allokati siġġu wieħed jew aktar fuq kumitat jew grupp, il-president tal-kumitat jew grupp jista’, bi ftehim mal-persunal tal-Kummissjoni, jistieden lis-segretarju ġenerali tagħha biex jattendi għall-laqgħat tal-kumitat bħala osservatur

Iżda, jekk is-segretarju ġenerali ta’ organizzazzjoni ma jkunx jista’ jattendi, jista’ jassenja s-siġġu tiegħu ta’ osservatur lil persuna oħra nominata minnu.

5. L-osservaturi ma jkollhomx id-dritt li jitkellmu. Huma jistgħu, iżda, jiġu mistiedna biex jagħmlu dan mill-president bi ftehim mal-Kummissjoni.

6. Fuq it-talba ta’ organizzazzjoni li lilha jkun allokati siġġu wieħed jew aktar, u meta l-kwistjonijiet fuq l-aġenda jkunu ta’ natura teknika ħafna, il-president ta’ kumitat jew grupp jista’, bi ftehim mal-Kummissjoni, jistieden espert wieħed jew aktar biex jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet ta’ kumitat jew grupp.

Il-Kummissjoni tista’, fuq l-inizjattiva tagħha, tistieden persuna kwalifikata kif imiss f’wieħed mis-suġġetti fuq l-aġenda biex jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-kumitat jew grupp permanenti bħala espert. Iżda, l-esperti għandhom jipparteċipaw biss fid-diskussjoni tal-kwistjoni li għaliha jkunu ġew mistiedna biex jattendu.

Artikolu 8

Bi qbil mal-Kummissjoni kull kumitat jew grupp permanenti jista’ jwaqqaf gruppi tax-xogħol biex jiffaċilita x-xogħol tiegħu.

Artikolu 9

1. Kull kumitat jew grupp għandu jitlaqqa’ mill-Kummissjoni u għandu ġeneralment jiltaqa’ fl-uffiċji prinċipali tal-Kummissjoni. Il-laqgħat ta’ l-esekuttiv għandhom jiltaqgħu mill-president bi qbil mal-Kummissjoni.

2. Ir-rappresentanti tad-dipartimenti relevanti tal-Kummissjoni jistgħu jieħdu sehem fil-laqgħat ta’ kull kumitat, esekuttiv jew grupp.

3. Il-Kummissjoni tipprovdi servizzi ta’ segretarji għall-kumitat, l-esekuttiv jew gruppi.

Artikolu 10

Il-president għandu javża lill-Kummissjoni bil-partiti li għandhom jiġu nklużi fl-aġenda għall-kumitat, 12-il jum tax-xogħol qabel ma jiltaqa’ l-kumitat. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-aġendi lill-membri tmint ijiem tax-xogħol qabel il-laqgħa, preferibbilment b’mezzi elettroniċi.

Artikolu 11

1. Il-kumitati għandhom jiddiskutu l-kwistjonijiet li dwarhom il-Kummissjoni tkun talbet l-opinjoni. Ebda vot m’għandu jittieħed fit-tmiem tad-diskussjoni. Meta titlob l-opinjoni ta’ kumitat, il-kummissjoni tista’ tiffissa limitu ta’ żmien li fih l-opinjoni għandha tingħata.

Jekk kumitat jilħaq ftehim unanimu dwar opinjoni li għandha tingħata, għandu jifformula konklużżjonijiet konġunti u jehmiżhom mar-rekord sommarju. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-riżultat tad-diskussjonijiet tal-kumitat lill-Kunsill jekk dan ikun propost mill-Kumitat.

2. L-opinjonijiet espressi minn organizzazzjonijiet soċjoekonomiċi rappresentati fuq il-kumitat għandhom jiġu nklużi f’rapport mibgħut lill-Kummissjoni.

Artikolu 12

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 214 tat-Trattat, fejn il-Kummissjoni tindika li l-opinjoni mitluba jew kwistjoni mqajjma tinvolvi kwistjoni ta’ natura konfidenzjali, il-membri tal-kumitati jew gruppi li jirrapportaw lilhom jew lil parteċipanti oħra fil-laqgħat għandhom ikunu marbuta li ma jikxfux informazzjoni li jkunu saru jafu biha permezz tax-xogħol tal-kumitat jew grupp in kwistjoni. F’dawk il-każi l-membri biss tal-kumitat jew grupp imsemmi jew is-sostituti tagħhom u r-rappresentanti tal-Kummissjoni għandhom jattendu l-laqgħat.

Artikolu 13

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni81/195/KEE, 87/70/KEE sa 87/93/KEE, 89/567/KEE u 90/351/KEE huma b’dan imhassra.

Artikolu 14

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ April 1998.

Magħmul fi Brussel, fil-11 ta’ Marzu 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 87/70/KEE sa 87/93/KEE tas-7 ta’ Jannar 1987 (ĠU L 45, ta’ l- 14.2.1987, pg. 1 sa 68).Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/567/KEE ta’ l-20 ta’ Ottubru 1989 ( ĠU L 309, tas-26.10.1989, p. 39).Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 81/195/KEE tas-16 ta’ Marzu 1981 ( ĠU L 88, tat-2.4.1981.p 42).Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/351/KEE tad-29 ta’ Ġunju 1990 (ĠU L 172, tal-5.7.1990, p.33).

--------------------------------------------------

ANNESS I

KUMITAT TA’ KONSULENZA DWAR IL-POLITIKA AGRIKOLA KOMUNI

1. INTERESSI RAPPRESENTATI (L-Artikolu 2)

| Siġġijiet (l-Artikolu 4) |

Bdiewa | 22 |

Kooperattivi agrikoli | 8 |

Negozjanti | 8 |

Industrija | 8 |

Ħaddiema | 5 |

Konsumaturi | 5 |

Oħrajn | 4 |

--------------------------------------------------

ANNESS II

KUMITAT TA’ KONSULENZA DWAR UĊUH TAR-RABA

1. INTERESSI RAPPRESENTATI (l-Artikolu 2)

| Siġġijiet (l-Artikolu 4) |

Bdiewa | 17 |

Kooperattivi agrikoli | 5 |

Negozjanti | 6 |

Industrija | 6 |

Ħaddiema | 2 |

Konsumaturi | 2 |

Oħrajn | 2 |

2. GRUPPI PERMANENTI U L-KOMPOSIZZJONI TAGĦHOM

(a) Grupp permanenti dwar iċ-ċereali

| Siġġijiet |

Bdiewa | 13 |

Kooperattivi agrikoli | 6 |

Negozjanti | 7 |

Industrija | 6 |

Ħaddiema | 1 |

Oħrajn | 1 |

(b) Grupp permanenti dwar żrieragħ taż-żejt u wċuħ tar-raba tal-proteini

| Siġġijiet |

Bdiewa | 12 |

Kooperattivi agrikoli | 5 |

Negozjanti | 6 |

Industrija | 6 |

Konsumaturi | 1 |

Oħrajn | 1 |

(ċ) Grupp permanenti għall-għalf imnixxef

| Siġġijiet |

Bdiewa | 3 |

Kooperattivi agrikoli | 3 |

Negozjanti | 1 |

Industrija | 5 |

(d) Kumitat permanenti dwar iz-zokkor

| Siġġijiet |

Bdiewa | 12 |

Kooperattivi agrikoli | 4 |

Negozjanti | 4 |

Industrija | 6 |

Ħaddiema | 1 |

Konsumaturi | 1 |

(e) Grupp permanenti dwar ir-ross

| Siġġijiet |

Bdiewa | 5 |

Kooperattivi agrikoli | 2 |

Negozjanti | 4 |

Industrija | 4 |

(f) Kumitat permanenti dwar il-lamtu

| Siġġijiet |

Bdiewa | 4 |

Kooperattivi agrikoli | 2 |

Negozjanti | 3 |

Industrija | 6 |

--------------------------------------------------

ANNESS III

KUMITAT TA’ KONSULENZA DWAR UĊUH LI MHUMIEX IKEL U TESSUTI

1. INTERESSI RAPPRESENTATI (L-Artikolu 2)

| Siġġijiet (l-Artikolu 4) |

Bdiewa | 17 |

Kooperattivi agrikoli | 5 |

Negozjanti | 5 |

Industrija8 | 8 |

Ħaddiema | 2 |

Konsumaturi | 2 |

Oħrajn | 1 |

2. GRUPPI PERMANENTI U L-KOMPOSIZZJONI TAGĦHOM

(a) Grupp permanenti dwar energija li tiġġedded

| Siġġijiet |

Bdiewa | 12 |

Kooperattivi agrikoli | 5 |

Negozjanti | 5 |

Industrija | 6 |

Konsumaturi | 1 |

Oħrajn | 1 |

(b) Grupp permanenti dwar il-qoton

| Siġġijiet |

Bdiewa | 5 |

Kooperattivi agrikoli | 3 |

Negozjanti | 3 |

Industrija | 4 |

Oħrajn | 1 |

(ċ) Grupp permanenti dwar il-kittien u l-qanneb

| Siġġijiet |

Bdiewa | 6 |

Kooperattivi agrikoli | 2 |

Negozjanti | 3 |

Industrija | 4 |

--------------------------------------------------

ANNESS IV

TA’ KUMITAT KONSULENZA DWAR QOBLA

1. INTERESSI RAPPRESENTATI (l-Artikolu 2)

| Siġġijiet (l-Artikolu 4) |

Bdiewa | 17 |

Kooperattivi agrikoli | 4 |

Negozjanti | 5 |

Industrija | 8 |

Ħaddiema | 2 |

Konsumaturi | 2 |

Oħrajn | 2 |

2. GRUPPI PERMANENTI U L-KOMPOSIZZJOINI TAGĦHOM

(a) Grupp permanenti dwar il- ħalib

| Siġġijiet |

Bdiewa | 12 |

Kooperattivi agrikoli | 5 |

Negozjanti | 5 |

Industrija | 6 |

Konsumaturi | 1 |

Ħaddiema | 1 |

(b) Grupp permanenti dwar iċ-ċanga

| Siġġijiet |

Bdiewa | 12 |

Kooperattivi agrikoli | 6 |

Negozjanti | 5 |

Industrija | 5 |

Konsumaturi | 1 |

Oħrajn | 1 |

(ċ) Grupp permanenti dwar il-laħam tan-nagħag u l-laħam tal-mogħoż

| Siġġijiet |

Bdiewa | 12 |

Kooperattivi agrikoli | 5 |

Negozjanti | 4 |

Industrija | 3 |

Konsumaturi | 1 |

Oħrajn | 1 |

(d) Grupp permanenti dwar il-laħam tal-majjal

| Siġġijiet |

Bdiewa | 12 |

Kooperattivi agrikoli | 6 |

Negozjanti | 5 |

Industrija | 6 |

Konsumaturi | 1 |

Ħaddiema | 1 |

(e) Grupp permanenti dwar il-laħam tat-tjur u l-bajd

| Siġġijiet |

Bdiewa | 13 |

Kooperattivi agrikoli | 6 |

Negozjanti | 5 |

Industrija | 5 |

Konsumaturi | 1 |

--------------------------------------------------

ANNESS V

KUMITAT TA’ KONSULENZA DWAR FROTT ĦXEJJEX U FJURI

1. INTERESSI RAPPRESENTATI (l-Artikolu 2)

| Siġġijiet (l-Artikolu 4) |

Kabbara | 16 |

Kooperattivi agrikoli | 6 |

Negozjanti | 7 |

Industrija | 5 |

Ħaddiema | 2 |

Konsumaturi | 2 |

Oħrajn | 2 |

2. GRUPPI PERMANENTI U L-KOMPOSIZZJONI TAGĦHOM

(a) Grupp permanenti dwar il-frott frisk u l-ħxejjex

| Siġġijiet |

Kabbara | 12 |

Kooperattivi agrikola | 6 |

Negozjanti | 6 |

Industrija | 5 |

Konsumaturi | 1 |

Oħrajn | 2 |

(b) Grupp permanenti dwar frott ipproċessat u ħxejjex

| Siġġijiet |

Kabbara | 8 |

Kooperattivi agrikoli | 4 |

Negozjanti | 3 |

Industrija | 5 |

Oħrajn | 1 |

(ċ) Grupp permanenti dwar fjuri maqtugħa u pjanti ornamentali

| Siġġijiet |

Kabbara | 7 |

Kooperattivi agrikoli | 3 |

Negozjanti | 6 |

Industrija | 1 |

Oħrajn | 1 |

--------------------------------------------------

ANNESS VI

KUMITAT TA’ KONSULENZA DWAR PRODOTTI SPEĊJALIŻŻATI

1. INTERESSI RAPPRESENTATI (l-Artikolu 2)

| Siġġijiet (l-Artikolu 4) |

Bdiewa | 17 |

Kooperattivi agrikoli | 5 |

Negozjanti | 6 |

Industrija | 6 |

Ħaddiema | 3 |

Konsumaturi | 2 |

Oħrajn | 1 |

2. GRUPPI PERMANENTI U L-KOMPOSIZZJONI TAGĦHOM

(a) Grupp permanenti dwar t-tkabbir ta’ l-inbid

| Siġġijiet |

Bdiewa | 10 |

Kooperattivi agrikoli | 7 |

Negozjanti | 5 |

Industrija | 5 |

Konsumaturi | 1 |

Oħrajn | 1 |

(b) Grupp permanenti dwar xorb spirituż

| Siġġijiet |

Bdiewa | 2 |

Kooperattivi agrikoli | 2 |

Negozjanti | 2 |

Industrija | 5 |

Konsumaturi | 1 |

(ċ) Grupp permanenti dwar żebbuġ u Prodotti derivati

| Siġġijiet |

Bdiewa | 9 |

Kooperattivi agrikoli | 5 |

Negozjanti | 5 |

Industrija | 5 |

Konsumaturi | 1 |

(d) Grupp permanenti dwar dawk li jrabbu n-naħal

| Siġġijiet |

Dawk li jrabbu n-naħal | 6 |

Kooperattivi agrikoli | 2 |

Negozjanti | 3 |

Industrija | 2 |

Konsumaturi | 1 |

(e) Grupp permanenti dwar il-hops

| Siġġijiet |

Kabbara | 5 |

Kooperattivi agrikoli | 3 |

Negozjanti | 5 |

Industrija | 3 |

(f) Grupp permanenti dwar it-tabakk

| Siġġijiet |

Kabbara | 6 |

Kooperattivi agrikoli | 4 |

Negozjanti | 4 |

Industrija | 4 |

Konsumaturi | 1 |

--------------------------------------------------

ANNESS VII

KUMITAT TA’ KONSULENZA DWAR IL-FORESTRIJA U S-SUFRA

1. INTERESSI RAPPRESENTATI (l-Artikolu 2)

| Siġġijiet (l-Artikolu 4) |

Produtturi (bdiewa li jimmaniggaw il-boskijiet,sidien ta' boskijiet privati u pubblici) | 23 |

Negozjanti | 1 |

Industrija | 8 |

Ħaddiema | 3 |

Konsumaturi | 1 |

Oħrajn | 4 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS VIII

KUMITAT TA’ KONSULENZA DWAR IS-SAĦĦA U S-SIGUREZZA TA’ PRODOTTI AGRIKOLI

1. INTERESSI RAPPRESENTATI (l-Artikolu 2)

| Siġġijiet (l-Artikolu 4) |

Bdiewa | 12 |

Kooperattivi agrikoli | 6 |

Negozjanti | 5 |

Industrija | 5 |

Ħaddiema | 2 |

Konsumaturi | 5 |

Oħrajn | 5 |

2. GRUPPI PERMANENTI U L-KOMPOSIZZJONI TAGĦHOM

(a) Grupp permanenti dwar il-biedja organika

| Siġġijiet |

Bdiewa | 6 |

Kooperattivi agrikoli | 2 |

Negozjanti | 2 |

Industrija | 2 |

Konsumaturi | 2 |

Oħrajn | 3 |

(b) Grupp permanenti dwar kwistjonijiet veterinarji

| Siġġijiet |

Bdiewa | 2 |

Kooperattivi agrikoli | 2 |

Negozjanti | 2 |

Industrija | 2 |

Ħaddiema | 2 |

Konsumaturi | 2 |

Oħrajn | 2 |

(ċ) Grupp permanenti dwar is-saħħa tal-pjanti

| Siġġijiet |

Bdiewa | 3 |

Kooperattivi agrikoli | 3 |

Negozjanti | 3 |

Industrija | 3 |

Ħaddiema | 2 |

Konsumaturi | 2 |

Oħrajn | 3 |

(d) Grupp permanenti dwar il-promozzjkoni ta’ prodotti agrikoli

| Siġġijiet |

Bdiewa | 7 |

Kooperattivi agrikoli | 4 |

Negozjanti | 5 |

Industrija | 4 |

Konsumaturi | 1 |

Oħrajn | 1 |

(e) Grupp permanenti dwar il-welfare ta’ l-annimali

| Siġġijiet |

Bdiewa | 3 |

Kooperattivi agrikoli | 2 |

Negozjanti | 2 |

Industrija | 2 |

Ħaddiema | 2 |

Konsumaturi | 2 |

Oħrajn | 4 |

(f) Grupp permanenti dwar Iż-żerriegħa

| Siġġijiet |

Bdiewa | 8 |

Kooperattivi agrikoli | 3 |

Negozjanti | 6 |

Industrija | 3 |

Ħaddiema | 1 |

Konsumaturi | 1 |

Oħrajn | 4 |

(g) Grupp permanenti dwar l-għalf

| Siġġijiet |

Bdiewa | 6 |

Kooperattivi agrikoli | 4 |

Negozjanti | 4 |

Industrija | 4 |

Ħaddiema | 1 |

Konsumaturi | 1 |

--------------------------------------------------

ANNESS IX

KUMITAT TA’ KONSULENZA DWAR L-IŻVILUPP RURALI

1. INTERESSI RAPPRESENTATI (l-Artikolu 2)

| Siġġijiet (l-Artikolu 4) |

Bdiewa | 22 |

Kooperattivi agrikoli | 4 |

Negozjanti | 5 |

Industrija | 5 |

Ħaddiema | 5 |

Konsumaturi | 3 |

Oħrajn | 16 |

2. GRUPPI PERMANENTI U L-KOMPOSIZZJONI TAGĦHOM

(a) Grupp permanenti dwar nisa f’żoni rurali

| Siġġijiet |

Bdiewa, membri tal-familja rurali | 6 |

Kooperattivi agrikoli | 1 |

Negozjanti | 2 |

Industrija | 1 |

Ħaddiema | 1 |

Konsumaturi | 2 |

Oħrajn | 2 |

--------------------------------------------------

ANNESS X

KUMITAT TA’ KONSULENZA DWAR L-AGRIKOLTURA U L-AMBJENT

1. INTERESSI RAPPRESENTATI (l-Artikolu 2)

| Siġġijiet (l-Artikolu 4) |

Bdiewa | 14 |

Kooperattivi agrikoli | 3 |

Negozjanti | 3 |

Industrija | 3 |

Ħaddiema | 2 |

Konsumaturi | 2 |

Oħrajn | 7 |

--------------------------------------------------

Top