Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R0004

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 4/97 tat-3 ta' Jannar 1997 li jikkonċerna l-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

    ĠU L 3, 7.1.1997, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 04/06/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/4(1)/oj

    31997R0004



    Official Journal L 003 , 07/01/1997 P. 0001 - 0002


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 4/97

    tat-3 ta' Jannar 1997

    li jikkonċerna l-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2493/96 [2], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu,

    Billi sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi hawn fuq, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifika ta' l-oġġetti riferuti fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawk ir-regoli wkoll japplikaw għal xi nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn disposizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bl-intenzjoni ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħra li jirrigwardaw il-kummerċ ta' l-oġġetti;

    Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament preżenti jridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2, skond r-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3;

    Billi hija aċċettata li informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri dwar il-klassifika ta' l-oġġetti fin-nomenklatura magħquda u li mhumiex konformi mad-drittijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament, jistgħu jkomplu jintalbu, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta'Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], għal perjodu ta' tlett xhur mid-detentur;

    Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma b'mod konformi ma' l-opinjoni tat-Taqsima tan-Nomenklatura tat-Tariffa u Statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma issa kklassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda skond il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija hawn fuq.

    Artikolu 2

    L-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li ma hijiex konformi mad-drittijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament tista' tkompli tintalab skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tlett xhur.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-3 ta' Jannar 1997.

    Għall-Kummissjoni

    Mario Monti

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

    [2] ĠU L 338, tat-28.12.1996, p. 27.

    [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Deskrizzjoni | Klassifika (kodiċi tan-NM) | Raġuni |

    (1) | (2) | (3) |

    | |

    Preparazzjoni forma ta' krema b'togħma ta' menta jew żerriegħa tal-ħlewwa jew ta' ġel b'togħma ta' menta, magħmul minn: | 33061000 | Il-klassifika hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, nota 1 (d) tal-Kapitolu 30 u l-kliem tal-kodiċi 3306 u 33061000. |

    Disodium flourophosphate | 0,760 g | |

    Sodju fluoride (250 mg fluoride attiv għal kull 100 g) | 0,3315 g | |

    sodju benzoate | 4 g | |

    expicient q.s.p. | 100 g | |

    Din il-preparazzjoni użata bħala toothpaste, tkun għall-bejgħ f'format standard ta' 50, 75 u 125ml | |

    --------------------------------------------------

    Top