Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R0426

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 426/96 tat-8 ta’ Marzu 1996 li jemenda ir-Regolament (KEE) Nru 2123/89 li jistabbilixxi l-lista ta’ swieq rappreżentattivi għal laħam tal-majjal ġewwa l-Komunità

    ĠU L 60, 9.3.1996, p. 3–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/07/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/426/oj

    31996R0426



    Official Journal L 060 , 09/03/1996 P. 0003 - 0003


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 426/96

    tat-8 ta’ Marzu 1996

    li jemenda ir-Regolament (KEE) Nru 2123/89 li jistabbilixxi l-lista ta’ swieq rappreżentattivi għal laħam tal-majjal ġewwa l-Komunità

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal [1], skond l-aħħar emenda permezz tar-Regolament (KE) Nru 3290/94 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 4(6) tiegħu,

    Billi ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2123/89 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1448/95 [4], li jistabbilixxi l-lista ta’ swieq rappreżentattivi għal laħam tal-majjal fil-Komunità;

    Billi ġewwa Franza sar tibdil fis-swieq rappreżentattivi; billi l-lista ta’ swieq rappreżentattivi għal laħam tal-majjal fil-Komunità elenkata hi l-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 2123/89 għandha konsegwentement tiġi emendata;

    Billi l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija dwar Laħam tal-Majjal,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Punt 5 ta’ l-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 2123/89 hu mibdul b’dan li ġej:

    "5. Il-grupp ta’ ċentri ta’ kwotazzjoni li ġej: Rennes, Nantes, Metz, Lyon u Toulouse."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April 1996.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-8 ta’ Marzu 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 1.

    [2] ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105.

    [3] ĠU L 203, tal-15.7.1989, p. 23.

    [4] ĠU L 143, tas-27.6.1995, p. 47.

    --------------------------------------------------

    Top