Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R0618

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 618/96 tat-3 ta' April 1996 dwar il-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

    ĠU L 88, 5.4.1996, p. 3–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/618/oj

    31996R0618



    Official Journal L 088 , 05/04/1996 P. 0003 - 0004


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 618/96

    tat-3 ta' April 1996

    dwar il-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

    IL- KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura ta' tariffa u statistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 586/96 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

    Billi biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jkunu addottati miżuri dwar il-klassifika ta' l-oġġetti li hemm referenza għalihom fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

    Billi r-Regolament Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni ta' nomenklatura magħquda u dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kollha kemm hi jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'disposizzjonijiet speċifiċi komuntarji, bil-ħsieb ta' l-applikazzjoni ta' miżuri ta' tariffa u oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ f'oġġetti;

    Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet preskritti fil-kolonna 3;

    Billi huwa aċċettat li informazzjoni li torbot dwar tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri dwar il-klassifika ta' oġġetti fin-nomenklatura magħquda u li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, tista' tissokta, taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-2 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju [3], għal perjodu ta' tliet xhur mid-detentur;

    Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tas-sezzjoni dwar in-nomenklatura ta' tariffa u statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa kklassifikati ġon-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

    Artikolu 2

    Informazzjoni li torbot ta' tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament tista' tissokta tkun invokata taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-3 ta' April 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Mario Monti

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

    [2] ĠU L 84, tat-3.4.1996, p. 18.

    [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifika (kodiċi tan-NM) | Raġuni |

    (1) | (2) | (3) |

    1.Magazin ta' kull xahar li jikkonsisti f'folja karta rrumblata ta' 79 mm b'505 mm, stampata fuq iż-żewġ naħat u fiha oroskopji (ta' kull xahar u ta' kull jum) u numri tax-xorti għal logħob ta' l-azzard, kemm bi stampi kemm le.Il-magazin irrumblat huwa protett b'tubu ta' plastik trasparenti.Kull xahar erba' magazins bħal dawn, identiċi fil-kliem, stampi u kulur, jitqiegħdu għall-bejgħ flimkien f'pakkeġġ ta' preżentazzjoni tal-kartun stampat bil-kulur u bl-istampi, li fuqu jkun muri x-xahar. Il-pakkett ta' preżentazzjoni huwa mqassam fi 12-il kaxxa, waħda għal kull simbolu żodjaku. | 49029030 | Il-klassifika hija ddeterminata bid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u bil-kliem (rabta ta' kliem) tal-kodiċijiet tan-NM 4902, 490290 u 49029030 |

    2.Ktieb bl-istampi għat-tfal (30 ċm X 40 ċm) magħmul minn erba' paġni ta' kartun oħxon u fih stampi fuq it-tema tal-Milied.Il-paġini ta' ġewwa jinkludu stampi bil-kulur tal-Milied u partituri mużikali u vokali fuq kull paġna doppja.L-aħħar paġna (li sservi ta' qoxra), 1 ċm ħoxna, fiha stampa fuq wara tagħha ta' siġra tal-Milied, imżejna b'ornamenti ta' ħafna kuluri, kull wieħed minnhom fih bozza.Din il-paġina fiha loudspeaker żgħir u modulu elettroniku, li, meta jingħafas tast, iqabbad il-melodiji u l-bozoz jibdew jixegħlu. | 49030000 | Il-klassifika hija determinata bid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 3 (b) għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, in-Nota 6 mal-Kapitolu 49 u bil-kliem (rabta ta' kliem) tal-kodiċijiet tan-nomenklatura magħquda 49030000 |

    3.Mobiles li jdoqqu għal trabi, mhux magħquda, li jikkonsistu:suspender b'apparat tal-plastik li jingħalaqkaxxa tad-daqq b'mutur li jingħata l-ħabelmobile li jikkonsisti f'żewġ idejn tal-plastik imsallbin, għaċ-ċentru tal-punt fejn jissallbu, mat-truf li l-figuri ta' annimali (fniek, papri, u żrinġijiet) magħmula mill-materjali ta' tessuti u mogħtija lbies uman, huma marbutin b'ħajtaMeta tingħata l-ħabel il-kaxxa tad-daqq, iddoqq ton u tixgħel il-mobile | 95035000 | Il-klassifikazzjoni hija determinata mid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1, 2(a), 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u permezz tal-kliem tal-kodiċi NM 9503 u 95035000. Il-prodott huwa maħsub biex iferraħ it-trabi, partikolarment minħabba l-preżenza tal-kaxxa tad-daqq. |

    --------------------------------------------------

    Top