This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31997R2623
Council Regulation (EC) No 2623/97 of 19 December 1997 applying Article 6 of Regulations (EC) No 3281/94 and (EC) No 1256/96 on multiannual generalized tariff preferences schemes in respect of certain industrial and agricultural products originating in developing countries
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2623/97 tad-19 ta' Diċembru 1997 li japplika l-Artikolu 6 tar-Regolamenti (KE) Nru 3281/94 u (KE) Nru 1256/96 dwar skemi ta' preferenza ta' tariffi multiannwali ġeneralizzati rigward ċerti prodotti industrijali u agrikoli li joriġinaw f'pajjiżi li qed jiżviluppaw
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2623/97 tad-19 ta' Diċembru 1997 li japplika l-Artikolu 6 tar-Regolamenti (KE) Nru 3281/94 u (KE) Nru 1256/96 dwar skemi ta' preferenza ta' tariffi multiannwali ġeneralizzati rigward ċerti prodotti industrijali u agrikoli li joriġinaw f'pajjiżi li qed jiżviluppaw
ĠU L 354, 30.12.1997, p. 9–10
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 354 , 30/12/1997 P. 0009 - 0010
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2623/97 tad-19 ta' Diċembru 1997 li japplika l-Artikolu 6 tar-Regolamenti (KE) Nru 3281/94 u (KE) Nru 1256/96 dwar skemi ta' preferenza ta' tariffi multiannwali ġeneralizzati rigward ċerti prodotti industrijali u agrikoli li joriġinaw f'pajjiżi li qed jiżviluppaw IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113, Wara li kkonsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Billi fl-Artikolu 6 tar-Regolamenti (KE) Nru 3281/94 [3] u (KE) Nru 1256/96 [4] hemm imniżżel li l-pajjiżi benefiċjarji l-aktar avvanzati għandhom ikunu esklużi mill-jedd taħt dawk ir-Regolamenti mill-1 ta' Jannar 1998 a bażi ta' kriterji objettivi u definiti b'mod ċar; Billi l-limitu ta' riferenza għall-esklużjoni ta' l-iktar pajjiżi avvanzati għandu jkun id-dħul per capita ugwali għall-inqas fi Stat Membru ta' l-UE, aġġustat b'riferenza ma' l-indiċi ta' żvilupp elenkat fit-Tieni Parti ta' l-Anness II tar-Regolamenti (KE) Nru 3281/94 u (KE) Nru 1256/96 sabiex jippermetti li xi pajjiżi għandhom bżonn jiżviluppaw l-esportazzjoni tal-manifattura tagħhom; Billi dan il-metodu huwa oġġettiv u ċar minħabba li jinkludi l-indikatur li huwa l-inqas kontroversjali u l-iktar rappreżentattiv tal-ġrajjiet kurrenti fil-pajjiżi benfiċjarji, fil-waqt li fl-istess ħin jagħmilha possibbli sabiex jinżamm wieħed mill-għanijiet tal-GSP, fosthom id-diversifikazzjoni ta' l-esportazzjoni tal-pajjiżi benfiċjarji; Billi l-esklużjoni ta' xi pajjiżi milli jibbenfikaw mit-tariffi ġeneralizzati ppreferiti ma jistax ikollha l-effet li ċċaħħad membri tal-gruppi reġjonali, li tagħhom il-pajjiżi esklużi huma membri, mill-vantaġġi li kisbu minn qabel billi użawhom fil-manifattura tagħhom, fil-kuntest ta' ġabra reġjonali, prodotti li oriġinaw fil-pajjiżi esklużi msemmija; billi it-tmiem ta' din il-fakultà jmur kontra l-għanijiet ta' l-Artikolu 6 tar-Regolamenti msemmija, li għandu jirredistribwixxi l-benefiċċji tas-sistema għal pajjiżi anqas żviluppati, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-kriterji msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolamenti (KE) Nru 3281/94 u (KE) Nru 1256/96 huma kif ġej: - il-prodott gross nazzjonali per capita ma jaqbiżx US $ 8210 fl-1995 skond il-figuri l-aktar riċenti tal-Bank Dinji, - indiċi ta' żvilupp, ikkalkulat skond il-formula u a bażi tal-figuri mogħtija fit-Tieni Parti ta' l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 3281/94 u (KE) Nru 1256/96, ikbar minn –1. Dawn il-kriterji huma applikabbli kumulattivament. Artikolu 2 L-irtirar ta' pajjiż wieħed jew territorju mil-lista ta' pajjiżi u territorji li jibbenefikaw minn preferenzi ġġeneralizzati bis-saħħa tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 1 ma għandux jaffettwa l-possibbilkità li jintużaw prodotti li joriġinaw f'dak il-pajjiż taħt mekkaniżmu ta' akkumulazzjoni reġjonali applikabbli għal gruppi reġjonali msemmija fl-Artikolu 72(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jagħmel disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità [5], basta dak il-pajjiż kien ilu membru ta' grupp reġjonali minn meta s-sistema multiannwali ta' preferenzi applikabbli għall-prodott ikkonċernat daħal fis-seħħ u mhuwiex ikkonsidrat li huwa l-pajjiż ta' l-oriġini tal-prodott finali fis-sens ta' l-Artikolu 72a tar-Regolament (KE) Nru 2454/93. Artikolu 3 Taħt il-kriterji elenkati fl-Artikolu 1, il-pajjiżi u t-territorji segwenti għandhom ikunu mneħħija mil-lista ta' pajjiżi u territorju li jibbenefikaw mill-preferenzi ġġeneralizzati mniżżla fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 3281/94 u (KE) Nru 1256/96: - Hong Kong, - Singapor, - il-Korea ta' Isfel. Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 1998. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, id-19 ta Diċembru 1997. Għall-Kunsill Il-President F. Boden [1] Opinjoni mogħtija fis-16 ta Diċembru 1997 (għad mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [2] Opinjoni mogħtija fl-10 ta Diċembru 1997 (għad mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 348, tal-31.12.1994, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 998/97 (ĠU L 144, ta' l-4.6.1997, p. 13). [4] ĠU L 160, tad-29.12.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 2448/96 (ĠU L 333, tal-21.6.1996, p. 12). [5] ĠU L 253, tal-11.1.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 89/97 (ĠU L 17, tal-21.10.1997, p. 28). --------------------------------------------------