Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R1503

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/96 tad-29 ta' Lulju 1996 dwar ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 f'dak li għandu x'jaqsam ma' dazji ta' importazzjoni fuq ir-ross

    ĠU L 189, 30.7.1996, p. 71–75 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2004; Imħassar b' 32004R1549

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/1503/oj

    31996R1503



    Official Journal L 189 , 30/07/1996 P. 0071 - 0076


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/96

    tad-29 ta' Lulju 1996

    dwar ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 f'dak li għandu x'jaqsam ma' dazji ta' importazzjoni fuq ir-ross

    Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross [1], u b'mod partikulari l-Artikolu 11 (2) u (4) tiegħu,

    Billi t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 11 (2) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 jiddetta l-metodu li għandu jintuża sabiex jiġi kkalkulat il-perċentwal li bih għandu jiżdied il-prezz ta' intervent validu dakinhar ta’ l-importazzjoni sabiex jiġu kkalkulati d-dazji ta' importazzjoni fuq ross mitħun; Billi dak il-metodu jqis ir-rata ta' kambju, l-ispejjeż ta’ l-ipproċessar u l-valur tal-prodotti sekondarji u ammont għall-protezzjoni ta’ l-industrija; Billi l-jum ta' importazzjoni għandha tkun iffissata bħala l-ġurnata ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni mill-awtoritajiet doganali kif stabbilit fl-Artikolu 67 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [2] kif l-aħħar emendat bl-Att ta' Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja;

    Billi l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 jipprovdi li r-rati ta' dazju fit-Tariffa doganali Komuni għandhom jiġu imposti fuq prodotti li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 1 ta' dak ir-Regolament meta jiġi importati; madanakollu, billi, fil-kaz ta' prodotti li għalihom hemm referenza f'Artikolu 11 (2) id-dazju ta' importazzjoni għandu jkun daqs il-prezz ta' intervent validu għal dawk il-prodotti malli jiġu mpurtati, miżjud b'ċertu perċentwal skond jekk huwiex ross bil-qoxra jew mitħun, ross ta’ l-indika jew ross tal-ġaponika, u mnaqqas bil-prezz ta' importazzjoni, sakemm dak id-dazju ma jaqbiżx ir-rata tad-dazji tat-Tariffa doganali Komuni;

    Billi hemm diffikultajiet partikulari fis-settur tar-ross li għandhom x'jaqsmu mal-verifika tal-valur ta' prodotti importati; billi sistema ta' valuri ta' rati bażiċi hi għalhekk l-aktar addattata għall-implimentazzjoni tar-riżultati tan-negozjati tad-Dikjarazzjoni ta’ l-Urugwaj; madanakollu, billi għadhom għaddejjin diskussjonijiet tekniċi bejn l-isħab konċernati; billi, waqt li r-riżultat ta' dawk id-diskussjonijiet ikun għadu pendenti, is-sistema applikata fl-1995/96 għandha tinżamm bħala prekawzjoni;

    Billi sabiex jiġu kklassifikati l-kunsinni importati, il-prodotti li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 11 (2) tar- Regolament (KE) Nru 3072/95 għandhom jiġu sottodiviżi f'numru ta' kwalitajiet; billi għandhom ikunu speċifikati l-kodiċi tan-nomenklatura sħiħa li għalihom jikkorrispondu dawn il-kwalitajiet;

    Billi, sabiex jiġi kkalkulat id-dazju ta' importazzjoni billi jintuża l-valur ta' importazzjoni ta' rata bażika, il-prezzijiet rappreżentattivi ta' importazzjoni c.i.f. għandhom jiġu kkalkulati għal kull waħda mill-kwalitajiet mfissra; billi, sabiex jiġu stabbiliti dawk il-prezzijiet, għandhom jiġu stabbiliti kwotazzjonijiet tal-prezzijiet għal kwalitajiet differenti ta' ross;

    Billi dawn il-kwotazzjonijiet għandhom għalhekk jiġu mfissra; Billi, fl-interessi taċ-ċarezza u tat-trasparenza, il-kwotazzjonijiet għal tipi differenti ta' ross f'pubblikazzjonijiet mid-Dipartiment ta’ l-Agrikultura ta’ l-Istati Uniti tal-Amerika jikkostitwixxu bażi oġġettiva sabiex jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi ta' importazzjoni c.i.f. għar-ross bl-ingrossa; Billi l-prezzijet rapprezentattivi fis-suq ta’ l-Istati Uniti, is-suq Tajlandiż jew ta' oriġini oħra jistgħu jiġu maqluba f'prezzijiet rappreżentattivi ta' importazzjoni c.i.f. billi jiżdiedu l-ispejjeż tal-ġarr bil-baħar fis-suq charter bejn il-portijiet ta' oriġini u l-port tal-Komunità; Billi, waqt li jitqies il-volum ta' ġarr u tan-negozju fil-portijiet tat-tramuntana ta’ l-Ewropa, dawk il-portijiet jikkostitwixxu d-destinazzjoni tal-Komunità li għalihom il-kwotazzjonijiet tal-prezzijiet ta' ġarr bil-baħar huma l-aktar magħrufa mill-pubbliku, l-aktar trasparenti u l-iżjed disponibbli; Billi, għalhekk, il-portijiet tat-tramuntana ta’ l-Ewropa (Antwerp, Rotterdam, Amsterdam, Gent) għandhom jiġu adottati bħala l-portijiet ta' destinazzjoni tal-Komunità;

    Billi, sabiex jiġu sorveljati t-tendenzi fil-prezzijiet rappreżentattivi ta' importazzjoni c.i.f. b'hekk stabiliti, huwa xieraq li jiġu stabbiliti kontrolli ta’ kull ġimgħa ta’ l-elementi li jikkontribwixxu għall-kalkolazzjoni tagħhom;

    Billi, sabiex jiġu ffissati d-dazji ta' importazzjoni għar-ross imsemmi fl-Artikolu 11 (2) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95, perjodu ta' ġimgħatejn sabiex jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi ta' importazzjoni c.i.f. għal ross fl-ingrossa jagħti każ tat-tendenzi tas-swieq mingħajr ma jdaħħal elementi ta' inċertezza; billi, fuq din il-bażi, għandhom jiġu stabbiliti dazji t'importazzjoni sabiex tiġi meqjusa l-medja tal-prezzijiet rappreżentattivi ta' importazzjoni c.i.f. innotati matul il-perjodu msemmi hawn fuq, kull ġimagħtejn nhar ta' Erbgħa, u kull l-aħħar ġurnata tax-xogħol fix-xahar;

    Billi d-dazju ta' importazzjoni kkalkulat b’dan il-mod jista’ jiġi applikat fuq perjodu ta' ġimagħtejn mingħajr ma jaffettwa b'mod sostanzjali l-prezzijet ta' importazzjoni u d-dazji mħallsa; iżda, billi, fejn l-ebda stima ma tkun disponibbli għal prodott partikulari matul il-perjodu ta' kalkolazzjoni ta' prezzijiet rappreżentattivi ta' importazzjoni c.i.f. jew fejn, wara bidliet ta’ malajr fl-elementi li bihom tinħadem il-kalkolazzjoni, dawk il-prezzijiet rappreżentattivi ta' importazzjoni c.i.f. jgħaddu minn varjazzjonijiet kbar matul il-perjodu in kwistjoni, għandhom jittieħdu miżuri sabiex tinżamm in-natura rappreżentattiva tal-prezzijiet ta' importazzjoni c.i.f. tal-prodott in kwestjoni;

    Billi l-prezz ta' ross basmati li joriġina mill-Indja u mill-Pakistan hu normalment ogħla fis-suq mill-prezz rappreżentattiv stabbilit; Billi fl-1993/94 id-differenza kienet fl-ordni ta' 250 EKU għal kull tunnellata fil-każ ta' ross basmati li joriġina mill-Indja u 50 EKU għal kull tunnellata fil-każ ta' ross basmati li joriġina mill-Pakistan; Billi, b'konsegwenza, id-dazju ta' importazzjoni fuq dawk il-varjetajiet ta' ross għandu jitnaqqas bl-ammonti msemmija qabel sabiex jikkonformaw mal-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 u l-impenji internazzjonali tal-Komunità;

    Billi, fejn m'hemm l-ebda stima, ikun xieraq li jibqa’ jiġi applikat l-ammont ta' dazji ffissat għall-perjodu preċedenti u, fil-każ ta' varjazzjonijiet kbar fil-kwotazzjoni, l-ispiża tal-ġarr bil-baħar jew ir-rata ta' kambju użata għall-kalkolazzjoni tal-prezz rappreżentattiv ta' importazzjoni c.i.f. tal-prodott in kwestjoni, in-natura rappreżentattiva ta' dak il-prezz għandha tinġieb lura kif kienet, wara li jitqiesu dawk il-bidliet, billi jiġi aġġustat id-dazju ffissat bil-qbil mad-differenzi nnotati; Billi, anki fejn isiru dawn l-aġġustamenti, id-dati sabiex jiġu ffissati d-dazji m'għandhomx ikunu affettwati;

    Billi l-Kumitat Amministrattiv għaċ-Ċereali ma tax opinjoni fil-limitu ta' żmien iddettat mill-president tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Id-dazji ta' importazzjoni li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 11 (1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 għandhom ikunu dawk applikabbli fil-ħin stabbilit fl-Artikolu 67 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

    Artikolu 2

    Id-dazju ta' importazzjoni għar-ross mitħun li jaqa' taħt il-kodiċi NM 100630 għandu jkun ugwali għall-prezz ta' intervent validu f’dak il-ħin ta’ importazzjoni miżjud b':

    - 163 % fil-każ ta' ross indika,

    - 167 % fil-każ ta' ross ġaponika,

    imnaqqas bil-prezz ta' l-importazzjoni.

    Madanakollu, id-dazju m'għandux jaqbeż ir-rata ta' dazju fit-Tariffa Doganali Komuni.

    Artikolu 3

    1. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament ir-ross indika għandu jitqies bħala ross li jaqa' taħt il-kodiċi NM 10062017, 10062098, 10063027, 10063048, 10063067 u 10063098.

    2. Kull prodott ieħor li jaqa' taħt il-kodiċi NM 100620 u 100630 għandhom jitqiesu li jkunu ross ġaponika.

    Artikolu 4

    1. Id-dazji ta' importazzjoni għall-prodotti li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 3 għandu jiġi kkalkulat kull ġimgħa imma għandu jkun iffissat mill-Kummissjoni kull ġimagħtejn nhar ta' Erbgħa u kull l-aħħar ġurnata xogħol ta' kull xahar, u għall-perjodu sa l-ewwel Ħamis ta' Lulju 1995 mill-1 ta' Lulju ta' dik is-sena, bi qbil mal-metodu stabbilit fl-Artikolu 5 u għandu japplika mill-ewwel ġurnata ta’ xogħol wara li jiġu ffissati u l-ewwel ġurnata tax-xahar ta' wara, rispettivament.

    Madanakollu, jekk il-kalkolazzjoni tal-ġimgħa ta' wara dan l-iffissar turi li d-dazju ta' importazzjoni huwa ogħla jew iżgħar b'10 EKU għal kull tunnellata mid-dazju preżenti, għandu jsir aġġustament korrispondenti mill-Kummissjoni.

    L-iffissar magħmul nhar l-aħħar ġurnata xogħol ta' kull xahar għandu jkun ibbażat fuq il-prezz ta' intervent għax-xahar ta' wara.

    Meta l-Erbgħa meta għandhom jiġu ffissati d-dazji ta' importazzjoni ma tkunx ġurnata tax-xogħol għall-Kummissjoni, id-dazji għandhom jiġu ffissati nhar l-ewwel ġurnata tax-xogħol ta' l-Erbgħa ta' wara.

    2. Il-prezz validu fuq is-suq dinji li għandu jiġi użat għall-kalkolazzjoni tad-dazju ta' importazzjoni għandu jkun il-medja tal-prezzijiet rappreżentattivi ta' importazzjoni c.i.f. ta' kull ġimgħa għal ross bl-ingrossa stabbilit billi jintuża l-metodu stabbilit fl-Artikolu 5 u stabbilit matul il-perjodu tal-ġimagħtejn ta' qabel.

    3. Id-dazji ta' importazzjoni iffissati b’mod konformi ma' dan ir-Regolament għandhom japplikaw sakemm jiġu ffissati u jidħlu fis-seħħ dazji ġodda.

    Madanakollu, meta l-ebda stima ma tkun disponibbli għal prodott partikulari minn sors ta' referenza stabbilit fl-Artikolu 5 matul il-ġimagħtejn ta' qabel l-iffissar perjodiku li jmiss, id-dazju ta' importazzjoni iffissat qabel għandu jibqa’ fis-seħħ.

    Kull darba li d-dazju jiġi ffissat jew aġġustat, il-Kummissjoni għandha tippublika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej id-dazji ta' importazzjoni u l-fatturi użati sabiex tinħadem il-kalkolazzjoni tagħhom.

    4. Ir-ross basmati li jaqa' taħt il-kodiċi NM ex10062017 u ex10062098 jista' jibbenifika minn tnaqqis fid-dazju ta' importazzjoni b'ammont ta' 250 EKU għal ross li joriġina mill-Indja u ta' 50 EKU għal ross li joriġina mill-Pakistan.

    Dan it-tnaqqis għandu jsir jekk, meta prodott jinħareġ għal ċirkolazzjoni ħielsa, jiġu preżentati liċenzja ta' importazzjoni li l-ħruġ tagħha huwa marbut mal-kondizzjoni li titpoġġa garanzija, u ċertifikat ta’ l-awtentiċità tal-prodott.

    Permezz ta' deroga mill-Artikolu 10 (a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1162/95 [3], il-garanzija li għandha tiġi provduta għandha tkun ta' 275 EKU għal kull tunnellata ross basmati li joriġina mill-Indja u 75 EKU għal kull tunnellata ross basmati li joriġina mill-Pakistan.

    Iċ-ċertifikat ta' awtentiċità għandu jinħareġ fuq il-forma ta' kampjun li jidher fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Għandu jinħareġ skond il-klawsoli relevanti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 81/92 [4].

    L-ammonti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu jistgħu jiġu riveduti bi tweġiba għat-tendenzi tas-suq.

    Artikolu 5

    1. Sabiex jiġu stabbiliti l-prezzijiet ta' importazzjoni tar-ross li għalih hemm referenza fl-Artikolu 11 (4) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95, għandhom jiġu użati l-fatturi segwenti għat-tipi differenti ta' ross bl-ingrossa li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 3:

    (a) il-prezz c.i.f. f'Rotterdam;

    (b) il-prezz rappreżentattiv fis-suq Tajlandiż;

    (ċ) il-prezz rappreżentattiv fis-suq ta’ l-Istati Uniti;

    (d) il-prezz rappreżentattiv fi swieq oħra;

    (e) l-ispiża medja tal-ġarr bil-baħar bejn il-port ta’ l-oriġini u wieħed mill-portijiet ta' Antwerp, Rotterdam, Amsterdam jew Gent.

    Il-prezz ta' importazzjoni għandu normalment ikun il-prezz indikat taħt (a), iżda, fin-nuqqas ta' tali prezz, għandu jkun stabbilit fuq il-bażi tal-fatturi mniżżla taħt (b), (ċ) u (e); il-prezzijiet li għalihom hemm referenza f' (d) għandhom jintużaw biss fin-nuqqas tal-prezzijiet li għalihom hemm referenza taħt (a), (b) u (ċ).

    Fin-nuqqas ta' stimi għall-ispejjeż ta' trasport bil-baħar tar-ross, għandhom jintużaw dawk għaċ-ċereali.

    2. Il-fatturi użati għall-kalkolazzjoni għandhom ikunu stabbiliti u kkontrollati kull ġimgħa fuq il-bażi tas-sorsi u tal-kwalitajiet tar-referenza mniżżla fl-Anness I għal dan ir-Regolament. L-ispiża ta' ġarr bil-baħar għandha tkun stabbilita fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli pubblikament.

    Jekk il-prezz stabbilit jiġi espress bħala C & F, għandu jiżdied b' 0,75 %.

    Artikolu 6

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika mill-1 ta' Settembru 1996.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 29 ta' Lulju 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 329, tat-30.12.1995, p. 18.

    [2] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

    [3] ĠU L 117, ta’ l-24.5.1995, p. 2.

    [4] ĠU L 10, tas-16.1.1992, p. 9.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    | Ross indika | Ross Ġaponika |

    Imqaxxar | Mitħun | Imqaxxar | Mitħun |

    Kodiċi NM | 1006 20 17 1006 20 98 | 1006 30 27 1006 30 48 1006 30 67 1006 30 98 | 1006 20 minbarra 1006 20 17 1006 20 98 | 1006 30 minbarra 1006 30 27 1006 30 48 1006 30 67 1006 30 98 |

    Kwalità ta' referenza | Qamħ twil ta' l-Istati Uniti 2/4/73 Qamħ twil ta' l-Istati Uniti mgħolli 1/4/88 | Tajlandiż 100 % B | Qamħ medju ta' l-Istati Uniti (Golf) |

    Oriġini | L-Istati Uniti ta' l-Amerka | It-Tajlandja | L-Istati Uniti ta' l-Amerka | L-Istati Uniti ta' l-Amerka |

    Stadju | cif loose | cif loose | cif loose | cif loose |

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top