EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R0832

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 832/97 tas-7 ta’ Mejju 1997 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2275/96 li jintroduċi miżuri speċifiċi għall-pjanti ħajjin u l-prodotti mill-florikultura

ĠU L 119, 8.5.1997, p. 17–24 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014: This act has been changed. Current consolidated version: 24/07/1997

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/832/oj

31997R0832



Official Journal L 119 , 08/05/1997 P. 0017 - 0024


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 832/97

tas-7 ta’ Mejju 1997

li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2275/96 li jintroduċi miżuri speċifiċi għall-pjanti ħajjin u l-prodotti mill-florikultura

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2275/96 tat-22 ta’ Novembru 1996 li jintroduċi miżuri speċifiċi għall-pjanti ħajjin u l-prodotti mill-florikultura [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi r-Regolament (KE) Nru 2275/96 jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-miżuri sabiex jiżdied il-konsum tal-pjanti ħajjin u tal-prodotti mill-florikultura Komunitarji ġewwa l-Komunità u barra minnha;

Billi għandhom jiġu ddefiniti l-miżuri prinċipali eliġibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja;

Billi dawm il-miżuri jridu jiffurmaw parti minn strateġija koerenti u tipprovdi l-garanziji rigward il-kisba fuq skond medju tal-miri ppjanati u għas-sodisfazzjon ta’ l-interessi Komunitarji; billi jridu jimpenjaw lill-operaturi prinċipali fis-settur, jiġu ppreżentati fl-istess għamla u jkun fihom it-tagħrif meħtieġ għall-istima tagħhom;

Billi trid tiġi stabbilita l-proċedura li trid tiġi segwita u l-kriterji li jridu jiġu applikati sabiex kull sena jistabbilixxu l-Istati Membri illi fihom iridu jiġu implimentati l-miżuri promozzjonali u sabiex jiġi allokat l-ammont ġenerali fosthom;

Billi jridu jiġu stabbiliti l-proċeduri sabiex jiġu ssottomessi mill-organizzazzjonijiet professjonali l-applikazzjonijiet għall-assistenza u għall-istima u l-għażla tal-miżuri mill-korpi awtorizzati mill-Istati Membri; billi l-proċeduri għandhom jippermettu lill-Kummissjoni li tibgħat l-osservazzjonijiet tagħha lill-Istati Membri;

Billi għandhom jiġu stabbiliti d-disposizzjonijiet varji li jinteressaw it-twettiq ta’ l-impenji li saru fil-kuntratti konklużi bejn il-partijiet interessati u l-awtorità kompetenti nazzjonali fuq il-bażi tal-kuntratti standard forniti mill-Kummissjoni;

Billi l-Istati Membri għandhom jiċċekkjaw l-implimentazzjoni tal-miżuri u l-Kummissjoni għandha tinżamm mgħarrfa bir-riżultati tal-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament;

Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Pjanti Ħajjin,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Il-miżuri għalbiex jiżdied il-konsum tal-pjanti ħajjin u tal-prodotti mill-florikultura ġewwa l-Komunità u barra minnha riferiti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2275/96 għandhom jiġu ppreżentati fl-għamla ta’ programmi.

2. "Programm" għandu jfisser sett koerenti ta’ miżuri li huma ta’ skop suffiċjenti għalbiex jikkontribwixxu sabiex jiżdiedu d-disponiment mill-produzzjoni u l-konsum, u, meta approprjat, għal dan l-iskop, jgħinu l-produzzjoni fil-mira u jaddattawha għall-ħtiġiet tas-suq.

3. Il-programmi għandhom jiġu implimentati fuq perjodu taż-żmien ta’ sena jew aktar mill-firma tal-kuntratti annwali riferiti fl-Artikolu 7(2).

Madankollu, it-tul taż-żmien tal-programmi ma għandux jaqbeż it-tliet snin mill-firma tal-kuntratt midħul għalih matul l-ewwel sena ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1. Il-programmi jistgħu jkopru l-miżuri li gejjin:

(a) l-organizzazzjoni ta’ kampanji ġeneriċi promozzjonali fuq ir-radjo u t-televiżjoni, fl-istampa u permezz tal-kartelluni;

(b) l-organizzazzjoni ta’ tagħrif fuq il-post tal-bejgħ;

(ċ) l-organizzazzjoni ta’ fieri u avvenimenti oħra u l-parteċipazzjoni fihom;

(d) il-produzzjoni ta’ pubblikazzjonijiet u materjal awdjoviżiv;

(e) l-organizzazzjoni ta’ kampanji ta’ relazzjonijiet pubbliċi għal dawk li jiffurmaw l-opinjonijiet u għall-pubbliku ġenerali;

(f) it-tħejjija ta’ għajnuniet tat-tagħlim.

2. Il-programmi jistgħu jiġu akkumpanjati mill-miżuri addizzjonali li ġejjin:

(a) studji dwar is-suq u stħarriġ dwar il-konsumatur;

(b) it-tqassim lill-operaturi tar-riżultati tar-riċerka dwar il-marketing;

(ċ) l-iżvilupp ta’ l-imballaġġ u preżentazzjonijiet ġodda.

3. Il-miżuri li jirċievu assistenza Komunitarja oħra jew li jirċievu assistenza nazzjonali jew reġjonali oħra ma għandhomx ikunu eliġibbli.

Madankollu, għas-snin 1997, 1998 u 1999, il-miżuri li jirċievu l-assistenza nazzjonali jew reġjonali li ma jaqbżux l-20 % ta’ l-estimi finanzjarji totali jistgħu jkunu eliġibbli.

Artikolu 3

1. Dan li ġej għandu jiġi stabbilit kull sena skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/68 [2]:

(a) l-Istati Membri li fihom iridu jiġu implimentati l-kampanji promozzjonali minn gruppi li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 4;

(b) l-ammont maħsub sabiex jiffinanzja dawn il-kampanji f’kull wieħed minn dawn l-Istati Membri, l-ammont ġenerali li jiġi allokat b’rigward xieraq għall-valur tal-produzzjoni fl-Istati Membri interessati.

2. Fil-każ illi l-ammont kollu jew parti minnu allokat lil Stat Membru għal sena mogħtija ma jintużax, dan l-Istat Membru jista’ jagħżel li jalloka dan l-ammont għal proġett ieħor magħżul li jkun għadu pendenti bħala riżultat ta’ nuqqas ta’ fondi sabiex jitħallas minn qabel l-ammont interessat. F’dan il-każ, l-ammont disponibbli għandu jerġa’ jiġi mqassam pro rata mill-Kummissjoni fost l-Istati Membri interessati.

3. Għas-sena 1997, il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja disponibbli għandha tiġi mqassma kif ġej:

Il-Pajjiż | Il-Kwota (1000 ECU) | Il-Kwota (%) |

L-Olanda | 4322,321 | 29,60 |

Il-Ġermanja | 2566,028 | 17,58 |

L-Italja | 2543,761 | 17,42 |

Franza | 1492,665 | 10,22 |

Ir-Renju Unit | 908,608 | 6,22 |

Spanja | 674,619 | 4,62 |

Id-Danimarka | 550,089 | 3,77 |

Il-Belġju | 490,844 | 3,36 |

L-Awstrija | 243,411 | 1,67 |

L-Isvezja | 193,308 | 1,33 |

Il-Greċja | 183,216 | 1,25 |

Il-Finlandja | 130,629 | 0,89 |

Il-Portugall | 100,000 | 0,68 |

L-Irlanda | 100,000 | 0,68 |

Il-Lussemburgu | 100,000 | 0,68 |

EUR 15 | 14600,000 | 100,00 |

Artikolu 4

1. Il-programmi riferiti fl-Artikolu 1 għandhom jiġu ppreżentati minn gruppi rappreżentattivi għall-operaturi f’fergħa jew aktar ta’ attività fis-setturi tal-pjanti ħajjin u tal-prodotti mill-florikultura, bħalma huma l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-unjonijiet jew il-kummerċjanti tagħhom, l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom.

2. Grupp li jissottometti applikazzjoni għall-assistenza għandu jkollu r-responsabbiltà waħedha sabiex jimplimenta l-miżuri li għalihom tiġi konċessa l-assistenza finanzjarja. Il-grupp irid ikollu l-kapaċità legali meħtieġa għalbiex jimplimenta l-miżuri u għandu jkollu l-uffiċċju principali tiegħu fil-Komunità.

Artikolu 5

1. L-applikazzjonijiet għall-assistenza għandhom jiġu ssottomessi lill-korp kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih ikun lokat l-uffiċċju prinċipali tal-grupp sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena.

Madankollu, għas-sena 1997 it-temma taż-żmien sabiex jiġu ssottomessi l-applikazzjonijiet għandha tkun it-30 ta’ Mejju.

L-applikazzjonijiet għandu jkun fihom it-tagħrif kollu elenkat fl-Anness u akkumpanjati bi:

(a) id-dettalji tas-sitwazzjoni rigward il-marketing u l-konsum tal-pjanti ħajjin u tal-prodotti mill-florikultura fir-regjuni interessati;

(b) ir-riżultati antiċipati tal-miżuri proposti u l-kapaċità li jiksbu l-miri ġenerali u speċifiċi stabbiliti fil-programm.

2. Il-korp kompetenti għandu jivverifika l-eżattezza tat-tagħrif mogħti fl-applikazzjoni u l-konformità tiegħu mar-Regolament (KE) Nru 2275/96 u ma’ dan ir-Regolament. Qabel it-30 ta’ April ta’ kull sena, u għas-sena 1997 qabel il-21 ta’ Ġunju, l-Istati Membri interessati għandhom ifasslu fuq il-bażi tal-kriterji riferiti fl-Artikolu 6, lista proviżorja tal-miżuri magħżula sabiex jirċievu l-assistenza finanzjarja Komunitarja fil-limitu ta’ l-ammonti stabbiliti skond l-Artikolu 3. L-assistenza finanzjarja għandha tammonta għal-60 % ta’ l-ispiża attwali tal-miżuri magħżula.

3. L-Istati Membri għandhom jibagħtu minnufih lill-Kummissjoni l-lista proviżorja tal-miżuri magħżula flimkien ma’ kopja ta’ l-applikazzjoni rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti lill-Istati Membri kull osservazzjoni li jista’ jkollha dwar il-miżuri fil-kwistjoni bil-ħsieb li tiggarantixxi l-legalità u l-koordinazzjoni tagħhom fil-livell Komunitarju. Mill-31 jum wara d-data speċifikata fil-paragrafu 2, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jfassal lista finali tal-miżuri magħżula u jibgħatha lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Artikolu 6

Il-lista ta’ miżuri magħżula għandha titfassal, b’mod partikolari, fuq il-bażi tal-koerenza ta’ l-istrateġiji ppreżentati, il-merti tal-miżuri proposti, l-impatt mistenni ta’ l-implimentazzjoni tagħhom, u l-kapaċità tal-gruppi għalbiex jimplimentaw il-miżuri u l-garanziji ppreżentati rigward l-effiċjenza u n-natura rappreżentattiva tal-gruppi.

L-Istati Membri għandhom jagħtu preferenza lill-mizuri li jridu jiġu implimentati fit-territorji ta’ aktar minn Stat Membru.

Artikolu 7

1. Il-korpi kompetenti għandhom jgħarrfu lill-applikanti mill-aktar fis possibbli bid-deċiżjoni meħuda dwar l-applikazzjoni tagħhom għall-assistenza.

2. Fi żmien xahar wara t-tfassil tal-lista tal-miżuri magħżula skond l-Artikolu 5(3), il-korpi kompetenti għandhom jikkonkludu kuntratti annwali ma’ l-applikanti interessati.

Il-korpi kompetenti għandhom jużaw il-kuntratti standard forniti mill-Kummissjoni. Dawn il-kuntratti għandu jkun fihom il-kondizzjonijiet ġenerali li l-kuntrattur huwa kkunsidrat li jkun jaf u li jaċċetta.

3. Il-kuntratti ma għandux ikollhom effett sakemm il-kuntratturi ma jkunux iddepożitaw favur il-korp kompetenti garanzija ekwivalenti għal 15 % tal-finanzjament Komunitarju sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tal-kuntratt. Jekk il-prova tad-depożitu tal-garanzija ma tasalx għand il-korp kompetenti fi żmien ġimgħatejn mill-konklużjoni tal-kuntratt, il-kuntratt ma għandux ikollu effett legali iktar.

Il-garanzija għandha tiġi ddepożitata skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 [3].

Il-ħtieġa ewliena fit-tifsira ta’ l-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament għandha tkun l-implimentazzjoni, fil-limiti stabbiliti taż-żmien, tal-miżuri riferiti fil-kuntratt.

Il-garanzija għandha tiġi rrilaxjata fil-limitu taż-żmien u bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament għall-ħlas tal-bilanċ.

4. Il-korp kompetenti kontrattanti għandu jibgħat minnufih kopja tal-kuntratt lill-Kummissjoni.

Artikolu 8

1. Wara li l-kuntratt ikun ġie ffirmat, il-kuntrattur jista’ jissottometti lill-korp kompetenti applikazzjoni għal ħlas bil-quddiem.

Dan l-avvanz jista’ jkopri sa 30 % tal-finanzjament Komunitarju.

Il-korp kompetenti għandu jħallas l-avvanz mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru tas-sena interessata.

Il-ħlas ta’ l-avvanz għandu jkun bla ħsara għad-depożitu favur il-korp kompetenti ta’ garanzija ekwivalenti għal 110 % ta’ dan l-avvanz skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

2. L-applikazzjonijiet għall-ħlas għandhom jiġu ssottomessi kull kwart tas-sena u akkumpanjati bid-dokumenti ta’ appoġġ u rapport interim dwar l-implimentazzjoni tal-kuntratt.

Madankollu, il-ħlasijiet u l-avvanz riferiti fil-paragrafu 1 ma jistgħux jaqbżu, meta aggregati, il-75 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja totali Komunitarja.

3. L-applikazzjonijiet għall-ħlas tal-bilanċ għandhom jiġu ssottomessi qabel it-tmiem tar-raba’ xahar mit-tkomplija tal-miżuri koperti bil-kuntratt. Għandhom ikunu akkumpanjati bi:

(a) id-dokumenti approprjati ta’ appoġġ;

(b) sommarju tax-xogħol imwettaq;

(ċ) rapport dwar il-valutazzjoni interna tar-rizultati miksuba, kif jistgħu jiġu aċċertati fid-data tar-rapport u dwar l-użu li jista’ jsir minnhom.

Għajr f’każijiet ta’ forza maġġuri, meta applikazzjoni għall-ħlas tal-bilanċ mad-dokumentazzjoni rilevanti tiġi ssottomessa tard, il-bilanċ għandu jiġi mnaqqas bi 3 % għal kull xahar li fih ikun ingħata tard.

4. Il-ħlas tal-bilanċ għandu jkun bla ħsara li jiġu ċċekkjati d-dokumenti riferiti fil-paragrafu 3.

Il-bilanċ għandu jiġi mnaqqas fil-proporzjon tan-nuqqas tat-twettiq tal-ħtieġa ewliena riferita fl-Artikolu 7(3).

5. Il-garanzija riferita fil-paragrafu 1 għandha tiġi rrilaxxjata sakemm l-intitolament definittiv għall-ammont avvanzat ikun ġie stabbilit meta jitħallas il-bilanċ.

6. Il-korp kompetenti għandu jagħmel il-ħlasijiet riferiti fil-paragrafi 1 u 5 fi żmien tliet xhur minn meta jkun irċieva l-applikazzjoni. Madankollu, jista’ jirritardja l-ħlas riferit fil-paragrafi 2 u 4 meta jkunu meħtieġa kontrolli addizzjonali.

7. Il-korp kompetenti għandu jibgħat ir-rapporti tal-valutazzjoni riferiti fil-paragrafu 3 lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli.

8. L-ammont ġenerali għal kull wieħed mill-Istati Membri stabbilit ta’ kull sena skond l-Artikolu 3 għandu jiġi kkonvertit fi flus korrenti nazzjonali bir-rata tal-biedja tal-konverżjoni li tkun tapplika fl-1 ta’ April tas-sena interessata. Madankollu, għas-sena 1997 id-data rilevanti għandha tkun l-1 ta’ Mejju.

Artikolu 9

1. Il-korpi kompetenti għandhom jieħdu l-passi meħtieġa għalbiex jivverifikaw, b’mod partikolari permezz ta’ kontrolli tekniċi, amministrattivi u tal-kontabbiltà fuq il-kuntrattur, fuq kull sieħeb u subkuntrattur:

(a) l-eżattezza tat-tagħrif u d-dokumenti ta’ appoġġ forniti;

(b) it-twettiq ta’ l-obbligi kollha stabbiliti fil-kuntratt.

Għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni bir-riżultati tal-kontrolli.

2. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, meta l-kuntrattur jimplimenta l-miżuri fi Stat Membru ieħor minn dak li fih il-korp kompetenti kontrattanti jkun stabbilit, il-korp kompetenti ta’ l-Istat Membru interessat għandu joffrilu l-assistenza kollha meħtieġa.

3. Il-korp kompetenti ta’ l-Istat Membru interessat għandu jistabbilixxi l-iktar mezz approprjat għalbiex jitwettqu l-kontrolli fuq il-miżuri implimentati fil-pajjiżi terzi u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan.

4. Il-Kummissjoni tista’ f’kull ħin tieħu sehem fil-verifiki u l-kontrolli riferiti fil-paragrafi 1, 2 u 3.

Tista’ wkoll twettaq kontrolli addizzjonali jekk tikkunsidra dawn meħtieġa.

Artikolu 10

Matul l-aħħar sena tal-programm, għandha titwettaq valutazzjoni esterna tal-miżuri ppjanati u approvati minn korp indipendenti magħżul mill-Istat Membru bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

Il-valutazzjoni esterna għandu jkun fiha valutazzjoni tar-rizultati miksuba fejn għandhom x’jaqsmu l-miri stabbiliti għall-mizuri ppjanati u approvati u analiżi ta’ l-effettività taħt il-profil tal-ġestjoni u ta’ l-ispejjeż ta’ kull miżura u għall-programm kollu fuq il-bazi ta’ l-indikazzjonijiet tat-twettiq tax-xogħol (il-produzzjoni u d-dħul).

Il-valutazzjoni għandha tintbagħat lill-Kummissjoni minnufih.

Il-korp kompetenti għandu jħallas għall-valutazzjoni, li għandha tiġi ffinanzjata fuq l-istess kondizzjonijiet bħall-miżuri promozzjonali.

Artikolu 11

1. Fejn isiru ħlasijiet mhux dovuti, il-benefiċjarju għandu jħallas lura l-ammonti interessati flimkien ma’ l-imgħax ikkalkolat fuq il-bażi taż-żmien li jgħaddi bejn il-ħlas u l-ħlas lura mill-benefiċjarju.

Ir-rata ta’ l-imgħax li trid tiġi użata għandha tkun dik applikata mill-Istitut Monetarju Ewropew għall-ħidmiet tiegħu fl-ecus li tkun tapplika fid-data tal-ħlas mhux dovut, ippubblikata fis-serje "C" tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, miżjuda bi tliet punti perċentwali.

2. L-ammonti rkuprati u l-imgħax rilevanti għandhom jitħallsu lill-aġenziji u lid-dipartimenti tal-ħlas u dawn inaqqsu minnhom in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji fil-proporzjon tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji Komunitarji.

Artikolu 12

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta’ Mejju 1997.

Għal-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 308, tad-29.11.1996, p. 7.

[2] ĠU L 55, tat-2.3.1968, p. 1.

[3] ĠU L 205, tat-3.8.1985, p. 5.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-APPLIKAZZJONI GĦALL-ASSISTENZA

I.

TAGĦRIF ĠENERALI

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

II

ID-DESKRIZZJONI TAL-PROGRAMM

Il-programmi jrid ikun fihom mill-inqas dan li ġej:

1. Sommarju tal-programm li jirrigwarda l-aspetti riferiti fil-punti 3 sa 6 (mhux iktar minn żewġ paġni).

2. Ir-Raġunijiet u l-miri.

3. Il-miżuri proposti.

4. L-Istrateġija: il-miri li jridu jintlaħqu, il-metodi, il-fażijiet ta’ l-implimentazzjoni u l-iskeda taż-żmien.

5. L-implimentazzjoni tal-miżuri: id-dettalji ta’ l-aspetti tekniċi, xjentifiċi, ekonomiċi, finanzjarji, tal-medja u loġistiċi.

6. Ir-riżultati antiċipati u l-vantaġġi għas-suq tas-settur u tal-Komunità.

7. Il-kriterji sabiex jistmaw il-progress u r-riżultati mat-tkomplija tal-programm.

8. Il-prospetti rigward l-użu u t-tixrid tar-riżultati.

III.

L-ESTIMI FINANZJARJI

L-estimi finanzjarji netti għall-miżuri, qabel it-taxxa, espressi f’ecus, imqassma wieħed wieħed u rraġjonati [1], fejn juru kif l-ammont irid jiġi allokat skond il-kategorija u skond is-sena.

[1] Fuq il-bażi ta’ l-estimi finanzjarji, il-piżijiet, eċċ. u, fil-każ ta’ subkuntrattazzjoni, l-offerti.

--------------------------------------------------

Top