Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998D0008

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja approvati bil-għan ta’ l-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-KomunitàTest bir-rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 2, 6.1.1998, p. 12–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/03/2014; Imħassar b' 32014D0160

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/8(1)/oj

31998D0008



Official Journal L 002 , 06/01/1998 P. 0012 - 0013


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-16 ta’ Diċembru 1997

dwar il-lista ta’ stabbilimenti fir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja approvati bil-għan ta’ l-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità

(Test bir-rilevanza għaż-ŻEE)

(98/8/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar problemi tas-saħħa u ta’ spezzjoni veterinarja fuq l-importazzjoni ta’ annimali bovini, ovini u kaprini u majjali u ta’ laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikoli 4 (1) u 18 (1) (a) u (b) tagħha,

Billi stabbilimenti f’pajjiżi terzi ma jistgħux ikunu awtorizzati jesportaw laħam frisk lejn il-Komunità jekk ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ġenerali u speċjali preskritti f’dik id-Direttiva;

Billi, skond l-Artikolu 4 (3) tad-Direttiva 72/462/KEE, ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja bagħtet lista ta’ stabbilimenti awtorizzati biex jesportaw lejn il-Komunità.

Billi, wara missjoni veterinarja tal-Komunità jidher li s-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ annimali fir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja titqabbel b’mod favorevoli ma’ dik ta’ pajjiżi oħra fil-Komunità partikolarment fir-rigward ta’ mard trasmissibbli permezz tal-laħam;

Billi spezzjonijiet fuq il-post mill-Komunità wrew li l-istandards ta’ iġjene ta’ dawn l-istabbilimenti huma biżżejjed u għalhekk jistgħu jidħlu fl-ewwel lista ta’ stabbilimenti, magħmula mħejjija skond l-Artikolu 4 (1) ta’ dik id-Direttiva, li minnhom importazzjonijiet ta’ laħam frisk huwa awtorizzat;

Billi l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk mill-istabbilimenti fuq il-lista fl-Anness hawn mehmus ikomplu jkunu suġġetti għad-disposizzjonijiet diġà preskritti, id-disposizzjonijiet ġenerali tat-Trattat u b’mod partikolari għar-regolamenti veterinarji l-oħra tal-Komunità partikolarment fir-rigward tal-protezzjoni tas-saħħa;

Billi l-mizuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. l. L-istabbilimenti fir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja elenkati fl-Anness huma b’dan approvati għall-għanijiet ta’ l-esportazzjoni ta’ laħam frisk lejn il-Komunità.

2. L-importazzjonijiet minn dawn l-istabbilimenti għandhom jibqgħu suġġetti għad-disposizzjonijiet veterinarji tal-Komunità preskritti band’oħra, u b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-protezzjoni tas-saħħa.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta’ Diċembru 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28

--------------------------------------------------

ANNESS

LISTA TA’ STABBILIMENTI

Numru approvazzjoni | Stabbiliment/Indirizz | Kategorija | SR |

SL | CP | CS | B | S/G | P | SP |

11 | Srem, Sid | × | | | × | | | | T |

× | × | | | | × | |

63 | Mesokombinat, Leskovac | × | | | × | × | | | |

85 | MIP, Pozarevac | × | | | × | | | | T |

× | × | | | | × | |

--------------------------------------------------

Top