Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R0829

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 829/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1727/92 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ arranġamenti speċifiċi għall-provvista ta’ prodotti taċ-ċereali għall-Ażores u l-Madejra u jistabbilixxi l-bilanċ tal-provvista mbassar u prodotti agrikoli koperti minn miżuri speċifiċi msemmija fl-Artikoli 2, 3, 4 u 5 tar- Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/92

ĠU L 112, 7.5.1996, p. 5–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/11/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/829/oj

31996R0829



Official Journal L 112 , 07/05/1996 P. 0005 - 0006


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 829/96

tas-6 ta’ Mejju 1996

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1727/92 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ arranġamenti speċifiċi għall-provvista ta’ prodotti taċ-ċereali għall-Ażores u l-Madejra u jistabbilixxi l-bilanċ tal-provvista mbassar u prodotti agrikoli koperti minn miżuri speċifiċi msemmija fl-Artikoli 2, 3, 4 u 5 tar- Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/92

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1600/92 tal-15 ta’ Ġunju 1992 li għandu x’jaqsam ma’ miżuri speċifiċi għall-Ażores u l-Madejra f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti prodotti agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2537/95 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/92 tal-15 ta’ Ġunju 1992 li għandu x’jaqsam ma’ miżuri speċifiċi għall-Gżejjer Kanarji f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti prodotti agrikoli [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2537/95, u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi l-bilanċ tal-provvista mbassar għaċ-ċereali għall-Ażores u l-Madejra huwa stabbilit bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1727/92 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2270/95 [5], u għall-Gżejjer Kanarji bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2883/94 [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2931/95 [7]; billi sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet ta’ dawn ir-reġjuni għandhom isiru emendi għall-bilanċi ta’ provvista mbassra;

Billi l-miżuri li għalihom hemm ipprovdut f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 1727/92 hu mibdul bl-Anness I ta’ hawn.

Artikolu 2

L-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 2883/94 hu mibdul bl-Anness II ta’ hawn.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika b’effett mill-1 ta’ Mejju 1996.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-6 ta’ Mejju 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 1.

[2] ĠU L 260, tal-31.10.1995, p. 10.

[3] ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 13.

[4] ĠU L 179, ta’ l-1.7.1992, p. 101.

[5] ĠU L 231, tat-28.9.1995, p. 21.

[6] ĠU L 304, tad-29.11.1994, p. 18.

[7] ĠU L 307, ta’ l-20.12.1995, p. 10.

--------------------------------------------------

ANNESS I

"

Anness

L-Ażores u l-Madejra: Bilanċ tal-provvista għaċ-ċereali għas-sena ta' marketing 1995/96

(f'tunnellati) |

Prodott | Ażores | Madejra |

Qamħ komuni għal ħobż | 34000 | 25000 |

Qamħ għall-ikel | 200 | 2000 |

Xgħir | 14500 | 7000 |

Qamħ Durum | 300 | 7000 |

Qamħirrum | 100000 | 35000 |

Malt | 1000 | 2200 |

Total | 150000 | 76200 |

"

--------------------------------------------------

ANNESS II

"

Anness VI

Gżejjer Kanarji: Bilanċ tal-provvista għal prodotti taċ-ċereali għas-sena ta' suq 1995/96

(f'tunnellati) |

Kodici NM | Prodott | Kwantità |

100190 | Qamħ Komuni | 155000 |

100110 | Qamħ Durum | — |

1003 | Barli | 30000 |

1004 | Ħafur | 1600 |

1005 | Qamħirrum | 180000 |

11031150 | Qamħ Durum — midħun oħxon u għall-għalf | 4300 |

110313 | Dqiq tal-qamħirrun — midħun oħxon u għall-għalf | 5000 |

110319 | Ieħor — midħun oħxon u għall-għalf | — |

110321–110329 | Pellets | — |

1107 | Malt | 16500 |

"

--------------------------------------------------

Top