EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R2599

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2599/97 tat-18 ta’ Diċembru 1997 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2262/84 li jippreskrivi miżuri speċjali fir-rigward taż-żejt taż-żebbuġa.

ĠU L 351, 23.12.1997, p. 17–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/2599/oj

31997R2599



Official Journal L 351 , 23/12/1997 P. 0017 - 0017


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2599/97

tat-18 ta’ Diċembru 1997

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2262/84 li jippreskrivi miżuri speċjali fir-rigward taż-żejt taż-żebbuġa.

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunitajiet Ewropej u, b’mod partikolari, l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi, skond l-Artikolu 1(5) tar-Regolament (KEE) Nru 2262/84 [3], il-Kunsill, li qiegħed jaġixxi permezz ta’ maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta qabel 1 ta’ Jannar 1998 il-metodu sabiex jiffinanzja l-infiq attwali ta’ l-aġenziji sa mis-sena tal-marketing 1998/99;

Billi xogħol li normalment ikun fdat lill-aġenziji għandu jitwettaq matul is-sena tas-suq 1998/99, billi, bħala riżultat, għandu jsir provvediment għal kontribuzzjoni mill-Komunità għan-nefqa ta’ l-aġenziji għal dak il-perjodu sabiex ikun assigurat li jkunu jistgħu jaħdmu b’mod effettiv u skond ir-regolamenti fi ħdan il-qafas ta’ l-awtonomija amministrattiva kif provdut fir-Regolament (KEE) Nru 2262/84,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-aħħar żewġ subparagrafi ta’ l-Artikolu 1(5) tar-Regolament (KEE) Nru 2262/84 huma hawnhekk mibdula b’dan li ġej:

"50 % tan-nefqa attwali ta’ l-aġenziji għall-marketing għas-sena ta’ 1998/99 għandu jkun kopert mill-estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

Qabel l-1 ta’ Ottubru 1998, il-Kummissjoni għandha tikkonsidra l-ħtieġa sabiex tħares il-kontribuzzjoni tal-Komunità għan-nefqa ta’ l-aġenziji u, fejn xieraq, għandha tippreżenta proposta lill-Kunsill. Skond il-proċedura kif provdut fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, il-Kunsill għandu jiddeċidi qabel l-1 ta Jannar 1999 fuq kull finanzjament tan-nefqa in kwistjoni."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol b’seħħ fis-seba’ jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ Diċembru 1997.

Għall- Kunsill

Il-President

F. Boden

[1] ĠU C 343, tat-13.11.1997, p. 16.

[2] L-Opinjoni mogħtija fis-17 ta’ Diċembru 1997 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 208, tat-3.8.1984, p. 11. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Rregolament (KE) Nru 533/97 (ĠU L 83, tal-25.3.1997, p. 1).

--------------------------------------------------

Top