Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R2375

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2375/96 tat-13 ta’ Diċembru tal-1996 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3223/94 dwar regoli ddettaljati sabiex jiġu applikati l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel

    ĠU L 325, 14.12.1996, p. 5–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R1580

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/2375/oj

    31996R2375



    Official Journal L 325 , 14/12/1996 P. 0005 - 0005


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2375/96

    tat-13 ta’ Diċembru tal-1996

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3223/94 dwar regoli ddettaljati sabiex jiġu applikati l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/72 tat-18 ta’ Mejju tal-1972 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1363/95 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 23(2) tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1890/96 [4], jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġu appliklati l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni għal frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel;

    Billi l-Artikolu 4(4) ta’ Regolament (KE) Nru 3223/94 jipprovdi illi l-valuri standard ta’ l-importazzjoni għandhom jieqfu milli jissoktaw japplikaw meta l-ebda prezz medju rappresentattiv ma jkun ġie kkomunikat lill-Kummissjoni għal sebat ijiem konsekuttivi; billi, meta, skond dawk id-disposizzjonijiet, ma japplika l-ebda valur standard ta’ l-importazzjoni għal prodott speċifiku, għandha ssir disposizzjoni għall-valur standard ta’ l-importazzjoni li japplika għal dan il-prodott li jkun daqs l-aħħar medja tal-valuri standard fis-seħħ; billi għandu wkoll jiġi ċċarat illi l-użu bħala valur standard ta’ l-importazzjoni ta’ l-aħħar unità tal-valur fit-tifsira ta’ l-Artikoli 173 sa 176 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) 2454/93 tat-2 ta’ Lulju tal-1993 li jistabbilixxi disposizzjonijiet sabiex jiġi implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi tad-Dwana Komunitarja [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2153/96 [6], irid jiġi limitat għall-bidu ta’ kull perjodu taż-żmien ta’ l-applikazzjoni ddikjarat fl-Anness ma’ dan ir-Regolament;

    Billi l-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Frott u l-Ħxejjex ta’ l-Ikel,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 4(4) u (5) ta’ Regolament (KE) Nru 3223/94 huwa hawnhekk mibdul b’dan li ġej:

    "4. Matul il-perjodi taż-żmien ta’ l-applikazzjoni ddikjarati fil-Parti A ta’ l-Anness, il-valuri standard ta’ l-importazzjoni għandhom jissoktaw li japplikaw sakemm jiġu mibdula. Għandhom jieqfu milli japplikaw, madankolu, meta l-ebda prezz medju rappreżentattiv ma’ jkun ġie kkomunikat lill-Kummissjoni għal sebat ijiem tas-suq konsekuttivi.

    Meta, skond l-ewwel subparagrafu, l-ebda valur standard ta’ l-importazzjoni ma japplika għal prodott speċifiku, il-valur standard ta’ l-importazzjoni li japplika għal dan il-prodott għandu jkun daqs l-aħħar valur medju standard ta’ l-importazzjoni.

    5. Minkejja l-paragrafu 1, b’effett mill-ewwel jum tal-perjodi taż-żmien ta’ applikazzjoni ddikjarati fil-Parti A ta’ l-Anness, meta ma jkunx possibbli li jiġi kkalkolat valur standard ta’ l-importazzjoni, il-valur standard ta’ importazzjoni li japplika għal prodott għandu jkun daqs l-aħħar valur ta’ l-unità li tapplika għal dan il-prodtt fit-tifsira ta’ l-Artikoli 173 sa 176 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-13 ta’ Diċembru 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU Nru L 118, tal-20.5.1972, p. 1.

    [2] ĠU Nru L 132, tas-16.6.1995, p. 8.

    [3] ĠU Nru L 337, ta’ l-24.12.1994, p. 66.

    [4] ĠU Nru L 249, ta’ l-1.10.1996, p. 29.

    [5] ĠU Nru L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

    [6] ĠU Nru L 289, tat-12.11.1996, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top