This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31996R0341
Commission Regulation (EC) No 341/96 of 26 February 1996 amending Regulation (EC) No 1429/95 with regard to the detailed rules for licence applications
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/96 tas-26 ta’ Frar 1996 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1429/95 fir-rigward tar-regoli dettaljati għall-applikazzjonijiet tal-liċenza
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/96 tas-26 ta’ Frar 1996 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1429/95 fir-rigward tar-regoli dettaljati għall-applikazzjonijiet tal-liċenza
ĠU L 48, 27.2.1996, p. 8–8
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 06/02/2009
Official Journal L 048 , 27/02/1996 P. 0008 - 0008
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/96 tas-26 ta’ Frar 1996 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1429/95 fir-rigward tar-regoli dettaljati għall-applikazzjonijiet tal-liċenza IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 426/86 ta’ l-24 ta’ Frar 1986 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi prodotti proċessati minn frott u ħxejjex [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2314/95 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(8) tiegħu, Billi, sabiex ma jitħalliex li jsir numru eżaġerat ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzi kif imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1429/95 tat-23 ta’ Ġunju 1995 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli għall-ħlasijiet lura ta’ l-esportazzjoni fuq prodotti proċessati minn frott u ħxejjex minbarra dawk mogħtija għal zokkor miżjud [3], għandu jiġi stabbilit limitu fuq il-kwantità totali għal kull prodott li għalih jistgħu jiġu aċċettati l-applikazzjonijiet minn operatur; Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni dwar Prodotti Proċessati minn Frott u Ħxejjex, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 1429/95 huwa emendat kif ġej: 1. Il-paragrafu 4 li ġej hu miżjud fl-aħħar ta’ l-Artikolu 3: "4. Għal kull jum li fih isiru l-applikazzjonijiet, operatur ma jistax jibgħat applikazzjonijiet għall-liċenzi dwar prodott għal kwantità li teċċedi dik stipulata għal dak il-prodott matul il-perjodu ta’ allokazzjoni in kwistjoni. Fejn il-kwantità stabbilita tiġi miżjuda matul il-perjodu ta’ l-allokazzjoni, l-applikazzjonijiet sussegwenti ma jistgħux isiru dwar kwantità li teċċedi d-differenza bejn il-kwantità stabbilita qabel iż-żieda u l-kwantità stabbilita wara ż-żieda. L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw l-applikazzjonijiet kollha li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta’ hawnfuq fil-jum tas-sottomissjoni tagħhom." 2. L-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: "— il-kwantitajiet li għalihom ikunu saru applikazzjonijiet għal-liċenzi, kemm sew jekk bl-iffissar bil-quddiem tal-ħlas lura sew jekk le, minbarra dawk koperti bl-applikazzjonijiet rifjutati skond l-Artikolu 3(4) jew, skond il-każ, in-nuqqas ta’ applikazzjonijiet," L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fl-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Frar 1996. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 49, tas-27.2.1986, p. 1. [2] ĠU L 233, tat-30.9.1995, p. 69. [3] ĠU L 141, ta’ l-24.6.1995, p. 28. --------------------------------------------------