Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0178

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Frar 1997 dwar id-definizjoni ta' metodoloġija fuq it-tranżizzjoni bejn is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Nazzjonali u Reġjonali fil-Komunità (ESA 95) u s-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Ekonomiċi Integrati (ESA it-tieni edizzjoni) (Test b'relevanza maż-ŻEE)

    ĠU L 75, 15.3.1997, p. 44–75 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/178/oj

    31997D0178



    Official Journal L 075 , 15/03/1997 P. 0044 - 0075


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    ta' l-10 ta' Frar 1997

    dwar id-definizjoni ta' metodoloġija fuq it-tranżizzjoni bejn is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Nazzjonali u Reġjonali fil-Komunità (ESA 95) u s-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Ekonomiċi Integrati (ESA it-tieni edizzjoni)

    (Test b'relevanza maż-ŻEE)

    (97/178/KE, Euratom)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità ta' l-Enerġija Atomika,

    Wara li kkunsdrat l-Artikolu 8(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità [1], u l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom tat-13 ta' Frar 1989 fuq l-armonizazzjoni tal-kompilazzjoni tal-prodott gross nazzjonali fil-prezzijiet tas-suq [2],

    Billi il-Kummissjoni tantiċipa t-tneħħija ta' riservi fuq l-istimi tal-GNP ta' l-Istati Membri sal-31 ta' Diċembru 1998;

    Billi hemm differenzi bejn ir-riżultati ġejjin mill-użu ta' l-ESA 95 u l-użu ta' l-ESA tat-tieni edizzjoni;

    Billi sabiex ikun applikat l-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 2223/96 fuq l-ESA 95, huwa meħtieġ li jiġu identifikati, sa mhux iktar tard minn Diċembru 1996, id-differenzi bejn l-ESA 95 u t-tieni edizzjoni ta' l-ESA u biex jiġi evalwat l-impatt tagħhom, sabiex tinkiseb l-informazzjoni għall-GDP u l-GNP skond it-tieni edizzjoni ta' l-ESA mill-informazzjoni għall-GDP u GNP skond l-ESA 95;

    Billi, jekk jiġu identifikati aktar differenzi bejn it-tieni edizzjoni ta' l-ESA u l-ESA 95 li għandom impatt fuq il-GDP jew GNP wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri, skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2223/96, sabiex ikun modifikat l-Anness ta' din id-Deċiżjoni;

    Billi l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89 tad-29 ta' Mejju 1989 li timplimenta d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom fuq is-sistema tar-riżorsi tal-Kummissjoni stess [3], jipprovdi li, flimkien ma' l-Istat Membru interessat, il-Kummissjoni għandha kull sena tinspezzjona l-aggregati provduti għall-għanijiet tar-riżorsi tagħha stess, speċjalment f'każijiet notifikati mill-Kumitat tal-GNP;

    Billi il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni għandhom ikunu applikati, waqt li jitqies il-prinċipju tal-prezz/effettivitá waqt li tassigura kwalitá tajba għall-stimi ta' l-GDP u GNP;

    Billi il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/130/KEE, Euratom,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-differenzi fid-definizzjonijiet bejn it-tieni edizzjoni ta' l-ESA u l-ESA 95 li kienu identifkati u miftiehma mill-Kumitat tal-GNP qabel il-31 ta' Diċembru 1996 u li għandhom impatt fuq il-GDP jew il-GNP huma elenkati fl-Anness. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw u jiddokumentaw kull waħda minn dawn id-differenzi fid-definizzjonijiet, billi japplikaw il-prinċipju mfassal fl-Artikolu 2. Huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni u l-ispjegazzjonijiet meħtieġa fuq kull waħda mid-differenzi skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 89/130/KEE, Euratom.

    Artikolu 2

    L-informazzjoni dwar il-GNP bbażata fuq it-tieni edizzjoni ta' l-ESA u fornita b'konformità mad-Direttiva 89/130/KEE, Euratom u l-informazzjoni dwar il-GDP ikkomunikata konformement mar-Regolament tal-Kunsill (KE) 3605/93 tat-22 ta' Novembru 1993 fuq l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tad-defiċit eċċessiv annessa mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea [4], joħorġu minn informazzjoni bbażata fuq l-ESA 95 u trasmessa mill-Istati Membri konformement ma' l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2223/96 b'aġġustament ta' l-informazzjoni l-aħħar imsemmija sabiex jitqies l-impatt tad-differenzi fid-definizzjonijiet bejn it-tieni edizzjoni ta' l-ESA u l-ESA 95 iċċitat fl-Artikolu 1.

    Dan il-prinċipju jista' jkun imqassar fl-ekwazzjonijiet li ġejjin:

    (a) informazzjoni tal-GDP ibbażata fuq it-tieni edizzjoni ta' l-ESA

    - informazzjoni tal-GDP bbażata fuq l-ESA 95

    - is-somma ta' l-ammonti kwantifkati għad-differenzi fid-definizzjonijiet bejn l-ESA 95 u it-tieni edizzjoni ta' l-ESA imsemmija fl-Artikolu 1;

    (b) informazzjoni tal-GNP ibbażata fuq it-tieni edizzjoni ta' l-ESA

    - informazzjoni tal-GNP ibbażata fuq l-ESA 95

    - is-somma ta' l-ammonti kkwantifkati għad-differenzi fid-definizzjonijet bejn l-ESA 95 u it-tieni edizzjoni ta' l-ESA iċċitat fl-Artikolu 1.

    Artikolu 3

    1. Id-dispożizzjonijiet preskritti fl-Artikoli 1 u 2 ta' din id-Deċiżjoni għandhom jgħoddu għal:

    (a) informazzjoni tal-GNP għas-sena 1998 u s-snin sussegwenti li tingħata konformement mad-Direttiva 89/130/KEE, Euratom, u waqt li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/728/KE, Euratom tal-31 ta' Ottubru 1994 fuq is-sitema tar-riżorsi tal-Komunitajiet Ewropej stess [5] tibqa' fis-seħħ;

    (b) informazzjoni tal-GDP għas-sena 1998 li tingħata għall-għanijiet tar-Regolament (KE) 3605/93.

    Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jgħoddu ukoll għal:

    (ċ) informazzjoni tal-GNP u l-GDP għas-snin mill-1995 sa l-1997, li l-Istati Membri jistgħu jipprovdu fuq il-bażi ta' l-ESA 95 għall-għanijiet tad-Direttiva u r-Regolament imsemmi fil-paragrafu 1 (a) u (b).

    2. Meta tingħata informazzjoni koperta b'1 (ċ), l-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Kummissjoni, jikkommunikaw l-ammonti riżultanti mid-differenzi fid-definizzjonijiet bejn it-tieni edizzjoni ta' l-ESA u l-ESA 95.

    Artikolu 4

    Jekk id-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom tibqa' fis-seħħ wara il-31 ta' Diċembru 1999, il-Kummissjoni tirrevedi id-Deċiżjoni preżenti u tieħu, jekk ikun meħtieġ, il-miżuri xerqa.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-10 ta' Frar 1997.

    Għall-Kummissjoni

    Yves-Thibault De Silguy

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 310, tat-30.11.1996, p. 1.

    [2] ĠU L 49, tal-21.2.1989, p. 26.

    [3] ĠU L 155, tas-7.6.1989, p. 1.

    [4] ĠU L 332, tal-31.12.1993, p. 7.

    [5] ĠU L 293, tat-12.11.1994, p. 9.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    IL-BIDLIET MILL-ESA 79 GĦALL-ESA 95 LI JAFFETTWAW IL-PGD (PRODOTT GROSS DOMESTIKU) JEW IL-PGN (PRODOTT GROSS NAZZJONALI)

    Il-Lista tal-bidliet

    Il-bidliet li ġejjin tal-kunċett b'impatt fur il-PGD jew il-PGN huma deskritti f'dan l-istudju:

    1. Il-Kriterji tar-residenza

    2. Is-Servizzi ta' l-intermedjazzjoni finanzjarja mkejla indirettament (Fisim)

    3. L-Assikurazzjoni

    4. Il-Qligħ mill-investiment dirett

    5. Id-Dħul mill-imgħax

    6. It-Tkabbir naturali kkultivat tal-pjanti

    7. Is-software tal-kompjuterijiet u databases kbar

    8. It-Tagħmir u l-vetturi militari, għajr għall-armi tal-gwerra

    9. Ix-xogħol għaddej dwar is-servizzi

    10. In-Nefqiet fuq l-esplorazzjoni tal-minerali

    11. Il-Konsum tal-kapital fiss fuq it-toroq, pontijiet, eċċ.

    12. Il-Liċenzi u l-piżijiet tal-gvern

    13. Il-Valutazzjoni tal-produzzjoni għall-użu finali akklont tiegħu nnifsu u l-produzzjoni ta' mill-attivitajiet volontarji

    14. Il-Għatba (livell stabbilit) ta' oġġetti ta' kapital

    15. Il-Kriterji tas-suq/mhux tas-suq

    16. Is-Sussidji

    17. IL-Oriġinali tad-divertiment, letterarji u artistiċi

    18. Is-Servizzi assoċjati mal-liċenza sabiex jintużaw l-oriġinali tad-divertiment, letterarji u artistiċi

    19. Il-Garaxxijiet

    20. It-Taxxi fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi mħallsa mill-familji

    21. Il-Pagi u s-salarji in natura

    22. Il-Liċenzi sabiex jintużaw f'attivi intanġibbli u mhux prodotti

    23. It-Taxxi tal-bolol

    It-Terminoloġija

    Huwa l-waqt fejn għandha ssir rimarka a priori li tirrigwarda t-terminoloġija. Għandu jiġi osservat illi numru ta' kunċetti mill-ESA 79 elenkati fil-kwestjonarju rigward il-PGD ġew aboliti fl-ESA 95. Eżempji ta' dan huma l-produzzjoni fi prezzijiet tas-suq (P10), il-valur gross miżjud bi prezzijiet tas-suq (N1p) u l-konsum finali fuq it-territorju ekonomiku (P3B). Madankollu, il-fatt illi ċerti kunċetti ta' l-ESA 79 ġew mibdula b'oħrajn iktar pertinenti fl-ESA 95 ovvjament ma jfissirx illi ma jistgħux jiġu kkumpilati l-kunċetti l-qodma fil-kuntest ta' l-ESA 95. L-aggregati ta' l-ESA 79 jistgħu, naturalment, jiġu kkalkolati mill-kontijiet iddettaljati nazzjonali fuq il-bażi ta' l-ESA 95, sakemm kull waħda mill-bidliet fil-kunċett titqies b'mod separat. Saħansitra minkejja illi l-valur miżjud gross bi prezzijiet tas-suq mhux kunċett fih innifsu fl-ESA 95, huwa evidentement b'tifsira li wieħed jitkellem u jnissel il-valur miżjud gross bi prezzijiet tas-suq, mogħti illi l-komponenti kollha li jikkostiwixxu l-aggregat huma stmati skond ir-regoli ta' l-ESA 95.

    It-Tabella sommarja

    L-impatt ta' kull waħda mill-bidliet ta' hawn fuq rigward il-kunċett huwa ssommarizzat fit-Tabella 1.

    It-Tabella 1 tiddeskrivi l-moviment mill-ESA 79 għall-ESA 95. Il-kolonni fit-tabelli jikkorrispondu mal-bidliet tal-kunċett u jiġu identifikati min-numri fuq il-lista ta' hawn fuq tal-bidliet. Fit-tabella, "+" jissinifika impatt b'sinjal pożittiv fuq l-oġġett fil-kwistjoni, "P" impatt negattiv, "x" impatt li jista' jiġri imma li s-sinjal tiegħu ma jistax jiġi stabbilit a priori.

    Il-Ħtiġet tar-rappurtaġġ

    Id-dokument jirrigwarda l-implimentazzjoni tal-bidliet xi kultant komplessi tad-definizzjonijiet bejn l-ESA 79 u l-ESA 95 u għalhekk l-analiżijiet ippreżentati jidħlu fid-dettal ħafna. Il-grad tad-dettal ma għandhux jinftiehem bħala ħtieġa tar-rappurtaġġ.

    It-Tabella 1

    Il-Qlib mill-ESA 79 għall-ESA 95

    Nota:

    (+) L-Impatt b'sinjal pożittiv (ikbar minn jew daqs 0)

    (-) L-Impatt b'sinjal negattiv (iżgħar minn jew daqs 0)

    (x) L-Impatt jista' jiġri, sinjal mhux magħruf a priori

    (?) Impatt li x'aktarx ma jkunx rilevanti għall-għanijiet tar-raba' riżors

    IL-KWESTJONARJU TAL-PGN (ESA 79) | Il-Bidla tan-numru tal-kunċett |

    Il-Kodiċi ta' l-ESA | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 | 11 | 12 | 13 | 14 | 15 | 16 | 17 | 18 | 19 | 20 | 21 | 22 | 23 |

    L-AVVIĊINAMENT SKOND IL-PRODUZZJONI

    1Il-Produzzjoni ta' l-oġġetti u s-servizzi (bil-prezzijiet tal-produtturi, minbarra l-VAT iffatturat) | P10 | x | | + | | | x | x | x | x | | + | | + | | x | – | + | + | + | + | + | + | + |

    2Il-Konsum intermedju (bil-prezzijiet tax-xerrejja, minbarra l-VAT deduttibbli) | P20 | x | x | + | | | | – | – | | – | | + | | + | | – | + | + | + | | – | + | + |

    3Il-Valur miżjud gross bi prezzijiet tas-suq (minbarra l-VAT) | N1p | x | x | x | | | x | + | + | x | + | + | – | + | – | x | – | x | x | + | + | + | x | + |

    4Il-VAT fuq il-prodotti | R21 | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |

    5It-Taxxi marbuta ma' l-importazzjonijiet (minbarra l-VAT) | R29 | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | + | | | |

    6Is-Sussidji ta' l-importazzjonijiet | R39 | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |

    L-AVVIĊINAMENT SKOND IN-NEFQA

    7Il-Konsum finali nazzjonali tal-familji | P3Ap | x | + | + | | | | | | | | | + | + | | x | – | – | | + | + | + | | + |

    8Il-Konsum finali tal-familji residenti fil-bqija tad-dinja | P32 | x | | x | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | + |

    9Il-Konsum finali tal-familji mhux residentri fuq it-territorju ekonomiku | P33 | x | | x | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | + |

    10Il-Konsum finali tal-familji fuq it-territorju ekonomiku | P3Bp | x | + | + | | | | | | | | | + | + | | x | – | – | | + | + | + | | + |

    11Il-Konsum kollettiv ta' l-istituzzjonijiet privati li ma jagħmlux qligħ | P3Bp | | + | + | | | | x | | | | | – | – | x | x | | – | x | | | | x | + |

    12Il-Konsum kollettiv tal-gvern ġenerali | P3Bp | | + | + | | | | x | x | | | + | – | – | x | x | | – | x | | | | x | |

    13Il-Konsum finali fuq it-territorju ekonomiku | P3B | | + | + | | | | x | x | | | + | – | x | x | x | – | – | x | + | + | + | x | – |

    14Il-Formazzjoni tal-kapital fiss gross | P41 | | + | + | | | | | + | | | + | – | | | | | | | | | + | | |

    15Il-Bidliet fil-ħażniet | P42 | x | | | | | x | | | x | | | | | | | | | | | | | | |

    16L-Esportazzjonijiet ta' l-oġġetti u s-servizzi | P50 | x | + | + | | | | | | | | | | | | | | + | + | x | | | + | |

    17L-Importazzjonijiet ta' l-oġġetti u s-servizzi | P60 | x | + | + | | | | | | | | | | | | | | + | + | x | | | + | |

    18Il-Bilanċ ta' l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet | P50-60 | x | x | x | | | | | | | | | | | | | | x | x | x | | | x | |

    L-AVVIĊINAMENT SKOND ID-DĦUL

    19Il-Kumpens lill-impjegati mħallas mill-unitajiet residenti | R10 | x | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |

    20L-ammont żejjed gross operattiv fuq l-ekonomija | N2 | x | x | x | | | x | + | + | x | + | + | | + | – | x | – | x | x | + | | | x | |

    21It-Taxxi marbuta mal-produzzjoni u l-importazzjonijiet | R20 | x | | | | | | | | | | | – | | | | | | | | + | | | + |

    22Is-Sussidji tal-produzzjoni u l-importazzjonijiet | R30 | x | | | | | | | | | | | | | | x | | | | | | | | |

    23IL-PRODOTT GROSS DOMESTIKU FI PREZZIJIET TAS-SUQ | N1 | x | x | x | | | x | + | + | x | + | + | – | + | – | x | – | x | x | + | + | + | x | + |

    24Il-Kumpens ta' l-impjegati rċevut mill-bqija tad-dinja | | x | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | + | | |

    25Il-Kumpens ta' l-impjegati mħallas lill-bqija tad-dinja | | x | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | + | | |

    26Id-Dħul mill-proprjetà u mill-impreditorjat irċevut mill-bqija tad-dinja | | x | x | + | + | x | | | | | | | | | | | | – | – | X | | | | |

    27Id-Dħul mill-proprjetà u mill-impreditorjat imħallas lill-bqija tad-dinja | | x | x | + | + | x | | | | | | | | | | | | – | – | x | | | | |

    28IL-PRODOTT GROSS NAZZJONALI FI PREZZIJIET TAS-SUQ | | x | + | x | x | x | x | + | + | x | + | + | – | + | – | x | – | x | x | + | + | x | x | + |

    1. Il-Kriterji tar-residenza

    Il-Kliem ta importanza kbira (ċavetta)

    | L-ESA 79 | L-ESA 95 |

    L-Istudenti | 207, 210ċ | 2.10 |

    L-Istallazzjoni tat-tagħmir | 207 | 2.09 in-nota 1 fil-qiegħ tal-paġna |

    Il-Kostruzjoni fil-bqija tad-dinja | 207 | 2.09 in-nota 1 fil-qiegħ tal-paġna, 2.15a |

    Id-Deskrizzjoni tal-bidla

    L-ESA 95 tagħti kriterji espliċiti tar-residenza għall-istudenti, l-istallazzjoni tat-tagħmir u l-attivitajiet tal-kostruzzjoni fil-bqija tad-dinja (ROW). F'kull wieħed mill-każjiet il-kriterji huma differenti minn dawk ta' l-ESA 95.

    L-ESA 95 tiddikjara illi l-istudenti jridu dejjem jiġu meqjusa bħala residenti f'pajjiżhom, irrispettivament mit-tul taż-żmien li jqattgħu barra minnu. Fl-ESA 97 ingħataw ukoll kiterji tar-residennza daqstant espliċiti imma differenti (ir-regola ta' sena). Għalhekk hemm bidla ċara fir-regoli bejn l-ESA 79 u l-ESA 95.

    Rigward l-istallazzjoni tat-tagħmir u l-attivitajiet tal-kostruzzjoni li jikkostitwixxu l-formazzjoni ta' kapital fiss gross fil-bqija tad-dinja, l-ESA 95 tagħti wkoll gwida partikolari u espliċita dwar ir-residenza. Fil-każ ta' l-istallazzjoni tat-tagħmir, il-produzzjoni tiġi rreġistrata fil-pajjiż ta' l-oriġini, mhux fil-pajjiż ta' l-istallazzjoni. Fil-każ ta' l-attivitajiet tal-kostruzzjoni fil-bqija tad-dinja li jikkostitwixxu l-formazzjoni tal-prodott gross fiss, il-produzzjoni hija rreġistrata fit-territorju fejn issir il-kostruzzjoni.

    L-ESA 79 ma tagħti l-ebda gwida partikolari f'dan l-aħħar żewġ każijiet. Għahekk, il-kriterji tar-residenza li jridu jiġu applikati għal dawn l-attivitajiet skond l-ESA 79 humal-kriterji ġenerali moħtija fil-paragrafu 207 (jiġifieri, tiġi invokata r-regola ta' sena għalbiex tiġi deċiża r-residenza) B'hekk ikun hemm bidla fil-kriterji li jridu jiġu aplikati f'kull wieħed miż-żewġ każijiet bejn l-ESA 79 u l-ESA 95. Skond l-ESA 95, is-servizzi ta' l-istallazzjni ma jitqesux iktar bħala l-produzzjoni tat-territorju fejn issir l-istallazzjoni saħansitra jekk l-attività ddum għal iktar minn sena. Skond l-ESA 95 ukoll, l-attivitajiet tal-kostruzzjoni li jikkostitwixxu l-formazzjoni ta' kapital fiss gross jitqiesu bħala l-produzzjoni tat-territorju li fih isir ix-xogħol tal-kostruzzjoni, saħansitra jekk l-attività ddum għal mill-inqas sena. Għandu jiġi nnotat illi minkejja dawn il-bidliet l-impatt prattiku fuq il-PGN x'aktarx li jkun żgħir jew żero fil-każ ta' ħafna mill-proġetti individwali (ara l-ispjega mogħtija hawn taħt li tirrigwarda l-bgħit tal-qligħ mill-unitajiet residenti nozzjonali).

    Il-Konsewgwenzi tal-bidliet

    It-trattament il-ġdid ta' l-istudenti li jkunu qegħdin jistudjaw barra minn pajjiżhom huwa rilevanti biss għall-PGN safejn u sakemm jirrigwarda l-mogħdija mill-PGD għall-PGN. Id-dħul irċevut jew imħallas minn dawn l-istudentri jista' jitqies bħala qligħ irċevut/imħallas mill-pajjiż ospitatur fl-ESA 79 iżda mill-pajjiż tat-twelid fl-ESA 95. L-ammonti involuti jistgħu jidhru li fil-prattika x'aktarx ikunu żgħar.

    Għalhekk l-attenzjoni teħtieġ li tiġi ffokata biss fuq iż-żewġ ħaġiet l-oħra.

    Fl-avviċinament skond il-produzzjoni, l-istallazzjoni tat-tagħmir barra mill-pajjiż li tissodisfa r-regola ta' sena ta' l-ESA 79 titqies bħala produzzjoni tar-ROW fl-ESA 79, iżda bħala produzzjoni domestika skond lir-regoli ta' l-ESA 95. B'kuntrast ma' dan, l-attività tal-kostruzzjoni fir-ROW li tikkostitwixxi l-formazzjoni tal-kapital fiss gross imwettaq mill-produtturi residenti li ma jissodisfax ir-regola ta' sena ta' l-ESA 79 tiġi rreġistrata bħala produzzjoni ta' l-ekonomija domestika skond ir-regoli ta' l-ESA 79 imma bħala produzzjoni tar-ROW skond ir-regoli ta' l-ESA 95. Il-konsewgwenzi ta' dan rigward il-produzzjoni, il-konsum intermedju u l-valur miżjud gross huma mmarkati fit-Tabella 1.

    Mogħti illi t-transazzjonijiet involuti rrigwardaw kemm l-attività ta' istallazzjoni u tal-kostruzzjoni mill-unitajiet ta' produtturi residenti istituzzjonali barra mill-pajjiż u minn unitajiet ta' produtturi mhux residenrti istituzzjonali fuq it-territorju domestiku, is-sinjal ta' l-impatt nett ma jistax jiġi stabbilit a priori.

    Fl-avviċinament skond in-nefqa, it-trattament il-ġdid ta' l-istudenti għandu implikazzjonijiet fuq il-konsum tal-familji; dawn il-bidliet huma kkontrobilanċjati mill-bidliet għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet. It-trattament il-ġdid tas-servizzi ta' l-istallazzjoni u tal-kostruzzjoni fir-ROW għandu implikazzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet tas-servizzi. Terġa', is-sinjal ta' l-impatt nett irid jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi tal-pajiż.

    Fl-avviċinament skond id-dħul, it-trattament il-ġdid tas-servizzi ta' l-istallazzjoni u tal-kostruzzjoni barra mill-pajjiż it-tnejn x'aktarx li jrid ikollhom impatt sinifikanti fuq il-kumpens ta' l-impjegati kif ukoll fuq l-ammont żejjed operattiv. Ġaladarba t-transazzjonijiet involuti huma t-tnejn lejn u mill-bqija tad-dinja, is-sinjali ta' l-impatt nett iridu jiddependu fuq iċ-ċirkostanzi partikolari.

    Fl-aħħarnett, rigward il-mogħdija minn PGD għall-PGN, l-effetti tat-trattament il-ġdid tas-servizzi ta' l-istallazzjoni u l-kostruzzjoni barra mill-pajjiż fuq il-kumpens ta' l-impjegati u d-dħul mill-proprjetà jirriflettu dawk diġà ttrattati skond l-avviċinament skond id-dħul.

    Għandu jiġi nnotat illi l-ħolqien jew le ta' unità nozzjonali residenti għall-attività tal-kostruzzjoni fir-ROW mill-unitajiet tal-produtturi residenti istituzzjonali huwa newtrali fil-livell tal-GNI skond ir-regoli ta' l-ESA 95, barra minn kull kumpens ta' kapital fiss attribwit lill-użu tal-makkinarju u t-tagħmir fuq is-sit barrani tal-kostruzzjoni, dan nhux bilfors il-każ skond ir-regoli ta' l-ESA 79. In-nuqqas tan-newtralità skond ir-regoli ta' l-ESA 79 huwa minħabba t-trattament differenti tal-qligħ miżmum fuq l-investiment dirett barranti fiż-żewġ sistemi. Madankollu, ġaladarba kull qligħ miżmum mill-kumpaniji li ma għandhomx interess ekonomiku fuq it-territorju ekonomiku tal-pajjiż fejn ikun lokat is-sit tal-kostruzzjoni jrid, skond id-definizzjoni, jiġi rrimpatrijat fi żmien sena, il-problema tal-qligħ miżmum trid bilfors tkun limitata għal għażla dwar jekk iridx jiġi rreġistrat ammont żejjed operattiv mogħti ġġenerat mill-attività tal-kostruzzjoni barra mill-pajjiż fis-sena P1 jew fis-sena t.

    Rigward il-konsum tal-kapital fiss, li jikkostitwixxi komponent ta' l-ammont żejjed gross operattiv, dan jiġi rreġistrat fil-pajjiż fejn il-produttur jitqies li jkun residenti u għalhekk jgħodd bħala parti tal-PGD/PGN ta' dan il-pajjiż. Fil prattika, jista' jidher mhux probabbli li konsum tal-kapital fiss jista' jiġi kkalkolat għal-proġetti individwali tal-kostruzzjoni, u dan iwassal b'mod effettiv li l-konsum kollu tal-kapital fiss jiġi rreġistrat fil-pajjiż tas-sid tal-makkinarju u t-tagħmir.

    Għalhekk il-kwistjoni hija jekk il-ħolqien jew le ta' unità nozzjonali residenti rigward l-attività tal-kostruzzjonifir-ROW jistax jitqies bħala li hu newtrali għal raġunijiet prattiċi rigard il-PGN.

    Fl-agħar każijiet, il-kwistjoni trid taffettwa biss il-ħin tar-reġistrazzjoni jiġifieri d-distribuzzjoni ta' PGN mogħti bejn sentejn ġirien, sakemm naturalment it-transazzjonijiet kollha jiġu rreġistrati b'mod korrett fil-kontijiet.

    Eżempju numeriku

    Ejja ngħidu li proġett tal-kostruzzjoni f'pajjiż B li jdum inqas minn sena, jiswa 1000 u jeħtieġ konsum intermedju ta' 200 u kumpens lill-impjegati ta' 400, jitwettaq minn intrapriża tal-pajjiż A. Fuq is-sit tal-kostruzzjoni jaħdmu biss ħaddiema residenti fil-pajjiż A, u l-materjali kollha jinxtraw mill-pajjiż B. Skond ir-regoli ta' l-ESA 95 is-sit tal-kostruzzjoni huwa ttrattat bħala unità nozzjonali residenti fil-pajjiż B, filwaqt li skond ir-regoli ta' l-ESA 79 ma tinħoloq l-ebda unità nozzjonali minn din. L-ammont żejjed operattiv kollu jiġi mibgħut mill-intrapriża fil-pajjiż A matul il-perjodu taż-żmien tal-kontabbiltà interessat.

    It-tabelli li ġejjin juru l-effetti fuq il-kontijiet tal-pajjiż A. Dawk tal-pajjiż B huma simmetriċi. Innota illi n-newtralità tal-PGN tiddependi fuq li l-ammont żejjed operattiv jiġi rimess fl-istess perjodu taż-żmien tal-kontabbiltà.

    It-trattament tal-kontabbiltà fil-Kontijiet Issimplifikati għan-Nazzjon: il-bidliet ipparagunati mar-reġistrazzjoni skond ir-regoli ta' l-ESA 79.

    Il-Kont ta' l-oġġeti u s-servizzi |

    Ir-Riżorsi | L-Użi |

    P10 | – 1000 | P20 | – 200 |

    P60 | – 200 | P50 | – 1000 |

    Il-Kont tal-Produzzjoni tad-dħul | Il-Kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul | Il-Kont tad-distribuzzjoni |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    P20 | – 200 | P10 | – 1000 | R10 | – 400 | N1 | – 800 | | | N2 | – 400 |

    | | | | | | | | | | R10 (residenti) | – 400 |

    | | | | | | | | | | R10 (mhux residenti) | + 400 |

    N1 | – 800 | | | N2 | – 400 | | | N3 | + 0 | R40 | + 400 |

    L-Użu tal-kont tad-dħul | Il-Kont tal-Kapital | Il-Kont tal-bqija tad-dinja |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | | | | | | | | |

    N4 | + 0 | N3 | + 0 | N5 | + 0 | N4 | + 0 | N5 | + 0 |

    2. Il-Fisim

    Il-Kliem ċavetta (ta' importanza kbira)

    | L-ESA 79 | L-ESA 95 |

    Il-FISIM | 325 ċ) | L-Anness 1 |

    Id-Deskrizzjoni tal-bidla

    Fl-ESA 95, id-deċiżjoni jekk il-Fisim iridx jiġi allokat lill-utenti jew le titħalla miftuħa. Trid tittieħed mill-Kunsill qabel it-tmiem tas-sena 1997. Fl-ESA 79, unità speċjali tikkonsma l-Fisim kollu, bi ftehim taċitu. It-trattament tal-Fisim huwa espliċitu kemm fl-ESA 79 u kemm fl-ESA 95. Tkun trid issir bidla ċara tat-trattament bl-allokazzjoni tal-Fisim (jekk din id-deċiżjoni tiġi kkonfermata), b'impatt fuq il-PGN.

    Il-Konsewgwenzi tal-bidla

    Jekk jiġi deċiż li ma jiġix allokat il-Fisim lill-utenti skond l-ESA 95, ma jkun hemm l-ebda bidla li taffettwa l-kwestjonarju tal-PGN. Jekk, għall-kuntrarju, jiġi deċiż li l-Fisim jiġi allokat lill-utenti, ikun hemm riperkussjonijiet sostanzjali matul is-sistema kollha tal-kontijiet.

    Fl-avviċinament skond il-produzzjoni, il-konsum intermedju jaqa' bl-ammont tal-Fisim prodott fil-post li issa jkun allokat għall-użi finali u jiżdied bl-ammont tal-Fisim importat li jintuża bħala konsum intermedju. Billi jkun hemm żewġ effetti opposti, is-sinjal ta' l-impatt fuq il-konsum intermedju u l-valur miżjud gross ma jistgħux jiġu stabbiliti a priori. F'każijiet estremi, l-effett ta' l-importazzjoni jista' jkun dominanti. Madankollu, fil-prattika, l-effett mill-importazzjonijiet x'aktarx li jkun negliġibbli meta pparagunat ma' dak mill-produzzjoni tal-post, biex b'hekk iwassal għal waqgħa fil-konsum intermedju u żieda fil-valur miżjud gross.

    Fl-avviċinament skond in-nefqa, il-ħaġiet kollha li jkollhom x'jaqsmu mal-konsum finali jridu jkunu bla ħsara għal impatt pożittiv. Rigward il-konsum kollettiv, iż-żieda toħroġ minn żieda fil-konsum intermedju tal-produtturi mhux tas-suq tal-gvern ġenerali u ta' l-istituzzjonijiet privati ta' bla qligħ li jservu lill-familji (PNPISHijiet) li tintitola żieda fil-produzzjoni vvalutata bħala s-somma ta' l-ispejjeż u b'hekk fil-konsum kollettiv. Bl-istess mod, iridu jiġu affettwati l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' l-oġġetti u s-servizzi u l-bilanċ tagħhom, ġaladarba l-ħlasijiet ta' l-imgħax fuq is-self internazzjonali u d-depożiti jikkomprendu element tas-servizzi ta' l-intermedjazzjoni finanzjarja mkejjel b'mod indirett. Iridu jogħlew kemm l-esportazzjonijiet u kemm l-importazzjonijiet, filwaqt li ma jkunx magħruf a priori l-effett fuq il-bilanċ tagħhom. Għal din ir-raġuni, l-effett fuq il-PGN ma jistax jiġi stabbilit a priori, imma f'kuntest Ewropew huwa prattikament ċert li jkun pożittiv.

    Fl-avviċinament skond id-dħul, l-ammont żejjed gross operattiv huwa l-ħaġa waħdiena affettwata. Terġa', minħabba l-importazzjonijiet tal-Fisim, is-sinjal ta' l-impatt nett ma jistax jiġi stabbilit a priori, imma jrid ikun pożittiv għajr f'ċirkostanzi estremi li mhux probabbli li jiġru fl-Unjoni Ewropea.

    Rigward l-mogħdija mill-PGD għall-PGN, id-dħul mill-proprjetà rċevut mir-ROW jiġi mnaqqas bl-ammont li għandu x'jaqsam mas-self konċess lil dawk li ma jkunux residenti li issa jiġi ttrattat bħala esportazzjonijiet tas-servizzi (Fisim). Bl-istess mod, id-dħul mill-proprjetà mħallas lill-bqija tad-dinja jiġi miżjud bl-ammont li jkollu x'jaqsam mad-depożiti miżmuma minn dawk li mhumiex residenti li issa jiġi ttrattat bħala esportazzjonijiet tas-servizzi. Raġunament analogu jgħodd għall-importazzjonijiet tal-Fisim. Naturalment, ir-raġunament huwa illi l-mixi tal-ħlasijiet lejn u mir-ROW jissokta mhux mibdul. Ġaladarba jeżistu effetti opposti li għandhom x'jaqsmu s-self u d-depożiti, ma jistax jiġi stabbilit a priori s-sinjal ta' l-impatt nett fuq id-dħul mill-proprjetà lejn u mir-ROW. Dak li huwa importanti, madankollu, huwa l-osservazzjoni illi l-impatt li jiġi allokat il-Fisim fuq il-bilanċtad-dħul mill-proprjetà rċevut minn għand u mħallas lir-ROW ipatti b'mod eżatt lil dak fuq il-bilanċ ta' l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet.

    Kollox ma' kollox, l-impatt tal-PGD ma jistax jiġi stabbilit a priori imma kważi dejjem irid ikun pożittiv fil-prattika attwali. B'kuntrast ma' dan, l-impatt fuq il-PGN huwa pożittiv mingħajr kondizzjoni, ġaladarba l-effett fuq il-PGD li jinħoloq mill-bilanċ ta' l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet tal-Fisim jitpatta bl-effett fuq il-bilanċ tad-dħul mill-proprjetà lejn u mir-ROW.

    Eżempju numeriku

    Ejja ngħidu produzzjoni tal-Fisim egwali għal 1000 b'500 imorri għall-konsum dirett tal-produtturi tas-suq, b'60 li jintużaw bħala konsum intermedju tal-produtturi mhux tas-suq u 500 bħala konsum tal-familji. L-esportazzjonijiet ikunu 400 u l-importazzjonijiet 500. Il-konsistenza tal-mixi gross ta' l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet tal-Fisim u tad-dħul mill-proprjetà, kif preżunt f'dan l-eżempju, tista' ma tkunx realistika, imma għall-inqas il-mixi nett għandu jkun konsistenti.

    It-trattament tal-kontabbiltà fil-Kontijiet Issimplifikati għan-Nazzjon: il-bidliet ipparagunati mar-reġistrazzjoni skond ir-regoli ta' l-ESA 79.

    Il-Kont ta' l-oġġetti u s-servizzi |

    Ir-Riżorsi | L-Użi |

    P10 | + 1050 | P20 | + 550 |

    P60 | + 500 | P3B | + 600 |

    | | P50 | + 400 |

    Il-Kont tal-produzzjoni | Il-Kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul | Il-Kont tad-distribuzzjoni tad-dħul |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    P20 | + 550 | P10 | +1050 | N2 | + 500 | NI | + 500 | R40 | – 500 | N2 | + 500 |

    N1 | + 500 | | | | | | | N3 | + 600 | R40 | – 400 |

    L-Użu tal-kont tad-dħul | Il-Kont tal-Kapital | Il-Kont tal-bqija tad-dinja |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | | | | | | | | |

    P3A | + 600 | N3 | + 600 | | | N4 | + 0 | N5 | + 0 |

    N4 | + 0 | | | N5 | + 0 | | | | | |

    3. L-Assikurazzjoni

    Il-Kliem ċavetta

    | L-ESA 79 | L-ESA 95 |

    L-Assikurazzjoni | 315 (k) | 3.63, l-Anness III |

    Id-Deskrizzjoni tal-bidla

    L_ESA 95 jiddefinixxi l-produzzjoni tas-servizzi ta' l-assikurazzjoni kif ġej:

    il-premiums attwali maqlugħa, flimkien mas-supplimenti tal-premiums, bil-pretensjonijiet mistħoqqa mnaqqsa, biż-żidiet imnaqqsa (flimkien mat-tnaqqis) fid-disposizjonijiet tekniċi kontra r-riskji mhux imħallsa u d-disposizzjonijiet tekniċi rigward l-assikurazzjoni bi qligħ.

    L-ESA 95 ma ssemmix il-ħaġa "ħlasijiet supplimentarji fil-għamla ta' profitti mqassma". Dawn għandhom jiġu kkunsidrati pretensjonijiet, jekk ma jitħallsux lura lill-assikurazzjoni fil-għamla ta' supplimenti tal-premiums u tal-kontribuzzjonijiet li huma addizzjonali għall-premiums u l-kontribuzzjonali attwali li jridu jitħallsu.

    Il-qligh jew it-telf nominali kollu ta' l-azjenda huma esklużi meta jitkejlu l-bidliet fir-riservi tekniċi ta' l-assikurazzjoni.… "ma jridux jitqiesu bħala dħul mill-investiment tar-riservi tekniċi ta' l-assikurazzjoni u ma jridux jitqiesu bħala bidla fir-riservi attwarji u r-riservi għall-assikurazzjoni bi profitt". L-istess japplika għall-qligħ mhux imqassam ta' l-azjenda.

    Il-paragrafu 4.68 jagħti regola għalbiex jitqassam id-dħul kollu mill-proprjetà f'parti miksuba mill-investiment tar-riservi tekniċi ta' l-assikurazzjoni u parti miksuba mill-investiment tal-fondi proprji, meta ma jkunx jinsab tagħrif iddettaljat fuq il-fondi li minnhom jiġi ġġenerat id-dħul. Meta jkun possibbli li jiġu distinti s-sorsi ta' l-investiment, ma jeħtieġx estmu tad-dħul mill-proprjetà ġġenerat mill-investiment tal-fondi proprji. F'dan il-każ, din ir-regola ma tibqax rilevanti iktar.

    L-ESA 79 jiddefinixxi l-produzzjoni tagħhom, billi juża terminoloġija differenti ħafna, kif ġej:

    l-ammont li bih il-premiums grossi maqlugħa jaqbeż is-somma ta': il-pretensjonijiet mistħoqqa, flimkien mal-ħlasijiet supplimentarji għal min ikun assikurat fil-għamla ta' prodotti mqassma, flimkien mal-varjazzjonijiet fir-riservi attwarji kontra r-riskji li jibqgħu u l-varjazzjonijiet fir-riservi ta' l-assikurazzjoni bi qligħ, nieqsa l-imgħax inqas imputat li jakkumula għall-pussessuri tal-poloz ta' l-assikurazzjoni nieqsa l-profitti rrealizzati tal-kapital li jkunu fil-fatt imqassma.

    - L-imgħaxijiet imputati jikkorrispondu għad-dħul imputat akkreditat lill-pussessuri tal-poloz ta' l-aasikurazzjoni kif ikun irreġistrat fil-kontijiet tal-kumpaniji ta' l-assikurazzjoni.

    Għalbiex dak li jkun jasal għal reġistrazzjoni konsistenti, l-imgħax imputat u l-kapital realizzat (jew l-azjenda) għandhom ikunu inklużi biss jekk joħolqu varjazzjoni fir-riservi attwarji ta' l-assikurazzjoni kontra r-riskji li jibqgħu u fir-riservi għall-kumpaniji ta' l-assikurazzjoni bi qligħ. Il-qligh mhux irrealizzat ta' l-azjenda għandu jiġi eskluż fil-valutazzjoni tal-produzzjoni.

    L-ESA 79 teħtieġ l-inklużjoni ta' l-imgħax akkumulat għall-pussssuri tal-polza ta' l-assikurazzjoni (jiġifieri, il-parti ta' l-imgħax li jakkumula li jkun iddestinat għall-pussessuri tal-poloz ta' l-assikurazzjoni), filwaqt li l-ESA 95 teħtieġ l-inklużjoni ta' l-ammont intier tas-supplimenti tal-premiums (jiġifieri, id-dħul kollu mill-proprjetà). B'hekk il-produzzjoni tas-servizzi ta' l-assikurazzjoni tiżdied bl-ammont tad-differenza bejn is-supplimenti tal-premiums u l-imgħax imputat li jiġi akkreditat lill-pussessuri tal-poloz ta' l-assikurazzjoni.

    Il-Konsegwenzi tal-bidla

    It-twessigħ ta' l-iskop tad-dħul mill-investiment tar-riservi tekniċi ta' l-assikurazzjoni li jrid jiġi inkluż meta jitkejjel il-valur tas-servizz ipprovdut kemm lill-pussessuri ta' assikurazzjoni għall-ħajja u kemm għal dak mhux għall-ħajja jgħolli l-produzzjoni ta' l-intrapriżi ta' l-assikurazzjoni u l-valur tas-servizzi kkunsmati mill-pussessuri tal-poloz.

    L-analiżi li ġej huwa msejjes fuq il-preżunzjoni illi l-assikurazzjoni mhux għall-ħajja ma tinvolvix riservi attwarji u riservi għall-assikurazzjoni bi qligħ. Fuq din il-preżunzjoni, il-valur tas-servizzi ta' l-assikurazzjoni mhux għall-ħajja huwa egwali għall-premiums grossi bil-pretensjonijiet imnaqqsa. Jekk, b'mod eċċezzjonali, l-assikurazzjoni mhux għall-ħajja toħloq reiservi attwarji, eċċ., il-bidla hija iktar komplessa.

    Fl-avviċinament skond il-produzzjoni, il-qlib għad-definizzjonijiet ta' l-ESA 95 jgħolli l-konsum tal-produzzjoni u tal-konsum intermedju. Is-sinjal ta' l-impatt fuq il-valur miżjud huwa bil-fors pożittiv f'ekonomija magħluqa, imma f'ekonomija miftuħa l-importazzjonijiet tas-servizzi ta' l-assikurazzjoni jistgħu, fil-prinċipju, ireġġgħu lura s-sinjal ta' l-impatt fuq il-valur miżjud kollu fl-ekonomija. Għalhekk, a priori, is-sinjal ma jiġix stabbilit, imma fil-prattika huwa kważi ċert li jkun pożittiv minħabba l-effett dominanti ta' l-assikurazzjoni domestika.

    Fl-avviċinament skond in-nefqa, il-ħaġiet kollha li jinvolvu l-konsum finali jridu jkunu bla ħsara għal impatt pożittiv, ġaladara l-konsum finali tal-familji u l-konsum intermedju għal ġewwa l-produzzjoni tas-servzzi mhux tas-suq jiżdiedu bl-ammont tas-supplimenti tal-premiums.L-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet tas-servizzi ta' l-assikurazzjoni t-tnejn jiżdiedu bl-ammont tas-supplimenti tal-premiums, filwaqt li jħallu mhux stabbilit l-impatt nett fuq il-bilanċ ta' l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet.

    Fl-avviċinament skond id-dħul, irid jiġi affettwat l-ammont gross taż-żieda operattiva. Jekk ma jingħatax każ tat-transazzjonijiet ta' l-assikurazzjoni bir-ROW, l-impatt huwa pożittiv b'mod definit. Kif diġà nnotat iktar 'il fuq, meta jitqiesu t-transazzjonijiet barranija, is-sinjal ta' l-impatt ma jistax jiġi stabbilit a priori.

    Rigward il-mogħdija mill-PGD għall-PGN, is-supplimenti tal-premiums li għandhom x'jaqsmu ma' l-esportazzjonijiet, fil-prinċipju jidhru bħala dħul mill-proprjetà lir-ROW u dħul mill-proprjetà mir-ROW rispettivament. Dan kemm jirrifletti l-fatt illi, fl-ESA 95, l-ewwel il-pussessuri tal-poloz jirċievu r-ritorni fuq l-attiv tagħhom fil-għamla ta' supplimenti tal-premiums, u wara jħallsu lura dawn is-supplimenti tal-premiums lill-assikuraturi bħala ħlas tas-servizzi ta' l-assikurazzjoni. Kull effett fuq il-PGD mill-impatt tas-supplimenti tal-premiums fuq il-bilanċ ta' l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet jiġi b'hekk innewtralizzat bl-effett fuq id-dħul mill-proprjetà fil-mogħdija mill-PGD għall-PGN, filwaqt li jagħmel is-sinjal ta' l-impatt fuq il-PGN pożittiv b'mod mhux ambigwu.

    Eżempju numeriku

    Ejja ngħidu li jeżistu supplimenti tal-premiums fuq l-assikurazzjoni mhux għall-ħajja li jiswew 1000 u li 550 minnhom għandhom x'jaqsmu mal-produtturi tas-suq, 50 mal-produtturi mhux tas-suq u 400 mal-konsumaturi. Ma jesżistu l-ebda supplimenti tal-premiums fuq l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet tas-servizzi ta' l-assikurazzjoni.

    It-trattament tal-kontabbiltà fil-Kontijiet Issimplifikati għan-Nazzjon: il-bidliet ipparagunati mar-reġistrazzjoni skond ir-regoli ta' l-ESA 79.

    Il-Kont ta' l-oġġetti u s-servizzi |

    Ir-Riżorsi | L-Użi |

    P10 | + 1050 | P20 | + 600 |

    | | P3B | + 450 |

    Il-Kont tal-Produzzjoni | Il-Kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul | Il-Kont tad-distribuzzjoni tad-dħul |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    P20 | + 600 | P10 | + 450 | N2 | + 450 | NI | + 450 | | | N2 | + 450 |

    Ni | + 450 | | | | | | | N 3 | + 450 | | |

    L-Użu tal-kont tad-dħul | Il-Kont tal-kapital | Il-Kont tal-bqija tad-dinja |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | | | | | | | | |

    P3A | + 450 | N3 | + 450 | | | N4 | + 0 | N5 | + 0 |

    N4 | + 0 | | | N5 | + 0 | | | | | |

    4. Il-Qligħ investit mill-ġdid fuq l-investiment barrani dirett

    Il-Kliem ċavetta

    | L-ESA 79 | L-ESA 95 |

    Il-Qligħ investit mill-ġdid | 427.2 | 4.64 |

    Id-Deskrizzjoni tal-bidla

    L-ESA 95 tiddikjara li l-qligħ mill-investimenti investiti mill-ġdid għandhom jiġu rreġistrati skond id-dħul mill-proprjetà. Mill-banda l-oħra, meta l-ESA 79 tiddeskrivi l-iskop tal-proprjetà u d-dħul intraprenditorjali, ma tikludix il-qligħ mill-invenstimenti diretti investiti mill-ġdid. Għalhekk, teżisti differenza ċara bejn iż-żewġ settijiet ta' linji gwida.

    Il-Konsegwenzi tal-bidla

    Din il-bidla tal-kunċett ma taffettwax il-PGD imma għandha impatt fuq il-PGN permezz tal-mixi tad-dħul mill-proprjetà u intraprenditorjali lejn u mir-ROW.

    On the passage from GDP to GNP there is a positive impact on both property and entrepreneurial income to and from the ROW. Mal-mogħdija mill-PGD għall-PGN, jeżisti impatt pożittiv fuq kemm id-dħul mill-proprjetà u dak impreditorjali lejn u mir-ROW.Is-sinjal tal-bilanċ u għalhekk l-impatt nett fuq il-PGN ma jistgħux iġu stabbiliti a priori.

    Eżempju numeriku

    Ejja ngħidu illi l-ekonomija nazzjonali investiet mll-ġdid il-qligħ mill-ivestiment barrani dirett fil-pejodu taż-żmien tal-kontabbiltà egwali għal 1000 u li r-ROW investa l-qligh mill-ġdid għat-total ta' 800 fl-ekonomija domestika.

    It-trattament tal-kontabbiltà fil-Kontijiet Issimplifikati għan-Nazzjon: il-bidliet ipparagunati mar-reġistrazzjoni skond ir-regoli ta' l-ESA 79.

    Il-Kont ta' l-oġġetti u s-servizzi |

    Ir-Riżorsi | L-Użi |

    Il-Kont tal-Produzzjoni | Il-Kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul | Il-Kont tad-distribuzzjoni tad-dħul |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | | |

    R40 | + 800 | R40 | – 1000 |

    | | | | N3 | + 200 | | |

    L-Użu tal-kont tad-dħul | Il-Kont tal-kapital | Il-Kont tal-bqija tad-dinja |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | | | | | | | | |

    N4 | + 200 | N3 | + 200 | N5 | + 200 | N4 | + 200 | N5 | + 200 |

    5. L-Imgħax

    Il-Kliem ċavetta

    | L-ESA 79 | L-ESA 95 |

    Iż-Żmien tar-reġistrazzjoni | 708 | 4.50 |

    Id-Deskrizzjoni tal-bidla

    L-ESA 79 tiddikjara li l-imgħax għandu jiġi rreġistrat meta mistħoqq. Mill-banda l-oħra, l-ESA 95 tiddikjara illi l-imgħax għandu jiġi rreġistrat hekk kif jakkumula. Id-differenza għalhkk tammonta għall-imgħax li akkumula iżda li ma jkunx għadu mistħoqq għall-ħlas. Għalhekk, iż-żewġ settijiet ta' linji gwida jiddifferixxu b'mod espliċitu bejniethom fil-ħtiġiet tagħhom.

    Il-Konsegwenzi tal-bidla

    Din il-bidla fil-kunċett ma taffettwax il-PGD, għajr via l-effett permezz tal-Fisim fil-każ li jiġi deċiż li jiġi allokat il-Fisim. Madankollu, tibdel il-PGN b'mod dirett permezz ta' l-influwenza fuq id-dħul mill-proprjetà u intrapernditorjali lejn u mir-ROW.

    Fil-mogħdija mill-PGD għall-PGN irid ikun hemm impatt fuq iż-żewġ dħul mill-proprjetà lejn u mir-ROW, li s-sinjal tagħhom jista' jkun pożittiv jew negattiv, jiddependi miċ-ċikostanzi tal-pajjiż.Is-sinjal ta' l-impatt nett fuq il-PGN ma jistax jiġi stabbiliti a priori.

    6. It-Tkabbir naturali kkultivat tal-pjanti

    Il-Kliem ċavetta

    | L-ESA 79 | L-ESA 95 |

    Iż-Żmien tar-reġistrazzjoni | 349, 352 | 3.58 |

    Id-Deskrizzjoni tal-bidla

    L-ESA 79 tiddikjara illi l-produzzjoni tal-pjanti kkultivati tiġi rreġistrata mal-waqt li l-pjanti jiġu maħsuda (l-uċuh tar-raba maħsuda jew is-siġar maqtugħa). Mill-banda l-oħra, l-ESA 95 tiddikjara illi l-produzzjoni tiġi rreġistrata kif il-pjanti jikbru. Jiġu rreġistrati fl-ewwel waqt bħala bidliet fix-xogħol għaddej u, iktar tard, bħala ħażniet ta' oġġetti mlestija meta l-pjanti jiġu maħsuda.

    Il-Konsegwenzi tal-bidla

    Għall-kontijiet nazzjonali ta' kull kwart ta' sena, il-prinċipju l-ġdid tar-reġistrazzjoni jrid ikollu implikazzjonijiet li jwasslu fit-tul għalbiex tiġi rreġistrata l-produzzjoni agrikola f'kontijiet mhux aġġustati skond l-istaġun. Fil-kontijiet ta' kull sena l-effetti jridu jkunu ħafna inqas u fil-biċċa l-kbira rilevanti għall-każijiet meta l-volum tal-pjanti jew ta' l-annimali ma jkunx stabbli imma jew jikber jew jonqos bejn sentejn imissu ma' xulxin.

    Fl-avviċinament skond il-produzzjoni, il-prinċipju l-ġdid tar-reġistrazzjoni jfisser bidla fil-produzzjoni u fil-valur miżjud li s-sinjal tagħhom ma jistax jiġi stabbilit a priori.

    Fl-avviċinament skond in-nefqa, il-ħaġa waħdiena affettwata hija l-bidla fil-ħażniet meta l-impatt ukoll ma jkunx jista' jiġi stabbilit a priori.

    Fl-avviċinament skond id-dħul, il-kontroparti tal-bidla fil-valur miżjud tidher bħala bidla fl-ammont żejjed operattiv gross li, terġa', is-sinjal tagħha ma jistax jiġi stabbilit bil-quddiem.

    Huwa żgur li jkun hemm impatt fuq il-PGD li s-sinjal tiegħu ma jingħatax a priori. Il-mogħdija mill-PGD għall-PGN tibqa' mhux affettwata bir-reġistrazzjoni l-ġdida tal-produzzjoni, filwaqt li tħalli l-influwenza fil-PGN egwali għal dak tal-PGD.

    Eżempju numeriku

    Ejja ngħidu illi fil-perjodu taż-żmien tal-kontabbiltà interesat, it-tkabbir tal-foresti kkultivati huwa 1000, filwaqt li l-valur ta' l-injam maqtugħ u mibjugħ huwa egwali għal 700.

    It-trattament tal-kontabbiltà fil-Kontijiet Issimplfikati għan-Nazzjon: il-bidliet ipparagunati mar-registrazzjoni skond ir-regoli ta' l-ESA 79.

    Il-Kont ta' l-oġġetti u s-servizzi |

    Ir-Riżorsi | L-Użi |

    P10 | + 300 | P42 | + 300 |

    Il-Kont tal-produzzjoni | Il-Kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul | Il-Kont tad-distribuzzjoni tad-dħul |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    N1 | + 300 | P10 | + 300 | N2 | + 300 | NI | + 300 | N3 | + 300 | N2 | + 300 |

    L-Użu tal-kont tad-dħul | Il-Kont tal-kapital | Il-Kont tal-bqija tad-dinja |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | | | | | | | | |

    | | N3 | + 300 | P45 | + 300 | N4 | + 300 | N5 | + 0 |

    N4 | + 300 | | | N5 | + 0 | | | | | |

    7. Is-software tal-kompjuterijiet u databases kbar

    Il-Kliem ċavetta

    | L-ESA 79 | L-ESA 95 |

    Is-software | 322 (b), 337 | 3.105 (b), 3.110 (b), 3.114 (b) |

    Id-Deskrizzjoni tal-bidla

    L-ESA 95 tiddikjara illi x-xiri tas-software u databases kbar għalbiex jintużaw fil-produzzjoni huma rreġistrati bħala attivi intanġibbli fissi ġewwa l-formazzjoni tal-kapital fiss gross, bħalma hija l-produzzjoni akkont tagħha nfisha ta' dawn il-ħaġiet.

    L-ESA 95 ma tagħti l-ebda gwida espliċita dwar ir-reġistrazzjoni tan-nefqiet fuq is-software u d-databases il-kbar. Irid ikun hemm fiduċja fil-gwida ġenerali fuq il-formazzjoni tal-kapital fiss gross u fuq il-konsum intermedju. Notabbilment, il-paragrafi riferiti hawn fuq jiddikjaraw illi l-konsum intermedju jinkludi l-elementi li ġejjin:

    is-servizzi mixtrija matul il-perjodu taż-żmien rilevanti, għajr għal…, (l-eċezzjonijiet imsemmija jirrigwardaw it-trasferiment tal-pussess ta' l-oġġetti kapitali, eċċ., u s-servizzi tat-trasport u t-tqassim).

    il-formazzjoni tal-kapital fiss gross tinkludi l-valur tas-servizzi inkorporati fl-oġġetti ta' kapital fiss.

    Il-ħtiġiet ta' l-ESA 79 rigward is-software huma għalhekk materja ta' interpretazzjoni. L-interpretazzjoni tas-soltu hija li l-ESA 79 tittratta n-nefqiet fuq is-software li jinxtara bħala parti integrali ta' xirja maġġuri tal-hardware, bħala formazzjoni tal-kapital fiss gross, imma s-software mixtri jew żviluppat b'mod indipendenti jiġi ttrattat bħala konsum intermedju. Din hija l-istess interpretazzjoni kif iddikjarata fis-SNA 93 rigward l-interpretazzjoni tal-bidla bejn is-SNA 93 u s-SNA 68 (ara l-paragrafu 67 ta' l-Anness I mas-SNA 93).

    Il-Konsegwenzi tal-bidla

    Fl-avviċinament skond il-produzzjoni, il-produzzjoni tal-produtturi tas-suq tiżdied bil-produzzjoni akkont tagħha nfisha tas-software u databases kbar. Il-konsum intermedju jaqa' bl-ammont tas-servizzi mixtrija li jiġu kklassifikati mill-ġdid għall-formazzjoni tal-kapital fiss. Il-valur miżjud tal-produtturi tas-suq jogħla b'konsegwenza ta' dan.

    Il-produzzjoni tal-produtturi mhux tas-suq hija bla ħsara għal żewġ effetti opposti: tnaqqis bħala konsegwenza tas-servizzi mixtrija li jiġu kklassifikati mill-ġdid mill-konsum intermedju għall-formazzjoni tal-kapital fiss gross, u żieda minħabba l-konsum addizzjonali tal-kapital fiss (kemm mixtri u kemm akkont tiegħu nnifsu). Is-sinjal ta' l-impatt totali fuq il-produzzjoni ma jistax jiġi stabbiliti a priori. Il-valur miżjud jogħla bħala konsegwenza taż-żieda fil-konsum tal-kapital fiss.

    Fl-avviċinamenrt skond in-nefqa, il-konsum kollettiv tal-gvern ġenerali u l-PNPISH ijiet huma bla ħsara għal żewġ effetti. Minn banda waħda, il-konsum jinbidel bħala konsegwenza tal-bidla fil-produzzjoni mhux tas-suq. Mill-banda l-oħra, jonqos minħabba ż-żieda fil-formazzjoni tal-kapital fiss akkont tiegħu nnifsu. Il-formazzjoni tal-kapital fiss gross togħla bl-ammont tax-xiri tas-software ikklassifikat mill-ġdid flimkien mas-software intern.

    Fl-avviċinament skond id-dħul, l-ammont żejjed gross operattiv jinbidel bl-istess kobor bħall-valur miżjud.

    Eżempju numeriku

    Ejja ngħidu li x-xiri tas-software mill-produtturi tas-suq li jiswa 1000 jiġi kklassifikat mill-ġdid mill-konsum intermedju għall-formazzjoni tal-kapital fiss gross. Nassumu wkoll illi l-produzzjoni akkont tagħha nfisha tas-software u tad-databases kbar mill-produtturi tas-suq tiġi vvalutata għal 150. Rigward il-produtturi mhux tas-suq, ix-xiri ta' software li jiswa 100 jiġi kklassifikat mill-ġdid mill-konsum intermedju għall-formazzjoni tal-kapital fiss gross. B'żieda ma' dan, il-produzzjoni akkont tagħha nfisha tas-software u d-databases kbar mill-produtturi tas-suq tiġi vvalutata għal 10. Fl-aħħarnett, il-konsum tal-kapital fiss li għandu x'jaqsam mas-software u d-databases kbar mill-produtturi mhux tas-suq jiġi kkalkolat għal 50.

    It-trattament tal-kontabbiltà fil-Komtijiet Issimplifikati għan-Nazzjon: il-bidliet ipparagunati mar-reġistrazzjoni skond ir-regoli ta' l-ESA 79. Il-bidla fil-konsum finali għandha x'taqsam mal-konsumm kollettiv tal-gvern ġenerali u tal PNPIjiet (P60 = P100+50).

    Il-Kont ta' l-oħħetti u s-servizzi |

    Ir-Riżorsi | L-Użi |

    P10 | + 100 | P20 | – 1100 |

    | | P3B | – 60 |

    | | P41 | + 1260 |

    Il-Kont tal-produzzjoni | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    Il-Kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul | Il-Kont tad-distribuzzjoni tad-dħul | Ir-Riżorsi | L-Użi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    P20 | – 1100 | P10 | + 100 | | | NI | + 1200 | | | N2 | + 1200 |

    N1 | + 1200 | | | N2 | + 1200 | | | N3 | + 1200 | | |

    L-Użu tal-kont tad-dħul | L-Użu tal-kapital | Il-Kont tal-bqija tad-dinja |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | | | | | | | | |

    P3A | – 60 | N3 | + 1200 | P41 | + 1260 | N4 | + 1260 | N5 | + 0 |

    N4 | + 1260 | | | NS | + 0 | | | | | |

    8. Oġġetti tal-militar li ma jinkisrux

    Il-Kliem ċavetta

    | L-ESA 79 | L-ESA 95 |

    Il-Konsum intermedju | 323 (f) | 3.70 (e) |

    Il-Formazzjoni tal-kapital fiss gross | 340 (ċ) | 3.107 |

    Id-Deskrizzjoni tal-bidla

    L-ESA 79 tiddikjara illi dan li ġej irid jiġi inkluż fil-konsum intermedju u mhux fil-formazzjoni tal-kapital fiss gross: ix-xiri ta' oġġetti li ma jinkisrux mill-awtoritajiet militari; il-bini tal-militar (għajr għad-djar tan-nies fis-servizz), l-istallazzjonijiet tal-militar u tagħmir ieħor tal-militar.

    Mill-banda l-oħra, l-ESA 95 tiddikjara illi l-formazzjoni tal-kapital fiss gross tinkludi l-istrutturi u t-tagħmir użati mill-militar (simili għal dawk użati mill-produtturi ċivili) bħalma huma l-ajrudromi, il-baċiri, it-toroq u l-isptarijiet. Il-formazzjoni tal-kapital fiss gross teskludi l-armi militari u s-sistemi tagħhom ta' appoġġ. Dawn ta' l-aħħar jissoktaw jiġu inklużi fil-konsum intermedju.

    Għalhekk, l-iskop tal-formazzjoni tal-kapital fiss gross fl-ESA 95 jiġi miżjud bl-ammont tan-nefqiet fuq l-oġġetti tal-militar li ma jinkisrux għajr l-armi tal-gwerra u s-sistemi tagħhom ta' appoġġ. Ġaladarba l-iskop tal-formazzjoni tal-kapital fiss gross huwa ikbar, l-iskop tal-konsum tal-kapital fiss jiżdied kif jixraq.

    Il-Konsegwenzi tal-bidla

    Il-klassifika mill-ġdid ta' l-oġġetti tal-militar li ma jinkisrux għajr għas-sistemi ta' l-armi tal-gwerra mill-konsum intermedju fil-produzzjoni tal-servizzi mhux tas-suq għall-formazzjoni tal-kapital fiss gross tirriżulta wkoll f'żieda fil-konsum tal-kapital fiss li jidħol bħala komponent fil-valutazzjoni tal-produzzjoni tas-servizzi mhux tas-suq bħala s-somma ta' l-ispejjeż.

    Fl-avviċinament skond il-produzzjoni, il-produzzjoni tonqos minħabba l-waqgħa tal-konsum intermedju imma tiżdied b'riżultat taż-żieda fil-konsum tal-kapital fiss. Għalhekk, is-sinjal ta' l-impatt ma jistax jiġi stabbilit a priori. Il-konsum intermedju jaqa' b'mod ċar minħabba l-klassifika mill-ġdid ta' ċertu xiri ta' oġġetti li ma jinkistrux għall-formazzjoni tal-kapital fiss gross. Il-valur miżjud jogħla bħala konsegwenza taż-żieda fil-konsum tal-kapital fiss.

    Fl-avviċinament skond in-nefqa, il-konsum kollettiv tal-gvern ġenerali jrid jiġi affettwat, imma s-sinjal ta' l-impatt ma jistax jiġi stabbilit bil-quddiem minħabba l-eżistenza ta' żewġ effetti f'direzzjonijiet opposti. Il-formazzjoni tal-kapital fiss gross trid togħla mingħajr ambigwità bħala konsegwenza ta' l-oġġetti tal-militar li ma jinkisrux.

    Fl-avviċinament skond id-dħul, iż-żieda fil-konsum tal-kapital fiss gross tintitola li jogħla l-ammont żejjed gross operattiv.

    Fl-avviċinamenti skond il-produzzjoni u d-dħul, l-effett nett fuq il-PGD huwa pożittiv mingħajr ambigwità. Billi ma jkun hemm l-ebda konsegwenzi fil-mogħdija mill-PGD għall-PGN, l-effett fuq il-PGN huwa egwali għal dak fuq il-PGD.

    Eżempju numeriku

    Ejja ngħidu li fil-perjodu taż-żmien tal-kontabbiltà interessat, ix-xiri ta' l-oġġetti tal-militar li ma jinkisrux li jiswew 1000 jiġi kklassifikat mill-ġdid mill-kosum intermedju għall-formazzjoni tal-kapital fiss gross. Barra minn hekk, bħala konsegwenza tal-klassifika mill-ġdid ta' l-oġġetti tal-militar li ma jinkisrux fl-istess perjodi taż-żmien kif ukoll f'perjodi iktar bikrija, il-konsum tal-kapital fiss jogħla b'100.

    It-trattament tal-kontabbiltà fil-Kontijiet Issimplifikati għan-Nazzjon: il-bidliet ipparagunati mar-reġistrazzjoni skond ir-regoli ta' l-ESA 79.

    Il-Kont ta' l-oġġetti u s-servizzi |

    Ir-Riżorsi | L-Użi |

    P10 | + 100 | P20 | – 1000 |

    | | P3B | + 100 |

    | | P41 | + 1000 |

    Il-Kont tal-produzzjoni | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    Il-Kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul | Il-Kont tad-distribuzzjoni tad-dħul | Ir-Riżorsi | L-Użi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    P20 | – 1000 | P10 | + 100 | | | Ni | + 1100 | | | N2 | + 1100 |

    N1 | + 1100 | | | N2 | + 1100 | | | N3 | + 1100 | | |

    L-Użu tal-kont tad-dħul | Il-Kont tal-kapital | Il-Kont tal-bqija tad-dinja |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | | | | | | | | |

    P3B | + 100 | N3 | + 1100 | P41 | + 1000 | N4 | + 1000 | N5 | + 0 |

    N4 | + 1000 | | | N5 | + 0 | | | | | |

    9. L-Inventarji tas-servizzi

    Il-Kliem ċavetta

    | L-ESA 79 | L-ESA 95 |

    Iż-Żmien tar-reġistrazzjoni | 707 | 3.120 |

    Il-Bidliet fl-inventarji | 350 | 3.119 (b) |

    Id-Deskrizzjoni tal-bidla

    L-ESA 95 teħtieġ li l-produzzjoni tas-servizzi tiġi rreġistrata kif u meta tiġri l-produzzjoni. Fl-ESA 95, il-produzzjoni tas-servcizzi għalhekk trid toħloq bidliet fl-inventarji li jikkonsistu fix-xogħol li jkun għaddej. L-użu tas-servizzi jissokta jiġi rreġistrat meta s-servizz "iffinalizzat" jiġi kkunsinnat lill-utent.

    B'kuntrast għal dan, l-ESA 79 tirreġistra l-produzzjoni tas-servizzi fiż-żmien tal-kunsinna tal-prodott finali lill-utenti, bl-esklużjoni b'mod espliċitu ta' l-eżistenza tal-ħażniet tas-servizzi. Il-bidla fiż-żmien tar-reġistrazzjoni bejn iż-żewġ sistemi taffettwa biss il-kontijiet ta' l-unitajiet istituzzjonali li jipproduċu s-servizzi. Il-kontijiet ta' l-unitajiet istituzzjonali li jużaw is-servizzi jissoktaw mhux affettwati bil-bidla.

    Il-Konsegwenzi tal-bidla

    Fl-avviċinament skond il-produzzjoni, il-produzzjoni u l-valur miżjud iridu jiġu affettwati bil-bidla, billi s-sinjal ta' l-impatt ma jkunx stabbilit a priori. Ma jkun hemm l-ebda effett fuq il-konsum intermedju.

    Fl-avviċinament skond in-nefqa, il-komponent waħdieni affettwat huwa l-bidla fil-ħażniet meta l-impatt irid jiġi stabbilit fuq iċ-ċirkostanzi.

    Fl-avviċinament skond id-dħul, il-bidla fil-valur miżjud tiġi riflessa f'bidla fl-ammont żejjed gross operattiv li s-sinjal tiegħu ma jistax jiġi stabbiloit a priori.

    Is-sinjal ta' l-effett fuq il-PGD ma jiġix għalhekk stabbilit a priori. Billi ma jkun hemm l-ebda influwenza diretta fil-mogħdija mill-PGD għall-PGN, l-impatt fuq il-PGN huwa egwali għal dak fuq il-PGD.

    Eżempju numeriku

    Ejja ngħidu li b'kemm jiswew 1000 għad-disinni (is-servizzi ta' l-inġiniera konsulenti) jieħdu sitt xhur għalbiex itemmu tlieta minnhom li jaqgħu fis-sena t - 1 u t-tlieta l-oħra fis-sena t. Id-disinni jiġu kkunsinnati lill-kuntrattur (l-intrapriża li tuża s-servizzi) fl-aħħar ta' Marzu tas-sena t.

    It-trattament tal-kontabbiltà fil-Kontijiet Issimplifikati għan-Nazzjon: il-bidliet ipparagunati mar-reġistrazzjoni skond ir-regoli ta' l-ESA 79. Is-Sena t - 1.

    Il-Kont ta' l-oġġetti u s-servizzi |

    Ir-Riżorsi | L-Użi |

    P10 | + 500 | P42 | + 500 |

    Il-Kont tal-Produzzjoni | Il-Kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul | Il-Kont tad-distribuzzjoni tad-dħul |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    N1 | + 500 | P10 | + 500 | N2 | + 500 | N1 | + 500 | N3 | + 500 | N2 | + 500 |

    L-Użu tal-kont tad-dħul | Il-Kont tal-kapital | Il-Kont tal-bqija tad-dinja |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | | | | | | | | |

    N4 | + 500 | N3 | + 500 | P42 | + 500 | N4 | + 500 | N5 | + 0 |

    | | | | N5 | + 0 | | | | | |

    It-Trattament tal-kontabbilta fil-Kontijiet issimplifikati għan-Nazzjon: il-bidliet ipparagunati mar-reġistrazzjoni skond l-ESA 79. Is-Sena t.

    Il-Kont ta' l-oġġetti u s-servizzi |

    Ir-Riżorsi | L-Użi |

    P10 | – 500 | P42 | – 500 |

    Il-Kont tal-produzzjoni | Il-Kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul | Il-Kont tad-distribuzzjoni tad-dħul |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    N1 | – 500 | P10 | – 500 | N2 | – 500 | N1 | – 500 | N3 | – 500 | N2 | – 500 |

    L-Użu tal-kont tad-dħul | Il-Kont tal-kapital | Il-Kont tal-bqija tad-dinja |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | | | | | | | | |

    N4 | – 500 | N3 | – 500 | P42 | – 500 | N4 | – 500 | N5 | + 0 |

    | | | | N5 | + 0 | | | | | |

    10. In-Nefqiet fuq l-esplorazzjoni tal-minerali

    Il-Kliem ċavetta

    | L-ESA 79 | L-ESA 95 |

    Il-Konsum intermedju | 323 (i), 324 (i) | 3.71(a) |

    Il-Formazzjoni tal-kapital fiss gross | 343 (a) | 3.105 (b) |

    Id-Deskrizzjoni tal-bidla

    L-ESA 79 tiddkjara illi n-nefqiet kollha fit-tħaffir tal-bjar għall-estrazzjoni taż-żejt, il-gass, eċċ, miġrura qabel id-deċiżjoni għalbiex jitħaddem depożitu mogħti huma meqjusa bħala konsum intermedju. In-nefqiet wara d-deċiżjoni li jitħaddem id-depożitu huma rreġistrati bħala l-formazzjoni tal-kapital fiss gross.

    L-ESA 95 tiddkjara illi n-nefqiet fuq l-esplorazzjoni minerali li jikkomprendu l-ispejjeż attwali tat-testijiet tat-tħaffir, l-istħarriġ bl-ajru u stħarriġ ieħor, l-ispejjeż tat-trasport, eċċ., jiġu inklużi fil-formazzjoni tal-kapital fiss gross.

    B'hekk l-ESA 95 iżżid l-iskop tal-formazzjoni tal-kapital fiss gross bl-ammont tal-nefqiet għall-esplorazzjoni miġrura qabel id-deċiżjoni li jitħaddem id-depożitu.

    Il-Konsegwenzi tal-bidla

    Fl-avviċinament skond il-produzzjoni, il-konsum intermedju jaqa' u l-valur miżjud jiżdied bl-ammont tal-nefqiet fuq l-esplorazzjoni kklassifikati mill-ġdid. B'żieda ma' dan, il-produzzjoni u l-valur miżjud grossi jiżdiedu bl-ammont tal-produzzjoni akkont tagħha nfisha ta' l-esporazzjoni għall-minerali.

    Fl-avviċinament skond in-nefqa, l-effett waħdieni huwa żieda fil-formazzjoni tal-kapital fiss gross egwali għan-nefqiet ikklassifikati mill-ġdid flimkien mal-produzzjoni akkont tagħha nfisha.

    Fl-avviċinamentr skond id-dħul, iż-żieda fil-valur hija riflessa f'żieda ekwivalenti fl-ammont żejjed gross operattiv.

    Kid jidher mit-tliet avviċinamenti, l-impatt fuq il-PGD huwa pożittiv b'mod mhux ambigwu. Billi ma jkun hemm l-ebda influwenza diretta fil-mogħdija mill-PGD għall-PGN, l-impatt fuq il-PGN huwa egwali għal dak fuq il-PGD.

    Eżempju numeriku

    Ejja ngħidu illi l-esplorazzjoni mixtrija għall-minerali li tiswa 1000 tiġi kklassifikata mill-ġdid mill-konsum intermedju għall-formazzjoni tal-kapital fiss gross. Nassumu wkoll li teżisti produzzjoni akkont tagħha nfisha ta' l-esplorazzjoni tal-mineali li tiswa 500.

    It-trattament tal-kontabbiltà fil-Kontijiet Issimplifikati għan-Nazzjon: il-bidliet ipparagunati mar-reġistrazzjoni skond ir-regoli ta' l-ESA 79.

    Il-Kont ta' l-oġġetti u s-servizzi |

    Ir-Riżorsi | L-Użi |

    P10 | + 500 | P20 | – 1000 |

    | | P41 | + 1500 |

    Il-Kont tal-produzzjoni | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    Il-Kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul | Il-Kont tad-distribuzzjoni tad-dħul | Ir-Riżorsi | L-Użi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    P20 | – 1000 | P10 | + 500 | N2 | + 1500 | N1 | + 1500 | N3 | + 1500 | N2 | + 1500 |

    N1 | + 1500 | | | | | | | | | | |

    L-Użu tal-kont tad-dħul | Il-Kont tal-kapital | Il-Kont tal-bqija tad-dinja |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | | | | | | | | |

    | | N3 | + 1500 | P41 | + 1500 | N4 | + 1500 | N5 | + 0 |

    N4 | + 1500 | | | N5 | + 0 | | | | | |

    11. Il-Konsum tal-kapital fuq it-toroq, il-pontijiet, id-digi, eċċ.

    Il-Kliem ċavetta

    | L-ESA 79 | L-ESA 95 |

    Il-Konsum tal-kapital fiss | 403 | 6.03 |

    Id-deskrizzjoni tal-bidla

    Skond l-ESA 79, il-konsum tal-kapital fiss irid jiġi kkalkolat għall-oġġetti kollha tal-kapital fiss li jistgħu jiġu riprodotti bl-eċċezzjoni ta' l-oġġetti kapitali għall-użu kolletrtiv b'tul ta' ħajja li mhix stabbilita (toroq, pontijiet, eċċ.).

    L-ESA 95 tiddikjara illi l-konsum tal-kapital fiss irid jiġi kkalkolat għall-attivi fissi kollha (għajr l-annimali).

    Għalhekk huwa ċar illi l-iskop tal-konsum varjabbli tal-kapital fiss żdied fl-ESA 95 hekk li jinkludi t-toroq, il-pontijiet eċċ.

    Il-Konsegwenzi tal-bidla

    Fl-avviċinament skond il-produzzjoni, il-produzzjoni u l-valur miżjud gross jiżdiedu kif jiżdied il-konsum ta' l-ispiża tal-komponent tal-kapital fiss fil-valutazzjoni tal-produzzjoni tas-servizzi mhux tas-suq.

    Fl-avviċinamwent skond in-nefqa, il-konsum kollettiv tal-gvern ġenerali jiżdied bl-ammont tal-konsum żejjed tal-kapital fiss.

    Fl-avviċinament skond id-dħul, l-ammont żejjed gross operattiv jogħla b'ammont li jikkorrispondi mal-konsum żejjed tal-kapital fiss.

    Fin-nuqqas ta' kull impatt fil-mogħdija minn-PGD għall-PGN, l-influwenza fuq il-PGN tiġi egwali għal dik fuq il-PGD, li min-naħa tagħha tiġi egwali għaż-żieda fil-konsum tal-kapital fiss, biex għalhekk tkun pożittiva mingħajr ambigwità. Huwa preżunt hawn fuq illi t-toroq, il-pontijiet, eċċ., jappartjienu għall-produtturi mhux tas-suq tal-gvern ġenerali. Safejn u sakemm il-pusessuri ta' dawn l-attivi ddestinati għall-użu kollettiv jistgħu jkunu produtturi tas-suq, ma jkun hemm l-ebda impatt fuq il-PGD/PGN.

    Eżempju numeriku

    Ejja ngħidu illi l-konsum tal-kapital egwali għal 1000 jiġi kkalkolat rigward it-toroq, il-pontijiet, id-digi, eċċ. li jiffurmaw parti mill-ħażna tal-kapital tal-friegħi mhux tas-suq tal-gvern ġenerali.

    It-trattament tal-kontabbiltà tal-Kontrijiet Issimplifikati għan-Nazzjon: il-bidliet ipparagunati mar-reġistrazzjoni skond ir-regoli ta' l-ESA 79.

    Il-Kont ta' l-oġġetti u s-servizzi |

    Ir-Rożorsi | L-Użi |

    P10 | + 1000 | P3B | + 1000 |

    Il-Kont tal-produzzjoni | Il-Kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul | Il-Kont tad-distribuzzjoni tad-dħul |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    N1 | + 1000 | P10 | + 1000 | N2 | + 1000 | N1 | + 1000 | N3 | + 1000 | N2 | + 1000 |

    L-Użu tal-kont tad-dħul | Il-Kont tal-kapital | Il-Kont tal-bqija tad-dinja |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | | | | | | | | |

    P3A | + 1000 | N3 | + 1000 | N5 | + 0 | N4 | + 0 | N5 | + 0 |

    N4 | + 0 | | | | | | | | | |

    12. Il-Liċenzi u l-piżijiet tal-gvern

    Il-Kliem ċavetta

    | L-ESA 79 | L-ESA 95 |

    It-Taxxi | 417.3, 496 | 4.23 (e), 4.80 (d) |

    Is-servizzi | | 3.71 (e), 3.76 (h), 4.79 (d) |

    Id-Deskrizzjoni tal-bidla

    Jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn il-liċenzi tan-negozju wżati bħala konsum intermedju tal-produtturi tas-suq, u possibbilment tal-produtturi mhux tas-suq ukoll, mill-banda l-waħda u, mill-banda l-oħra l-liċenzi miksuba mill-familji fil-kapaċità tagħhom ta' konsumaturi, p.e. il-piżijiet tal-passaporti u l-piżijiet tat-testijiet u tal-liċenzi tas-sewqan.

    Għall-unitajiet tal-produtturi, l-ESA 95 tirrestrinġi r-reġistrazzjoni tal-liċenzi u tal-piżijiet imħallsa lill-gvern li jiġu rreġistrati taħt taxxi oħra fuq il-produzzjoni għal firxa idjeq tal-pagamenti milli tagħmel l-ESA 79. Jekk il-gvern iwettaq kontrolli fuq kemm ikun jixraq jew fuq is-sigurtà tat-tagħmir użat, rigward il-kompetenza professjonali tal-personal impjegat, jew rigward il-kwalità jew l-istandard ta' l-oġġetti u tas-servizzi prodotti bħala kondizzjoni għall-konċessjoni ta' din il-liċenza, il-pagament huwa meqjus bħala x-xiri ta' servizz (għajr jekk l-ammonti jkun għal kollox 'il barra mill-proporzjon għall-ispiża tal-kontrolli li jridu jitwettqu).

    Għall-familji, sitwazzjoni simili teżisti fl-ESA 95 bl-esklużjoni mit-taxxi korrenti fuq id-dħul, il-ġid, eċċ., tal-pagamenti għal firxa ta' liċenzi. Minflok, dawn jiġu meqjusa bħala pagamenti għas-servizzi tal-gvern.

    Il-Konsegwqenzi tal-bidla

    Il-bidla fil-klassifika ta' ċerti piżijiet tal-gvern fuq il-liċenzi x'aktarx li tintitola klassifika mill-ġdid tan-numru ta' l-unitajiet tal-produtturi possessi mill-gvern għall-produtturi mhux tas-suq. Dan li ġej jiddeskrivi l-konsegwenzi tal-klassifika mill-ġdid ta' l-irċevuti tal-klassifika mill-ġdid ta' unità li tissokta produttur mhux tas-suq mit-taxxi, eċċ. għall-pagamenti għas-servizzi. Il-kwistjoni dwar li l-produtturi jiġu kklassifikati mill-ġdid minn produtturi tas-suq għal produtturi mhux tas-suq u bil-maqlub hija ttratta fil-Taqsima 2.19.

    Fl-avviċinament skond il-produzzjoni, il-produzzjoni ma tinbidilx, ġaladarba l-produzzjoni tal-produttur mhux tas-suq hija vvalutata bħal s-somma ta' l-ispejjeż.Il-konsum intermedju jiżdied bl-ammont tal-piżijiet, eċċ. li jiġu kklassifikati mill-ġdid minn "taxxi oħra marbuta mal-produzzjoni (R222)" mal-konsum intermedju, jiġifieri dik il-partital-piżijiet tal-liċenzi tal-gvern li titħallas mill-produtturi. Il-valur miżjud jaqa' b'mod korrispondenti.

    Fl-avviċinament skond in-nefqa, il-konsum finali tal-familji jogħla bl-ammont tal-piżijiet tal-liċenzi mħallsa mill-familji fil-kapaċità tagħhom bħala konsumaturi li jiġi kklassifikat mill-ġdid mit-"taxxi korrenti fuq id-dħul, il-ġid, eċċ." għax-xiri tas-servizzi. Il-konsum kollettiv tal-gvern ġenerali jaqa' skond iż-żieda fil-bejgħ. Mill-banda l-oħra, il-konsum kollettiv tal-PNPISHijiet jogħla minħabba li l-produtturi mhux tas-suq jista' jkollhom iħallsu wħud mill-piżijiet fil-kwistjoni, biex b'hekk jgħollu l-konsum intermedju, imma dan jiġi kkontrobilanċjat bi tnaqqis fit-taxxi fuq il-produzzjoni. L-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet jiżdiedu safejn u sakemm ikun hemm piżijiet tal-liċenzi mħallsa mir-residenti lill-aġenziji ta' gvernijiet barranija jew minn min mhux residenti mħallsa lill-aġenziji tal-gvern tal-post.

    Fl-avviċinament skond id-dħul, it-taxxi fuq il-produzzjoni (R222) jaqgħu bl-istess ammont bħall-waqgħa fil-valur miżjud.

    Kollox ma' kollox, is-sinjal ta' l-impatt tal-PGD huwa negattiv b'mod mhux ambigwu, mogħti illi parti mill-piżijiet tal-liċenzi tmur fil-konsum intermedju. Billi ma jkun hemm l-ebda konsegwenzi fil-mogħdija mill-PGD għall-PGN, l-effett fuq il-PGN huwa egwali għal dak fuq il-PGD.

    Eżempju numeriku

    Ejja ngħidu li piżijiet tal-liċenzi li jagħmlu total ta' 1000 jiġu kklassifikati mill-ġdid mit-taxxi, eċċ. għall-bejgħ mill-produtturi mhux tas-suq tal-gvern ġenerali. Minn dan l-ammont, 500 għandhom x'jaqsmu mal-piżijiet imħallsa mill-familji fil-kapaċità tagħhom ta' konsumaturi kklassifikati mill-ġdid f'mill-R69 u l-500 l-oħra jitħallsu mill-produtturi kklassifikati mil-ġdid mill-R222. L-ebda piżijiet minn dwn ma japplikaw għall-produtturi mhux tas-suq tal-gvern ġenerali u l-NPIjiet.

    It-trattament tal-kontabbilità fil-Kontijiet Issimplifikati għan-Nazzjon: il-bidliet ipparagunati mar-reġistrazzjoni skond ir-regoli ta' l-ESA 79.

    Il-Kont ta' l-oġġetti u s-servizzi |

    Ir-Riżorsi | L-Użi |

    | |

    P20 | + 500 |

    | P3B | – 500 |

    Il-Kont tal-Produzzjoni | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    Il-Kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul | Il-Kont tad-distribuzzjoni tad-dħul | Ir-Riżorsi | L-Użi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | | | | | | | | |

    P20 | + 500 | R20 | – 500 | N1 | – 500 | | | N2 | + 0 |

    N1 | – 500 | | N2 | + 0 | | | N3 | – 500 | R20 | – 500 |

    l-Kont ta' l-użu tad-dħul | Il-Kont tal-kapital | Il-Kont tal-bqija tad-dinja |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | | | | | | | | |

    P3A | – 500 | N3 | – 500 | N5 | + 0 | N4 | + 0 | N5 | + 0 |

    N4 | + 0 | | | | | | | | | |

    13. Il-Valutazzjoni tal-prodott maħruġ għall-użu finali personali u l-produzzjoni mill-attivitajiet volontarji

    Il-Kliem ċavetta

    | L-ESA 79 | L-ESA 95 |

    Il-Konfini tal-produzzjoni | 306 | 3.08 |

    Il-Valutazzjoni tal-produzzjoni | 315, 628 | 3.49, 3.52 |

    Id-Deskrizzjoni tal-bidla

    Jeżistu żewġ bidliet li jridu jiġu diskussi taħt din l-intestatura.

    L-ewwel bidla tal-kunċett tikkonsisti f'li jiġi inkluż, kulmeta possibbli, element ta' ammont żejjed nett operattiv fil-valutazzjoni tal-produzzjoni akkont tagħha nfisha. L-ESA 79 tiddikjara li ma tiġi rreġistrata l-ebda żieda operattiva minn din.

    It-tieni bidla tirrigwarda l-kostruzzjoni ta' l-attivi fissi permezz ta' l-attivitajiet volontarji. L-ESA 95 tispeċifika illi stima tal-valur tax-xogħol (imsejsa fuq stima ta' l-ispiża ta' l-ingaġġar ta' xogħol ekwivalenti mħallas) għandha tiġi inkluża meta jiġi stmat il-valur tal-produzzjoni. L-ESA 79 ma tagħmel l-ebda ħtieġa minn din.

    Il-Konsegwenzi tal-bidla

    Fl-avviċinament skond il-produzzjoni, il-produzzjoni u l-valur miżjud tal-produtturi tas-suq jiżdiedu biż-żieda fil-valur tal-produzzjoni akkont tagħha nfisha li ssegwi mill-valutazzjoni tal-produzzjoni akkont tagħha nfisha bil-prezzijiet bażiċi iktar milli bis-somma ta' l-ispejjeż. Il-produzzjoni u l-valur miżjud jiżdiedu wkoll bl-ammont tal-valur tax-xogħol mhux imħallas użat fl-attività komunali tal-kostruzzjoni, li kien eskluż fl-ESA 79.

    Fl-avviċinament skond in-nefqa, jiżdiedu l-konsum finali tal-familji kif ukoll iż-żieda fil-formazzjoni tal-kapital fiss gross (dan ta' l-aħħar bħala konsegwenza taż-żewġ bidliet tal-kunċett). Il-konsum finali tal-gvern ġenerali u l-PNPIjiet iridu jonqsu fil-każ tal-formazzjoni tal-kapital akkont tiegħu nnifsu.

    Fl-avviċinament skond id-dħul, il-kumpens ta' l-impjegati jogħla safejn u sakemm il-produzzjoni akkont tagħha nfisha tirrigwarda l-kumpens in natura lill-impjegati. Barra minn hekk, l-ammont żejjed gross operattiv tal-produtturi tas-suq jiżdied b'mod korrispondenti għal dik il-parti tal-produzzjoni akkont tagħha nfisha li tintuża bħala l-konsum finali tal-familji tal-prodott akkont tiegħu nfusu (minbarra l-kumpens in natura lill-impjegati) u l-formazzjoni tal-kapital fiss gross. Rigward il-produzzjoni mill-attivitajiet volontarji, l-ammot żejjed operattiv (id-dħul imħallat) jiżdied ukoll bl-ammont tal-valur tax-xogħol mhux imħallas użat.

    L-impatt fur il-PGD huwa deċiżament pożittiv. Il-mogħdija mill-PGD għall-PGN tiġi affettwata biss bil-kumpens in natura lill-impjegati lejn u mir-ROW u għalhekk x'aktarx li ma tinbidilx rigward il-għanijiet kollha prattiċi. Mogħti dan l-impatt negliġibbli, l-effet fuq il-PGN jrid ikun pożittiv ukoll.

    Eżempju numeriku

    L-ewwelnett, ejja ngħidu li l-prinċipji l-ġodda tal-valutazzjoni rigward il-produzzjoni akkont tagha nfisha timplika żieda fil-produzzjoni ta' 1000 meta pparagunata mal-valutazzjoni ta' l-ESA 79, li minnhom 100 jikkorrispondu mal-kumpens in natura lill-impjegati, 400 jikkorrispondu mal-konsum finali tal-familji tal-prodott akkont tiegħu nnifsu u 500 mal-formazzjoni tal-kapital akkont tiegħu nnifsu mill-produtturi tas-suq.

    It-trattament tal-kontabbiltà fil-Kontijiet Issimlifikati għan-Nazzjon: il-bidliet ipparagunati mar-reġistrazzjoni skond ir-regoli ta' l-ESA 79.

    Il-Kont ta' l-oġġetti u s-servizzi |

    Ir-Riżorsi | L-Użi |

    P10 | + 1000 | P3B | + 500 |

    | | P41 | + 500 |

    Il-Kont tal-produzzjoni | Il-Kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul | Il-Kont tad-distribuzzjoni tad-dħul |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | P10 | + 1000 | R10 | + 100 | N1 | + 1000 | | | N2 | + 900 |

    N1 | + 1000 | | | N2 | + 900 | | | N3 | + 1000 | R10 | + 100 |

    L-Użu tal-kont tad-dħul | Il-Kont tal-kapital | Il-Kont tal-bqija tad-dinja |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | | | | | | | | |

    P3A | + 500 | N3 | + 1000 | P41 | + 500 | N4 | + 500 | N5 | + 0 |

    N4 | + 500 | | | N5 | + 0 | | | | | |

    It-tieni, ejja ngħidu illi meta jiġu applikati l-prinċipji l-ġodda tal-valutazzjoni rigward l-attivi fissi maħluqa mill-attivitajiet volontarji l-istima tal-valur tax-xogħol tkun 800.

    It-trattament tal-kontabbiltà fil-Kontijiet Issimplifikati għan-Nazzjon: il-bidliet ipparagunati mar-reġistrazzjoni skond ir-regoli ta' l-ESA 79.

    Il-Kont ta' l-oġġetti u s-servizzi |

    Ir-Riżorsi | L-Użi |

    P10 | + 800 | P41 | + 800 |

    Il-Kont tal-Produzzjoni | Il-Kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul | Il-Kont tad-distribuzzjoni tad-dħul |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | P10 | + 800 | | | N1 | + 800 | | | N2 | + 800 |

    N1 | + 800 | | | N2 | + 800 | | | N3 | + 800 | | |

    L-Użu tal-kont tad-dħul | Il-Kont tal-Kapital | Il-Kont tal-bqija tad-dinja |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | | | | | | | | |

    | | N3 | + 800 | P41 | + 800 | N4 | + 800 | N5 | + 0 |

    N4 | + 800 | | | N5 | + 0 | | | | | |

    14. Il-Għatba tal-valur għall-oġġetti ta' kapital

    Il-Kliem ċavetta

    | L-ESA 79 | L-ESA 95 |

    Il-Konsum intermedju | 323 (d) | 3.70 (e) |

    Il-Formazzjoni tal-kapital fiss gross | 340 (a) | 3.108 (a) |

    Id-Deskrizzjoni tal-bidla

    Il-għatba ta' l-ESA 79 għall-inklużjoni ta' l-oġġetti li ma jinkisrux ta' valur baxx fil-formazzjoni tal-kapital fiss gross huwa ffissat għal ECU 100 skond il-prezzijet ta' l-1970, filwaqt li l-għatba ta' l-ESA 95 hija ta' ECU 500 skond il-prezzijiet ta' l-1995. Fl-Istati Membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea, il-għatba l-ġdida timplika bidla 'l fuq f'termini reali tal-għatba, li twassal għal sehem ikbar tal-kisbiet ta' oġġetti ta' kapital żgħir jiġu ttrattati bħala konsum intermedju.

    Il-Konsegwenzi tal-bidla

    Fl-avviċinament skond il-produzzjoni, irid ikun hemm żieda fil-konsum intermedju u waqgħa korrispondenti fil-valur miżjud safejn u sakemm jirrigwarda l-produtturi tas-suq. Għalhekk, il-valur miżjud li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni tas-suq jaqa'.Safejn u sakemm jirrigwarda l-produtturi mhux tas-suq, il-valur miżjud gross jaqa' b'mod korrispondenti għall-konsum iżgħar tal-kapital fiss li huwa l-kontroparti tat-tnaqqis fil-formazzjoni tal-kapital fiss gross.

    Fl-avviċinament skond in-nefqa, irid ikun hemm waqgħa fil-formazzjoni tal-kapital fiss gross. Iktar minn hekk, il-konsum kolletiv tal-gvern ġenerali huwa bla ħsara għal żewġ effetti b'sinjal oppost: minn banda waħda, il-konsum intermedju tal-produtturi mhux tas-suq jiżdied bl-istess ammont kif jaqa' l-konsum tal-kapital fiss gross, mill-banda l-oħra il-konsum tal-kapital fiss jaqa'.

    Fl-avviċinament skond id-dħul, irid ikun hemm waqgħa fl-ammont żejjed gross operattiv egwali għall-waqgħa tal-valur miżjud tal-produtturi tas-suq flimkien ma' waqgħa fil-konsum tal-kapital fiss tal-produtturi mhux tas-suq.

    Kif jidher mill-avviċinamenti skond il-produzzjoni u skond id-dħul, l-impatt fuq il-PGD huwa negattiv b'mod mhux ambigwu. Ġaladarba l-mogħdija mill-PGD għall-PGN ma tiġix affettwata bl-aġġustament tal-għatba, l-impatt fuq il-PGN jegwalja lil dak fuq il-PGD.

    Eżempju numeriku

    Ejja ngħidu li x-xiri ta' l-oġġetti ta' kapital baxx mill-produtturi tas-suq li jiswa 900 jiġi kklassifikat mill-ġdid għall-formazzjoni tal-kapital fiss gross. Iktar minn dan, illi x-xiri ta' 100 mill-produtturi mhux tas-suq jiġi kklassifikat mill-ġdid, u li l-għatba l-ġdida tintitola tnaqqis ta' 90 fil-konsum tal-kapital fiss rigward il-produtturi mhux tas-suq.

    It-trattament tal-kontabbiltà għall-Kontijiet Issimplifikati għan-Nazzjoni; il-bidliet ipparagunati mar-reġistrazzjoni skond ir-regoli ta' l-ESA 79.

    Il-Kont ta' l-oġġetti u s-servizzi |

    Ir-Riżorsi | L-Użi |

    P10 | + 10 | P20 | + 1000 |

    | | P3B | + 10 |

    | | P41 | – 1000 |

    Il-Kont tal-Produzzjoni | Il-Kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul | Il-Kont tad-distribuzzjoni tad-dħul |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    P20 | + 1000 | P10 | + 10 | | | N1 | – 990 | | | N2 | – 990 |

    N1 | – 990 | | | N2 | + 990 | | | N3 | – 990 | | |

    L-Użu tal-kont tad-dħul | Il-Kont tal-kapital | Il-Kont tal-bqija tad-dinja |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | | | | | | | | |

    P3A | + 10 | N3 | – 990 | P41 | – 1000 | N4 | – 1000 | N5 | + 0 |

    N4 | – 1000 | | | N5 | + 0 | | | | | |

    15. Il-Kriterji tas-suq/mhux tas-suq

    Il-Kliem ċavetta

    | L-ESA 79 | L-ESA 95 |

    Il-Produtturi tas-suq | 315 | 3.24 |

    Il-Produzzjoni tas-suq | 305, 308 | 3.17 |

    Il-Produtturi mhux tas-suq | 317 | 3.26 |

    Il-Produzzjoni mhux tas-suq | 312 | 3.23 |

    Id-Deskrizzjoni tal-bidla

    Ir-regoli għalbiex jiġu kklassifikati l-unitajiet tal-produtturi bħala tas-suq jew mhux tas-suq ġew abbozzati għal-kollox mill-ġdid.

    Fl-ESA 79, il-produzzjoni ta' lista ddikjarata tas-servizzi dejjem titqies bi ftehim taċitu li hija servizzi tas-suq, il-produzzjoni ta' lista ddikjarata tat-tieni tas-servizzi dejjem titqies li tkun mhux tas-suq, u l-produzzjoni ta' lista ddikjarata tat-tielet tas-servizzi titqies li hija servizzi tas-suq jekk ir-riżorsi ta' l-unità tal-produtturi tiġi fil-biċċa l-kbira mill-bejgħ tal-produzzjoni tagħha.

    Fl-ESA 95, sett waħdieni ta' kriterji japplika għall-attivitajiet kollha. Per eżempju, il-produtturi l-oħra mhux tas-suq huma ddefiniti bħala KAUijiet jew unitajiet istituzzjonali li l-parti maġġuri tal-produzzjoni tagħhom hija pprovvduta bla ħlas jew bi prezzijiet mhux ekonomikament sinifikanti (jiġifieri, meta inqas minn 50 % ta' l-ispejjeż tal-produzzjoni jkunu koperti mill-bejgħ).

    Il-konsegwenza ta' din il-bidla hija li unità ta' produttur mogħtija tista' tiġi kklassifikata bħala tas-suq taħt l-ESA 79 imma bħala mhux tas-suq fl-ESA 95, jew bil-maqlub. It-tieni, il-valutazzjoni tal-produzzjoni tal-produzzjoni mhux tas-suq hija rriveduta fl-ESA 95 (ara l-20 hawn taħt), fil-biċċa l-kbira rigward is-sussidji. Il-manjiera li fiha tiġi vvalutata l-produzzjoni tiddependi minn jekk il-produzzjoni hijiex produzzjoni tas-suq jew produzzjoni mhux tas-suq.

    Il-Konsegwenzi tal-bidla

    Ikkunsidra l-każ ta' unità tal-produtturi li hija kklassifikata mill-ġdid minn waħda tas-suq għal waħda mhux tas-suq. Skond ir-regoli ta' l-ESA 79, il-produttur fil-kwistjoni kienwieħed tas-suq bi ftehim taċitu bis-saħħa tal-fergħa tiegħu ta' attività, filwaqt li taħt ir-regoli ta' l-ESA 95 il-kriterju ta' 50 % japplika tkun xi tkun l-attività. Kull klassifika mill-ġdid fid-direzzjoni opposta twassal għall-konsegwenzi ekwivalenti iżda opposti.

    Fl-avviċinament skond il-produzzjoni, il-produzzjoni tinbidel skond id-differenza bejn id-dħul mill-bejgħ (possibbilment flimkien mal-bidliet fil-ħażniet ta' l-oġġetti mlestija u x-xogħol għaddej) u l-ispejjeż tal-produzzjoni. Il-konsum intermedju ma jitbiddilx. Il-valur miżjud jinbidel minn li jkun imnissel bħala produzzjoni nieqsa mill-konsum intermedju għal li jiġi kkalkolat bħala s-somma tal-kumpens lill-imjegati, il-konsum tal-kapital fiss u t-taxxi l-oħra bis-sussidji mnaqqsa fuq il-produzzjoni. Sakemm il-produttur ma jissodisfax il-kriterju tal-50 % ta' l-ESA 95, l-impatt fuq il-valur miżjud irid ikun pożittiv.

    Fl-avviċinament skond in-nefqa, il-konsum kollettiv jogħla bl-eċċess ta' l-ispejjeż tal-produzzjoni fuq id-dħul mill-bejgħ. Il-komponenti l-oħra kollha ma jinbidlux.

    Fl-avviċinament skond id-dħul, il-bidla fl-ammont żejjed gross operattiv jegwalja l-bidla fil-valur miżjud nieqes il-bidla fis-sussidji l-oħra tal-produzzjoni R312.

    Fil-każ ta' klassifika mill-ġdid mill-produtturi tas-suq għall-produtturi mhux tas-suq, l-effet fuq il-PGD huwa pożittiv b'mod mhux ambigwu. Ġaladarba l-klassifiċi mill-ġdid jistgħu jmorru ż-żewġ naħat, l-impatt totali tal-PGD ma jistax jiġi stabbilit a priori. Billi l-mogħdija mill-PGD għall-PGN ma hi bla ħsara għall-ebda bidla, l-impatt fuq il-PGN jegwalja lil dak fuq il-PGD.

    Eżempju numeriku

    Ejja ngħidu li produttur tal-films posseduti pubblikament (suq bi ftehoim taċitu fl-ESA 79) ikollu rċevuti mill bejgħ li jsarrfu 300, konsum intermedju ta' 200, kumpens lill-impjegati ta' 500, konsum tal-kapital fiss ta' 50 u taxxi oħra marbuta mal-produzzjoni li jsarrfu 50. Jirċievi trasferiment tal-gvern għalbiex ikopri d-dejn tiegħu ta' 500 li skond ir-regoli ta' l-ESA 79 huwa ttrattat bħala sussidju marbut mal-produzzjoni. Ma jeżistu l-ebda sorsi oħra ta' dħul, u l-ebda esportazzjonijiet tal-prodott prodott. B'konsegwenza ta' dan, il-produttur irid jiġi kklassifikat mill-ġdid minn produttur tas-suq għal produttur mhux tas-suq bħala parti mit-transizzjoni għall-ESA 95.

    It-trattament tal-kontabbiltà fil-Kontijiet Issimplifikati għan-Nazzjon: il-bidliet ipparagunati mar-reġistrazzjoni skond ir-regoli ta' l-ESA 79.

    Il-Kont ta' l-oġġetti u s-servizzi |

    Ir-Riżorsi | L-Użi |

    P10 | + 500 | P3B | + 500 |

    Il-Kont tal-produzzjoni | Il-Kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul | il-Kont tad-distribuzzjoni tad-dħul |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | P10 | + 500 | | | Ni | + 500 | R312 | – 500 | N2 | + 0 |

    NI | + 500 | | | N2 | + 0 | R312 | – 500 | N3 | + 500 | | |

    L-Użu tal-kont tad-dħul | Il-Kont tal-Kapital | Il-Kont tal-bqija tad-dnja |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | | | | | | | | |

    P3A | + 500 | N3 | + 500 | | | N4 | + 0 | N5 | + 0 |

    N4 | + 0 | | | N5 | + 0 | | | | | |

    16. Is-Sussidji

    Il-Kliem ċavetta

    | L-ESA 79 | L-ESA 95 |

    Is-Sussidji | 421 | 4.30, 4.38(j) |

    It-Trasferimenti in natura | 475 | 4.105 (e) |

    Id-Deskrizzjoni tal-bidla

    Il-ħtiġiet ta' l-ESA 95 jiddifferixxu minn dawk ta' l-ESA 79 (li tinkorpora d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/465/KEE [1], Euratom, li tiċċara l-ESA 79 rigward issussidji) f'żewġ rigwardi.

    L-ewwelnett, fl-ESA 95 dawn li ġejjin huma esklużi mis-sussidji: il-pagamenti mill-gvern ġenerali lill-produtturi tas-suq għalbiex jitħallsu fl-intier tagħhom jew f'parti minnhom l-oġġetti u s-servizzi li dawn il-produtturi tas-suq jipprovdu direttament u b'mod individwali lill-familji fil-kuntest tar-riskji jew il-ħtiġiet soċjali li għalihom il-familji għandhom dritt stabbilit legalment. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni riferita hawn fuq ma għamlet l-ebda ħtieġa rigward l-aspett soċjali.

    It-tieninett, fl-ESA 95 il-produtturi l-oħra mhux tas-suq jistgħu jirċievu sussidji oħra fuq il-produzzjoni jekk dawn il-pagamenti jiddependu fuq ir-regolamenti tal-gvern li japplikaw kemm għall-produtturi tas-suq u kemm għall-produtturi mhux tas-suq. Il-produtturi mhux tas-suq ma jistgħux jirċievu sussidji taħt l-ESA 79. Meta dan ikun il-każ, ikun hemm impatt fuq il-valutazzjoni tal-produzzjoni għall-produtturi mhux tas-suq.

    Il-Konsegwenzi tal-bidla

    L-ewwelnett, ikkunsidra l-każ ta' pagament mill-gvern ġenerali lill-produtturi li għandhom x'jaqsmu mal-provvediment tas-servizzi lill-familji li ma jissodisfax il-kriterji soċjali ta' l-ESA 95 u jiġi rreġistrat bħala benefiċċji soċjali in natura skond ir-regoli ta' l-ESA 79 (kif iċċarat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar is-sussidji) imma bħala sussidji fuq il-prodotti fl-ESA 95. L-ESA 95 teħtieġ b'mod espliċitu li jrid ikun hemm għan soċjali u intitolamenti ta' individwi wara l-pagamenti għalbiex ma jiġux ittrattati bħala trasferimenti mhux impattija lill-produtturi, jiġifieri bħala sussidji. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar is-sussidji li tiċċara l-ESA 79 ma ssemmi l-ebda għan soċjali, jiġifieri n-nefqa immirata biex tkopri ċerti riskji u ħtiġiet partikolari.

    Fl-avviċinament skond il-produzzjoni, il-produzzjoni u l-valur miżjud jaqgħu bl-ammont hekk ikklassifikat mill-ġdid.

    Fl-avviċinament skond in-nefqa, il-konsum finali tal-familji jaqa' b'dan l-istess ammont.

    Fl-avviċinament skond id-dħul, is-sussidji fuq il-produzzjoni jogħlew bl-ammont ikklassifikat mill-ġdid għas-sussidji fuq il-prodotti.

    L-effett fuq il-PGD u l-PGN huwa negattiv mingħajr ambigwità u egwali fid-daqs għat-trasferiment tal-gvern ikklassifikat mill-ġdid għas-sussidji fuq il-prodotti.

    Eżempju numeriku

    Ejja ngħidu li ħlas ta' 1000 mill-gvern ġenerali lill-produtturi tas-suq jiġi kklassifikat mill-ġdid mill-benefiċċji soċjali in natura għas-sussidji fuq il-prodotti.

    It-trattament tal-kontabbiltà fil-Kontijiet Issimplifikati għan-Nazzjpon: il-bidliet ipparagunati mar-reġistrazzjoni skond ir-regoli ta' l-ESA 79.

    Il-Kont ta' l-oġġetti u s-servizzi |

    Ir-Riżorsi | L-Użi |

    P10 | – 1000 | P3B | – 1000 |

    Il-Kont tal-produzzjoni | Il-Kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul | Il-Kont tad-distribuzzjoni tad-dħul |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | P10 | – 1000 | | | N1 | – 1000 | R311 | + 1000 | N2 | + 0 |

    N1 | – 1000 | | | N2 | + 0 | R311 | + 1000 | N3 | – 1000 | | |

    L-Użu tal-kont tad-dħul | Il-Kont tal-kapital | Il-Kont tal-bqija tad-dinja |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | | | | | | | | |

    P3A | – 1000 | N3 | – 1000 | | | N4 | + 0 | N5 | + 0 |

    N4 | + 0 | | | N5 | + 0 | | | | | |

    It-tieninett, ejja ngħidu li pagamenti ta' 1000 mill-gvern ġenerali lill-instituzzjonijiet ta' bla qligħ li jservu lill-familji jiġu kklassifikati mill-ġdid mit-trasferimenti korrenti għal sussidji oħra fuq il-produzzjoni.

    Fl-avviċinament skond il-produzzjoni, il-produzzjoni u l-valur miżjud jaqgħu bl-ammont hekk ikklassifikat mill-ġdid.

    Fl-avviċinament skond in-nefqa, il-konsum finali tal-PNPISHijiet jaqgħu b'dan l-istess ammont.

    Fl-avviċinament skond id-dħul, is-sussidji fuq il-produzzjoni jogħlew bl-ammont ikklassifikat mill-ġdid għas-sussidji fuq il-prodotti.

    It-trattament tal-kontabbiltà fil-Kontijiet Issimplifikati għan-Nazzjon: il-bidliet ipparagunati mar-reġistrazzjoni skond ir-regoli ta' l-ESA 79.

    Il-Kont ta' l-oġġetti u s-servizzi |

    Ir-Riżorsi | L-Użi |

    P10 | – 1000 | P3B | – 1000 |

    Il-Kont tal-produzzjoni | Il-Kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul | Il-Kont tad-distribuzzjoni tad-dħul |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | P10 | – 1000 | | | N1 | – 1000 | R31 | + 1000 | N2 | + 0 |

    N1 | – 1000 | | | N2 | + 0 | R31 | + 1000 | R66 | – 1000 | R66 | – 1000 |

    | | | | | | | | N3 | – 1000 | | |

    L-Użu tal-kont tad-dħul | Il-Kont tal-kapital | il-Kont tal-bqija tad-dinja |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | | | | | | | | |

    P3A | – 1000 | N3 | – 1000 | | | N4 | + 0 | N5 | + 0 |

    N4 | + 0 | | | N5 | + 0 | | | | | |

    17. L-Oriġinali tad-divertiment, letterarji u artistiċi

    Il-Kliem ċavetta

    | L-ESA 79 | L-ESA 95 |

    Il-Konfini tal-produzzjoni | 309 | 3.67 |

    Il-Formazzjoni tal-kapital fiss gross | 340, 398 | 3.105 (b) |

    Id-Deskrizzjoni tal-bidla

    Il-produzzjoni ta' l-oriġinali tad-divertiment, letterarji u artistiċi tifforma parti mill-formazzjoni tal-kapital fiss gross fl-ESA 95. Fl-ESA 79, din il-produzzjoni hija 'l barra mill-konfini tal-produzzjoni. Il-kwistjoni dwar kif jiġu ttrattati s-servizzi assoċjati, jiġifieri l-pagamenti għall-użu awtorizzat (ir-riproduzzjoni) ta' dawn l-oriġinali jiġu ttrattati fit-taqsima li ġejja.

    Il-Konsegwenzi tal-bidla

    Fl-avviċinament skond il-produzzjoni, il-produzzjoni tiżdied bil-valur ta' l-oriġinali prodotti. Il-konsum intermedju jiżdied bil-valur tad-dħul ġewwa dan il-proċess tal-produzzjoni, li qabel kien ittrattat bħala konsum finali tal-familji. Il-valur miżjud jinbidel bid-differenza bejn dawn iż-żewġ ħaġiet. Is-sinjal ma jistax jiġi stabbilit a priori, imma l-preżunzjoni hija illi jrid ikun pożittiv fil-biċċa l-kbira tal-każijiet.

    Fl-avviċinament skond in-nefqa, il-formazzjoni tal-kapital fiss gross togħla bil-valur ta' l-oriġinali prodotti. Il-konsum finali tal-familji jaqa' bin-nefqiet ikklassifikati mill-ġdid għall-konsum intermedju.

    Fl-avviċinament skond id-dħul, il-bidla fl-ammont żejjed gross operattiv tirrifletti lil dak tal-valur miżjud.

    Saħansitra minkejja li s-sinjal ta' l-impatt fuq il-PGD u l-PGN ma jistax jiġi stabbilit a priori, jidher hafna improbabbli li ż-żieda fil-konsum intermedju tiddomina ż-żieda fil-produzzjoni. Il-preżunzjoni trid għalhekk tkun għal impatt pożittiv fuq il-PGD u l-PGN.

    Eżempju numeriku

    Ejja ngħidu li teżisti produzzjoni ta' oriġinali kkompletati fil-perjodu taż-żmien tal-kontabbiltà li għandha valur ta' 1000. Il-produzzjoni teħtieġ konsum intermedju ta' 200. Ma jeżisti l-ebda kumpens għall-impjegati involuti. Nassumu wkoll illi ma jeżistu l-ebda esportazzjonijiet jew importazzjonijiet ta' oriġinali ta' divertiment, letterarji jew artistiċi.

    It-trattament tal-kontabbiltà fil-Kontijiet Issimplifikati għan-Nazzjon: il-bidliet ipparagunati mar-reġistrazzjoni skond ir-regoli ta' l-ESA 79.

    Il-Kont ta' l-oġġetti u s-servizzi |

    Ir-Riżorsi | L-Użi |

    P10 | + 1000 | P20 | + 200 |

    | | P3B | – 200 |

    | | P41 | + 1000 |

    Il-Kont tal-produzzjoni | Il-Kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul | Il-Kont tad-distribuzzjoni tad-dħul |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    P20 | + 200 | P10 | + 1000 | | | N1 | + 800 | | | N2 | + 800 |

    N1 | + 800 | | | N2 | + 800 | | | N3 | + 800 | | |

    L-Użu tal-kont tad-dħul | Il-Kont tal-Kapital | Il-Kont tal-bqija tad-dinja |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | | | | | | | | |

    P3A | – 200 | N3 | + 800 | P41 | + 1000 | N4 | + 1000 | N5 | + 0 |

    N4 | + 1000 | | | N5 | + 0 | | | | | |

    18. Is-Servizzi assoċjati ma' l-użu ta' l-oriġinali tad-divertiment, letterarji u artistiċi

    Il-Kliem ċavetta

    | L-ESA 79 | L-ESA 95 |

    Il-Konfini tal-produzzjoni | 309 (b) | 3.67 |

    Id-Dħul mill-Proprjetà | 436 (ċ) | |

    Id-Deskrizzjoni tal-bidla

    Fl-ESA 95 il-pagamenti għall-liċenzi sabiex jitużaw oriġinali tad-divertiment, letterarji u artistiċi huma rreġistrati bħala bejgħ u xiri tas-servizzi. Fl-ESA 79 dawn il-pagamenti ġew ittrattati bħala dħul mill-proprjetà.

    Il-Konsegwenzi tal-bidla

    Is-soltu, il-pagamenti għad-drittijiet ta' l-awtur iridu jsiru minn dawk li jippubblikaw sabiex jiksbu l-liċenza għalbiex jużaw id-drittijiet ta' l-awtur ta' l-artisti, eċċ. L-użu ta' dawn is-servizzi irid għalhekk jidher b'mod predominanti bħala konsum intermedju biż-żieda ta' l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet. Dawn ta' l-aħħar jinħolqu minħabba li dawk li jippublikaw li ma jkunux residenti jiksbu l-liċenza sabiex jużaw id-drittijiet ta' l-awtur ta' l-artisti tal-post u bil-maqlub.

    Rigward l-artisti eċċ. li jinfurzaw id-drittijiet tagħhom ta' l-awtur, dawn xi mdaqqiet joħolqu l-ħtieġa li jinvolvu intermedjarju li l-funzjoni tiegħu tkun li jżomm it-traċċja ta' meta u fejn il-kotba jiġu ppubblikati, ir-reġistrazzjonijiet imdaqqa u d-drammi mtellgħa. Din in-nefqa hija kklassifikata mill-ġdid mill-konsum finali tal-familji għall-konsum intermedju. Madankollu, dawn is-servizzi jridu fil-biċċa l-kbira jiġu mixtrija minn dawk li jippubblikaw aktar milli mill-artisti nfushom, f'liema każ ikunu ġew rreġistrati l-ewwel bħala konsum intermedju.

    Fl-avviċinament skond il-produzzjoni, il-produzzjoni togħla bil-bejgħ tas-servizzi tal-liċenzi flimkien ma' kull servizz mixtri mill-produtturi mhux tas-suq. Il-konsum intermedju ta' dawk mill-post li jippubblikaw jogħla bl-istess ammont nieqes l-esportazzjonijiet netti tas-servizzi tad-drittijiet ta' l-awtur. B'żieda ma' dan, l-artisti nfushom jistgħu jidħlu għal nefqiet ta' konsum intermedju fil-għamla ta' pagamenti lill-intermedjarji (l-aġenti). Il-valur miżjud jinbidel bid-differenza bejn dawn l-ammonti. Is-sinjal ma jistax jiġi stabbilit a priori.

    Fl-avviċinament skond in-nefqa, il-konsum finali tal-familji jaqa' b'kull pagament lill-aġenti kklassifikat mill-ġdid mill-konsum finali tal-familji għall-konsum intermedju. B'żieda ma' dan, il-pagamenti għas-servizzi tad-drittijiet ta' l-awtur lil u mill-bqija tad-dinja jridu issa jidhru bħala importazzjnijiet u esportazzjnijiet. Safejn u sakemm is-servizzi tad-drittijiet ta' l-awtur ikunu miksuba mill-produtturi mhux tas-suq, il-konsum kollettiv irid jogħla kif jixraq.

    Fl-avviċinament skond id-dħul, il-bidla fl-ammont żejjed gross operattiv isegwi mill-bidla fil-valur miżjud.

    Kif jidher mit-tliet avviċinamenti, is-sinjal ta' l-effett fuq il-PGD ma jistax jiġi stabbilit a priori. Rigward il-mogħdija mill-PGD għall-PGN, il-pagamenti għal-liċenza sabiex jintużaw l-oriġinali artistiċi jiġu kklassifikati mill-ġdid mid-dħul mill-proprjetà lejn u mill-bqija tad-dinja għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tas-servizzi, li jagħmlu l-effett fuq it-transazzjonijiet mar-ROW newtrali fejn jidħol il-PGN. Bħall-effett fuq il-PGD, is-sinjal ta' l-impatt fuq il-PGN ma jistax jiġi stabbiliti a priori.

    Eżempju numeriku

    Ejja ngħidu li jeżistu pagamenti minn dawk tal-post li jippubblikaw lill-artisti residenti li jwasslu għal 1000 u li l-artist ma jidħol għall-ebda nefqa tal-konsum intermedju meta jbigħ il-liċenza sabiex jintużaw l-oriġinali. Nassumu wkoll illi l-importazzjonijiet ta' dawn is-servizzi huma egwali għal 100 u l-esportazzjonijiet għal 300. It-transazzjonijiet kollha ta' l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet huma ma dawk li jippubblikaw u mhux ma' l-artisti nfushom.

    It-trattament tal-kontabbiltà fil-Kontijiet Issimplifikati għan-Nazzjon: il-bidliet ippargunati mar-reġistrazzjoni skond ir-regoli ta' l-ESA 79.

    Il-Kont ta' l-oġġetti u s-servizzi |

    Ir-Riżorsi | L-Użi |

    P10 | + 1300 | P20 | + 1100 |

    P60 | + 100 | P50 | + 300 |

    Il-Kont tal-produzzjoni | Il-Kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul | Il-Kont tad-distribuzzjoni tad-dħul |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    P 20 | + 1100 | P10 | + 1300 | | | N1 | + 200 | R40 | – 100 | N2 | + 200 |

    N1 | + 200 | | | N2 | + 200 | | | N3 | + 0 | R40 | – 300 |

    L-Użu tal-kont tad-dħul | Il-Kont tal-Kapital | Il-Kont tal-bqija tad-dinja |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | | | | | | | | |

    N4 | + 0 | N3 | + 0 | N5 | + 0 | N4 | + 40 | N5 | + 0 |

    19. Il-Garaxxijiet

    Il-Kliem ċavetta

    | L-ESA 79 | L-ESA 95 |

    Il-Kiri imputat | 315 (i) | 3.64 |

    Id-Deskrizzjoni tal-bidla

    L-ESA 95 tiddikjara illi l-garaxxijiet użati minn sid ta' post tal-għixien għall-għanijiet tal-konsum finali, jiġu inklużi fil-produzzjoni imputata tas-servizzi tal-postijiet tal-għixien saħansitra jekk ikunu separati mill-post tal-għixien. L-ESA 79 ma tagħti ebda gwida espliċita dwar dawn il-garaxxijiet. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/309/KE, Euratom [2] dwar il-prinċipji sabiex jiġu stmati s-servizzi tal-postijiet tal-għixien, tiċċara l-ESA 79 rigward il-postijiet tal-għixien. Tistabbilixxi illi l-garaxxijiet biss li jagħmlu parti integrali mill-postijiet tal-għixien iridu jiġu inklużi fil-kalkolu tal-kiri attwali u imputat tal-postijiet tal-għixien. Għalhekk teżisti differenza fit-trattament tal-garaxxijiet użati għall-għanijiet tal-konsum finali li jkunu lokati b'mod separat mill-postijiet tal-għixien.

    Il-Konsegwenzi tal-bidla

    L-inklużjoni tal-kiri imputat ta' ċerti garaxxijiet ippossjeduti minn sidien li joqogħdu fihom fl-isfera tal-produzzjoni taffettwa l-produzzjoni, il-valur miżjud, il-konsum finali tal-familji u l-ammont żejjed gross operattiv.

    Fl-avviċinament skond il-produzzjoni, il-produzzjoni tiżdied bil-kera imputata tal-garaxxijiet ippossjeduti mis-sidien li joqogħdu fihom inkluża filwaqt li l-konsum intermedju jogħla bl-ispejjeż tat-tiswija u l-manutenzjoni assoċjati ma' dawn il-garaxxijiet. Il-valur miżjud jiżdied bid-differenza bejn dawn iż-żewġ ammonti.

    Fl-avviċinament skond in-nefqa, il-konsum finali tal-familji jiżdied bil-kera imputata nieqsa kull spejjeż tat-tiswija u l-manutenzjoni.

    Fl-avviċinament skond id-dħul, l-ammont żejjed gross operattiv jogħla b'mod korrispondenti mal-bidla fil-valur miżjud.

    Jekk nassumu li l-kiri imputat irid dejjem jaqbeż l-ispejjeż tat-tiswija u l-manutenzjoni, il-bidla fit-trattament ta' ċerti garaxxijiet twassal għal żieda fil-PGD.

    Jekk ma nagħtu każ ta' ebda effett indirett fuq il-proprjetà assoċjata mal-garaxxijiet ippossjeduti mis-sidien li joqogħdu fihom mhux residenti, l-effet fuq il-PGN irid ikun egwali għal dak fuq il-PGD.

    Eżempju numeriku

    Ejja nassumu li l-kiri imputat ta' 1000 tal-garaxxijiet jiġi inkluż fil-produzzjoni tas-servizzi tal-postijiet tal-għixien, u li l-konsum intermedju (l-ispejjeż korrenti) huma egwali għal 50. L-ebda wieħed mill-garaxxijiet ma huwa ppossjedut minn dawk mhux residenti, u lanqas ma r-residenti jippossjiedu garaxxijiet fejn jgħixu s-sidien ma jridu jiġu inklużi barra mill-pajjiż.

    It-trattament tal-kontabbiltà fil-Kontijiet Issimplifikati għan-Nazzjon: il-bidliet ipparagunati mar-reġistrazzjoni skond ir-regoli ta' l-ESA 79.

    Il-Kont ta' l-oġġetti u s-servizzi |

    Ir-Riżorsi | L-Użi |

    P10 | + 1000 | P20 | + 50 |

    | | P3B | + 950 |

    Il-Kont tal-produzzjoni | Il-Kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul | Il-Kont tad-distribuzzjoni tad-dħul |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    P20 | + 50 | P10 | + 1000 | | | N1 | + 950 | | | N2 | + 950 |

    N1 | + 950 | | | N2 | + 950 | | | N3 | + 950 | | |

    L-Użu tal-kont tad-dħul | Il-Kont tal-kapital | Il-Kont tal-bqija tad-dinja |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | | | | | | | | |

    P3A | + 950 | N3 | + 950 | | | N4 | + 0 | N5 | + 0 |

    N4 | + 0 | | | N5 | + 0 | | | | | |

    20. It-Taxxi fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi mħallsa mill-familji

    Il-Kliem ċavetta

    | L-ESA 79 | L-ESA 95 |

    It-Taxxi | 414 | 4.14 |

    It-Taxxi fuq il-prodotti | 417.1 | 4.20 (d) |

    Id-Deskrizzjoni tal-bidla

    L-ESA 79 ma tagħti l-ebda gwida espliċita dwar it-taxxi tar-reġistrazzjonijiet tal-karozzi mħallsa mill-familji. Madankollu l-iskop tat-taxxi marbuta mal-produzzjoni kien ristrett għall-imposti fuq l-unitajiet tal-produtturi. L-interpretazzjoni tas-soltu ta' l-ESA 79 hija li, b'kontumaċja, it-taxxi tar-reġistrazzjonijiet tal-karozzi mħallsa mill-familji għandhom jiġu rreġistrati taħt it-trasferimenti mixxellanji korrenti.

    L-ESA 95 tiddikjara illi t-taxxi tar-reġistrazzjonijiet tal-karozzi jiġu rreġistrati taħt it-taxxi fuq il-prodotti. L-iskop tat-taxxi fuq il-prodotti skond l-ESA 95 huwa wkoll mhux ristrett iktar għat-taxxi li jridu jitħallsu mill-unitajiet tal-produtturi.

    It-taxxi tar-reġistrazzjonijiet tal-karozzi li jridu jitħallsu mill-familji fil-kapaċità tagħhom ta' konsumaturi jiġu kklassifikati mill-ġdid minn (presumibbilment) it-trasferimenti mixxellanji korrenti (R69) għat-taxxi fuq il-prodotti (R221).

    Il-Konsegwenzi tal-bidla

    Fl-avviċinament skond il-produzzjoni, il-produzzjoni u l-valur miżjud bil-prezzijiet tal-produtturi (il-kunċett ta' l-ESA 79) jogħla bl-ammont ikklassifikat mill-ġdid. Il-produzzjoni u l-valur miżjud bil-prezzijiet bażiċi (il-kunċett ta' l-ESA 95) ma jinbidlux.

    Fl-avviċinament skond in-nefqa, il-konsum finali tal-familji jiżdied bit-taxxi kklassifikati mill-ġdid fuq il-karozzi.

    Fl-avviċinament skond id-dħul, it-taxxi marbuta mal-produzzjoni u l-importazzjonijiet jogħlew bl-ammont ikklassifikat mill-ġdid.

    Kollox ma' kollox. l-impatt fuq il-PGD huwa pożittiv b'mod mhux ambigwu. Fin-nuqqas ta' kull influwenza fil-mogħdija mill-PGD għall-PGN, l-effett fuq il-PGN huwa egwali għal dak fuq il-PGD.

    Eżempju numeriku

    Ejja ngħidu li t-taxxi tar-reġistrazzjonijiet tal-karozzi li jiswew 1000 pagabbli mill-konsumaturi jiġu kklassifikati mill-ġdid għal taxxi fuq il-prodotti.

    It-trattament tal-kontabbiltà fil-Kontijiet Issimplifikati għan-Nazzjon: il-bidliet ipparagunati mar-reġistraxxjonijiet sond ir-regoli ta' l-ESA 79.

    Il-Kont ta' l-oġġetti u s-servizzi |

    Ir-Riżorsi | L-Użi |

    P10 | + 1000 | P3B | + 1000 |

    Il-Kont tal-produzzjoni | Il-Kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul | Il-Kont tad-distribuzzjoni tad-dħul |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | P10 | + 1000 | R2210 | + 1000 | N1 | + 1000 | | | N2 | + 0 |

    N1 | + 1000 | | | N2 | + 800 | | | N3 | + 1000 | R221 | + 1000 |

    L-użu tal-kont tad-dħul | Il-Kont tal-kapital | Il-Kont tal-bqija tad-dinja |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | | | | | | | | |

    P3A | + 1000 | N3 | + 1000 | | | N4 | + 0 | N5 | + 0 |

    N4 | + 0 | | | N5 | + 0 | | | | | |

    21. Il-kumpens in natura ta' l-impjegati

    Il-Kliem ċavetta

    | L-ESA 79 | L-ESA 95 |

    Il-Konsum intermedju | 324 (a) | 3.71 (b) |

    Il-Konsum finali tal-familji | 330 (e) 628 in-nota 1 fil-qiegħ tal-paġna | 3.76 (b) |

    Il-kumpens ta' l-impjegati | 408 (j), 409 (a) | 4.05, 4.06 |

    Id-Deskrizzjoni tal-bidla

    Jeżistu żewġ bidliet introdotti bl-ESA 95.

    L-ESA 95 tinkludi l-provvediment tal-faċilitajiet ta' l-isport u r-rikrezzjoni għall-impjegati u l-familji tagħhom mal-kumpens in-natura lill-impjegati, filwaqt li l-ESA 79 eskludiet b'mod espliċitu dawn l-ammonti mid-dħul in natura, fiwaqt li tiddikjara illi, minflok, dawn għandhom jiġu rreġistrati taħt il-konsum intermedju ta' min iħaddem.

    B'żieda ma' dan, teżisti differenza fil-valutazzjoni ta' l-oġġetti u s-servizzi prodotti akkont tagħhom infushom ipprovvduti lill-impjegati minn min iħaddimhom. Fl-ESA 95, dawn huma vvalutati bil-prezzijiet bażiċi. Fl-ESA 79, huma vvalutati bis-somma ta' l-ispejjeż tal-produzzjoni (jiġifieri, il-profitt tal-produtturi huwa bi ftehim taċitu egwali għal żero).

    Il-Konsegwenzi tal-bidla

    Fl-avviċinament skond il-produzzjoni, il-produzzjoni tiżdied fil-każ tal-prodotti prodotti akkont tagħhom infushom forniti lill-impjegati (il-kontra tal-prodotti mixtrija minn għand produtturi oħra). Il-konsum intermedju jaqa' ġaladarba ċerti ħaġiet ta' nefqa (ix-xiri minn għand produtturi oħra) jiġu kklassifikati mill-ġdid mill-konsum intermedju għall-konsum finali. Il-valur miżjud jiżdied fit-tnejn.

    Fl-avviċinament skond in-nefqa, il-konsum finali tal-familji jiżdied biż-żieda fil-valur tad-dħul in natura.

    Fl-avviċinament skond id-dħul, il-kumpens lill-impjegati jiżdied bl-istess ammont bħall-konsum finali tal-familji.

    Il-PGD jiżdied biż-żieda fil-kumpens in natura. Il-mogħdija mill-PGD għall-PGN trid tiġi influwenzata b'kull ħaġa in natura b'kumpens lill-impjegati lejn u mir-ROW, filwaqt li tħalli s-sinjal ta' l-impatt fuq il-PGN mhux stabbilit a priori għalkemm prattikament ċert li jkun pożittiv fil-prattika.

    Eżempju numeriku

    Ejja ngħidu li l-valur ta' l-oġġetti u s-servizzi akkont tagħhom infushom ipprovvduti lill-impjegati jiżdied b'500. Nassumu wkoll illi prodotti li jiswew 500 jiġu kklassifikati mill-ġdid mill-konsum intermedju in natura ta' l-impjegati. Il-kumpens ta' l-impjegati lejn u mir-ROW ma jintmessx bil-bidla fil-kunċett.

    It-trattament tal-kontabbiltà fil-Kontijiet Issimplifikati għan-Nazzjon: il-bidliet ipparagunati mar-reġistrazzjoni skond ir-regoli ta' l-ESA 79.

    Il-Kont ta' l-oġġetti u s-servizzi |

    Ir-riżorsi | L-Użi |

    P10 | + 500 | P20 | – 500 |

    | | P3B | +1000 |

    Il-Kont tal-produzzjoni | Il-Kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul | Il-Kont tad-distribuzzjoni tad-dħul |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    P20 | – 500 | P10 | + 500 | R10 | + 1000 | N1 | + 1000 | | | N2 | + 0 |

    N1 | + 1000 | | | N2 | + 0 | | | N3 | + 1000 | R10 | + 1000 |

    L-Użu tal-kont tad-dħul | Il-Kont tal-kapital | Il-Kont tal-bqija tad-dinjaa |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | | | | | | | | |

    P3A | + 1000 | N3 | + 1000 | | | N4 | + 0 | N5 | + 0 |

    N4 | + 0 | | | N5 | + 0 | | | | | |

    22. Il-Liċenzi sabiex jintużaw f'attivi intanġibbli u mhux prodotti

    Il-Kliem ċavetta

    | L-ESA 79 | L-ESA 95 |

    L-attivi intanġibbli u mhux prodotti | 309 (b) | 7.43 |

    Id-Drittijiet ta' l-awtur | 436 (ċ) | 3.70 (f) |

    Id-Deskrizzjoni tal-bidla

    Fl-ESA 95, il-bejgħ u x-xiri tal-liċenzi għall-użu ta' attivi intanġibbli u mhux prodotti (il-patentijiet, il-marki tal-fabbrika, id-drittijiet ta' l-awtur, eċċ.) jiġu rreġistrati taħt il-produzzjoni u l-konsum rispettivament. Fl-ESA 79, dawn il-pagamenti jitqiesu bħala pagamenti tad-dħul mill-proprjetà.

    Il-Konsegwenzi tal-bidla

    Fl-avviċinament skond l-produzzjoni, il-produzzjoni togħla bil-valur tal-pagamenti ta' dawn il-liċenzi rċevuti mill-produtturi residenti tas-suq. Il-konsum intermedju jiżdied bil-pagamenti mill-produtturi tal-post lis-sidien residenti kif ukoll mhux residenti ta' l-attivi intanġibbli bażiċi. Is-sinjal ta' l-impatt fur il-valur miżjud għalhekk ma jistx jiġi stabbilit a priori.

    Fl-avviċinament skond in-nefqa, il-konsum finali tal-familji jiżdied bil-pagamenti tal-liċenzi (jekk ikun hemm minnhom) imħallsa mill-familji fil-kapaċità tagħhom ta' konsumaturi. Il-konsum kollettiv jiżdied bl-ammont tal-pagamenti nieqsa l-irċevuti tad-drittijiet ta' l-awtur mill-produtturi mhux tas-suq. L-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet jiżdiedu bl-ammot tal-pagamenti tal-liċenzi lejn u mir-ROW.

    Fl-avviċinament skond id-dħul, l-ammont żejjed gross operattiv jinbidel bl-istess kobor bħall-valur miżjud.

    Minħabba t-transazzjonijiet mar-ROW, is-sinjal ta' l-impatt fuq il-PGD ma jistax jiġi stabbiliti a priori. Fil-mogħdija mill-PGD għall-PGN id-dħul mill-proprjetà jaqa' bl-ammonti kklassifikati mill-ġdid għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tas-servizzi. Sakemm mill-inqas komponent wieħed ta' l-użi finali domestiċi jiżdied bħala konsegwenza tal-bidla konċettwali, is-sinjal ta' l-impatt fur il-PGN irid ikun pożittiv.

    Eżempju numeriku

    Ejja ngħidu li r-residenti jirċievu pagamenti tal-liċenzi ta' 1000 u jkollhom ħruġ ta' 700. Il-produtturi mhux tas-suq għandhom nefqiet fuq il-liċenzi għad-drittijiet ta' l-awtur ta' 50 u ma għandhom l-ebda rċevuta. L-esportazzjonijiet tas-servizzi tal-liċenzi huma egwali għal 500 u l-importazzjonijiet għal 200. Il-familji bħala konsumaturi ma jidħlu għall-ebda pagament tal-liċenzi.

    It-trattament tal-kontabbiltà fil-Kontijiet Issimplifikati għan-Nazzjon: il-bidliet ipparagunati mar-resġistrazzjoni skond ir-regoli ta' l-ESA 79.

    Il-Kont ta' l-oġġetti u s-servizzi |

    Ir-Riżorsi | L-Użi |

    P10 | + 1050 | P20 | + 700 |

    P60 | + 200 | P3B | + 50 |

    | | P50 | + 500 |

    Il-Kont tal-produzzjoni | Il-Kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul | Il-Kont tad-distribuzzjoni tad-dħul |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    P 20 | + 700 | P10 | + 1050 | | | N1 | + 350 | R40 | – 200 | N2 | + 350 |

    N1 | + 350 | | | N2 | + 350 | | | N3 | + 50 | R40 | – 500 |

    L-Użu tal-kont tad-dħul | Il-Kont tal-kapital | Il-Kont tal-bqija tad-dinja |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | | | | | | | | |

    P3A | + 50 | N3 | + 50 | | | N4 | + 0 | N5 | + 0 |

    N4 | + 0 | | | N5 | + 0 | | | | | |

    23. It-Taxxi tal-bolol

    Il-Kliem ċavetta

    | L-ESA 79 | L-ESA 95 |

    It-Taxxi fuq il-prodotti | 417.2 | 4.20 |

    Taxxi oħra marbuta mal-produzzjoni / Trasferimenti mixxellanji korrenti | 417.3, 495 | 4.23 |

    Id-Deskrizzjoni tal-bidla

    L-ESA 95 tiddikjara illi t-taxxi tal-bolol jiġu rreġistrati taħt it-taxxi fuq il-prodotti. L-ESA 79 tittratta t-taxxi tal-bolol imħallsa mill-produtturi bħala taxxi oħra marbuta mal-produzzjoni R22. Ma jingħataw ebda struzzjonijiet espliċiti li jirrigwardaw dawn it-taxxi tal-bolol imħallsa mill-familji fil-kapaċità tagħhom ta' konsumaturi. Fin-nuqqas ta' istruzzjonijiet għall-kuntrarju dawn it-taxxi tal-bolol huma għalhekk irreġistrati bħala transferimenti mixxellanji korrenti R69.

    Il-Konsegwenzi tal-bidla

    Fl-avviċinament skond il-produzzjoni, il-produzzjoni tiżdied bl-ammont totali tat-taxxi tal-bolol. Il-konsum intermedju jogħla b'dik il-parti tat-taxxi tal-bolol li titħallas mill-produtturi. Il-valur miżjud jogħla bid-differenza bejn it-total tat-taxxi tal-bolol u t-taxxi tal-bolol inklużi fil-konsum intermedju tal-produtturi tas-suq u mhux tas-suq.

    Fl-avviċinament skond in-nefqa, il-konsum finali tal-familji jiżdied bit-taxxi tal-bolol imħallsa mill-familji fil-kapaċità tagħhom ta' konsumaturi. Il-formazzjoni tal-kapital fiss gross togħla bl-ammont tat-taxxi tal-bolol fuq l-ispejjeż tat-trasferiment.

    Fl-avviċinament skond id-dħul, il-bidla fl-ammont żejjed gross operattiv hija identika għal dik tal-valur miżjud.

    L-impatt fur il-PGD huwa deċiżament pożittiv. Billi l-mogħdija mill-PGD għall-PGN ma tiġix affettwata mill-bidla konċettwali, l-impatt fuq il-PGN jegwalja lil dak fuq il-PGD.

    Eżempju numeriku

    Ejja ngħidu li taxxi tal-bolol li jittotalizza 500 jiġu kklassifikati mill-ġdid minn taxxi oħra marbuta mal-produzzjoni għal taxxi fuq il-prodotti u li t-trasferimenti mixxellanji korrenti ta' 500 jiġu kklassifikati mill-ġdid għal taxxi fuq il-prodotti. Mit-taxxi tal-bolol imħallsa mill-produtturi, 250 għandhom x'jaqsmu mal-prduzzjoni intermedja u 250 mal-formazzjoni tal-kapital fiss gross (l-ispejjeż tat-traferimenti).

    It-trattament tal-kontabbiltà fil-Kontijiet Issimplifikati għan-Nazzjon: il-bidliet ipparagunati mar-reġistrazzjoni skond ir-regoli ta' l-ESA 79.

    Il-Kont ta' l-oġġetti u s-servizzi |

    Ir-Riżorsi | L-Użi |

    P10 | + 1000 | P20 | + 250 |

    | | P3B | + 500 |

    | | P41 | + 250 |

    Il-Kont tal-produzzjoni | Il-Kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul | Il-Kont tad-distribuzzjoni tad-dħul |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    P20 | + 250 | P10 | + 1000 | R20 | + 500 | N1 | + 750 | | | N2 | + 250 |

    N1 | + 750 | | | N2 | + 250 | | | N3 | + 750 | R20 | + 500 |

    L-użu tal-kont tad-dħul | Il-Kont tal-kapital | Il-kont tal-bqija tad-dinja |

    L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi | L-Użi | Ir-Riżorsi |

    | | | | | | | | | |

    P3A | + 500 | N3 | + 750 | P41 | + 250 | N4 | + 250 | N5 | + 0 |

    N4 | + 250 | | | N5 | + 0 | | | | | |

    [1] ĠU Nru L 224, tat-3.9.1993, p. 27. 1993, p. 27

    [2] ĠU Nru L 186, tal-5.8.1995, p. 59. 1995, p. 59.

    --------------------------------------------------

    Top