EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0800

97/800/KEFA, KE, Euratom: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni u l-kunsill tat-30 ta' Ottubru 1997 dwar l-ilħuq tal-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq in-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, fuq in-naħa l-oħra

ĠU L 327, 28.11.1997, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/800/oj

Related international agreement

31997D0800



Official Journal L 327 , 28/11/1997 P. 0001 - 0002


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni u l-kunsill

tat-30 ta' Ottubru 1997

dwar l-ilħuq tal-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq in-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, fuq in-naħa l-oħra [1]

(97/800/KEFA, KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 54(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 57(2), u l-Artikoli 66, 73c (2), 75, 84 (2), 99, 100, 113 u 235, konġuntivament mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 228(2) u t-tieni ta' l-Artikolu 228(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u partikolarment, it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-kunsens tal-Parlament Ewropew [2],

Wara illi ikkonsultaw il-Kumitat konsultattiv KEFA u bil-qbil tal-Kunsill,

Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill mogħtija skond l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,

Billi l-konklużjoni tal-Ftehim għas-Sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri min-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, iffirmat nhar l-24 ta' Ġunju 1994 f'Korfu, ser jikkontribwixxi għall-ilħuq ta' l-għanijiet tal-Komunitajiet Ewropej;

Billi l-għan ta' dak il-Ftehim huwa illi jsaħħaħ in-nessi stabbiliti partikolarment bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliċi Sovjetika Soċjalista dwar is-sengħa u l-Koperazzjoni, iffirmat nhar it-18 ta' Diċembru, 1989 u approvat mid-Deċiżjoni 90/116/KEE [3];

Billi ċerti obbligazzjonijiet, previsti mill-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni barra mill-ambitu tal-politika kummerċjali tal-Komunità, jaffettwaw jew x' aktarx jeffettwaw l-arranġamenti stabbiliti mill-Att Komunitarju adottati fl-arjiet tad-dritt ta' l-istabbiliment, trasport u t-trattament ta' l-impriżi;

Billi l-imsemmi Ftehim jimponi fuq il-Komunitajiet Ewropej ċerti obbligazzjonijiet fir-rigward tal-movimenti tal-kapital u l-pagamenti bejn il-Komunità u r-Russja;

Billi, barra minn hekk, sal-punt safejn l-imsemmi Ftehim jeffettwa id-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 fuq is-sistemi komuni tat-taxxa applikabbli lill-għaqdiet, diviżjonijiet, trasferimenti ta' assi u skambju ta' l-ishma fir-rigward ta' kumpanniji ta' Stati Membri differenti [4], id-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 fuq is-sistemi komuni tat-taxxa applikabbli fil-kas ta' kumpaniji parenti u sussidwarji ta' Stati Membri differenti [5], u illi huma ibbażati fuq l-Artikolu 100 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, dak l-Artikolu għandha jintuża bħala bażi legali;

Billi ċerti disposizzjonijiet ta' l-imsemmi Ftehim jimponu fuq il-Komunità obbligazzjonijiet fl-oqsma fil-provvista tas-servizzi illi jmorru lil hinn mill-qafas transkonfini;

Billi ċerti disposizzjonijiet ta' l-imsemmi Ftehim illi għandhom jiġu implimentati mill-Komunità, it-Trattat illi jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ma jagħmel l-ebda disposizzjoni għall-poteri speċifiċi;

Billi huwa għaldaqstant meħtieġ illi jsir rikors għall-Artikolu 235 tat-Trattat,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim dwar is-Sħubija u l-Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, fuq in-naħa l-oħra, flimkien mal-Protokoll u d-dikjarazzjoni, huwa qiegħed jiġi hawnhekk approvat f'isem il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

It-testi huma annessi ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1. Il-posizzjoni illi għandha tiġi adottata mill-Komunità fil-Kunsill ta' Koperazzjoni u l-Kumitat ta' Koperazzjoni għandha tiġi determinate mill-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, jew meta approprjat, mill-Kummissjoni, f'kull każ skond id-disposizzjonijiet relevanti tat-Trattat illi jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

2. Skond l-Artikolu 91 tal-Ftehim tas-Sħubija u l-Koperazzjoni, il-President tal-Kunsill għandu jippresjedi l-Kunsill ta' Koperazzjoni u għandu jippreżenta l-posizzjoni tal-Komunità. Rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jippresjedi l-Kumitat ta' Koperazzjoni skond ir-regoli ta' proċeduri u għandu jippreżenta l-posizzjoni tal-Komunità.

3. Id-deċiżjoni sabiex jiġu pubblikati r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Koperazzjoni u l-Kumitat ta' Koperazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għandha tittieħed fuq il-bażi tal-merti tal-każ mill-Kunsill u l-Kummissjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika preskritta fl-Artikolu 112 tal-Ftehim f'isem il-Komunajiet Ewropej. Il-President tal-Kummissjoni għandu jagħti din in-notifika f'isem il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

Magħmul fil-Lussemburgu, 30 Ottubru 1997.

Għall-Kummissjoni

J. Santer

Il-President

F'isem il-Kunsill

Il-President

F. Boden

[1] Dan il-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni ġie iffirmat mar-Russja fl-24 ta' Ġunju 1994 mill-Komunitajiet Ewropej u t-tnax-il Stat Membru ta' dak iż-żmien. Wara t-tkabbar, kien ġie iffirmat Protokoll Addizjonalli mar-Russja fil-21 ta' Mejju, 1997 sabiex ikunu jistgħu jagħmluha possibbli għall-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja illi jsiru membri fil-Ftehim flimkien mat-tnax Stat Membru l-ieħor u sabiex jagħmlu uffiċjali.l-verżjonijiet tal-Ftehim bl-Isvediż u l-Finlandiż.Wara t-tkomplija tal-proċeduri meħtieġa, l-Komunitajiet u l-Istati Membri tagħhom iddeċidew ukoll – wara l-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija – illi japplikaw id-disposizzjonijiet tal-Protokoll Addizjonali sakemm jidħol fis-seħħ, skond l-Artikolu 4 tiegħu. Għaldaqstant, it-test tal-Ftehim ta' Sħubija illi jinsab fl-edizzjoniijiet bl-Isvediż u l-Finlandiż tal-Ġurnal Uffiċjali huwa wieħed illi jsir uffiċjali mill-Protokoll Addizzjonali.Il-Ftehim tas-Sħubija u l-Koperazzjoni konkluż mar-Russja għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 1997, wara illi jkunu tlestew sat-30 ta' Ottubru 1997in-notifiki dwar it-tlestija tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 112, it-tieni paragrafu.

[2] ĠU C 339, tat-18.12.1995, p. 45.

[3] ĠU L 68, tal-15.3.1990, p. 1.

[4] ĠU L 225, ta' l-20.8.1990, p. 1.

[5] ĠU L 225, ta' l-20.8.1990, p. 6.

--------------------------------------------------

Top