EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R0295

Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 295/96 tas-16 ta’ Frar tal-1996 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1892/87 dwar ir-reġistrazzjoni tal- prezzijiet tas-suq ta’ l-bhejjem bovini adulti, skond il-bażi ta’ l-iskala Komunitarja għall-klassifika tal- karkassi

ĠU L 39, 17.2.1996, p. 1–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008; Imħassar b' 32008R1249

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/295/oj

31996R0295



Official Journal L 039 , 17/02/1996 P. 0001 - 0004


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 295/96

tas-16 ta’ Frar tal-1996

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1892/87 dwar ir-reġistrazzjoni tal- prezzijiet tas-suq ta’ l-bhejjem bovini adulti, skond il-bażi ta’ l-iskala Komunitarja għall-klassifika tal- karkassi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1892/87 tat-2 ta’ Lulju tal-1987 fuq ir-reġistrazzjoni tal-prezzijiet tas-suq fis-settur taċ-ċanga u l-vitella [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 563/82 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2090/93 [3], jispeċifika regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1208/81 [4], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1026/91 [5], billi jiġu ffissati l-prezzijiet tas-suq ta’ l-bhejjem bovini adulti skond il-bażi ta’ l-iskala Komunitarja għall-klassifika tal-karkassi;

Billi, sabiex jiġi assigurat li l-prezzijiet iffissati jkunu rappreżentattivi tal-produzzjoni nazzjonali, huwa meħtieġ li r-rapportaġġ tal-prezzijiet isir obbligatorju in konnessjoni ma’ biċċeriji li joqtlu, jew ma’ persuni li jibagħtu għall-qatla, għadd sostanzjali tal-bhejjem bovini adulti, biex jiġi assigurat li talanqas 25 % tal-qtil fir-reġjuni prinċipali tal-produzzjoni u talanqas 30 % tal-qtil f’kull Stat Membru jkunu koperti, u biex il-prezzijiet irrapportati minn diversi reġjuni jiġu peżati biex tiġi riflessa l-importanza tagħhom f’relazzjoni mal-produzzjoni taċ-ċanga u l-vitella;

Billi huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu jekk it-territorju tagħhom għandux jiġi diviż, u jekk jiġi diviż, f’kemm reġjuni; billi, madankollu, l-intervent fil-każ taċ-ċanga fir-Renju Unit huwa divers fil-Gran Brittanja u fl-Irlanda ta’ Fuq, ir-reġjuni li fuqhom ittieħdet deċiżjoni fir-Renju Unit għandhom ikopru esklussivament il-Gran Brittanja jew l-Irlanda ta’ Fuq;

Billi xi Stati Membri waqqfu kumitati reġjonali biex jistabbilixxu l-prezzijiet; billi, meta l-adeżjoni tagħhom tassigura mod bilanċjat u oġġettiv, il-prezzijiet stabbiliti minnhom għandhom jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-prezz nazzjonali;

Billi l-prezzijiet irrapportati, kemm-il darba dawn ma jiġux ikkorreġuti biex jitiqesu l-ħlasijiet supplimentari li jsiru b’relazzjoni mas-settur taċ-ċanga minn dawk obbligati biex jirreġistraw il-prezzijiet taħt dan ir-Regolament, x’aktarx li jgħawġu l-kalkolu tal-prezz nazzjonali;

Billi r-Regolament tal-Kummisjoni (KEE) Nru 3310/86 tat-30 ta’ Ottubru tal-1986 dwar ir-reġistrazzjoni Komunitarja tal-prezzijiet tas-suq skond il-bażi ta’ l-iskala għall-klassifika tal-karkassi ta’ l-bhejjem bovini adulti [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2089/93 [7], għandu jiġi rrevokat;

Billi l-Kumitat ta’ l-Amminsitrazzjoni għaċ-Ċanga u l-Vitella għadu ma tax opinjoni fiż-żmien stipulat mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

1. Ir-reġistrazzjoni Nazzjonali u Komunitarja tal-prezzijiet tas-suq skond il-bażi ta’ l-iskala għall-klassifika tal-karkassi tal-bhejjem bovini adulti għandha ssir kull ġimgħa u għandha tkun relatata ma dawn il-kategoriji rigward il-konformità u s-simna għall-ħames klassijiet speċifikati fl-Artikolu 3(1) tar- Regolament (KEE) Nru 1208/81:

(a) il-karkassi tal-bhejjem maskili żgħar mhux imsewwija ta’ anqas minn sentejn: U2, U3, R2, R3, O2, O3;

(b) il-karkassi ta’ bhejjem oħra maskili mhux imsewwija: R3;

(ċ) il-karkassi tal-bhejjem maskili msewwija: U2, U3, U4, R3, R4, O3, O4;

(d) il-karkassi tal-bhejjem feminili li jkunu ferrgħu: R3, R4, O2, O3, O4, P2, P3;

(e) il-karkassi ta’ bhejjem feminili oħra: U2, U3, R2, R3, R4, O2, O3, O4.

2. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk it-territorju tagħhom għandux ikun jikkonsisti f’reġjun wieħed jew għandux jiġi diviż f’aktar minn reġjun wieħed. Din id-deċiżjoni għandha tittieħed skond il-bażi ta’:

- id-daqs tat-territorju tagħhom,

- l-eżistenza, jekk ikun hemm, ta’ deċiżjonijiet amministrattivi,

- il-varjazzjonijiet ġeografiċi fil-prezzijiet.

Iżda, ir-Renju Unit għandu jkun jikkonsisti talanqas f’żewġ reġjuni, jiġifieri l-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, li jistgħu jiġu suddiviżi skond il-bażi tal-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu.

L-Artikolu 2

1. Dan li ġej għandu jkun meħtieġ biex il-prezzijiet jiġu rreġistrati:

(a) l-operatur ta’ kull biċċerija li ta’ kull sena toqtol 20000 bhima bovina adulta jew aktar li tkun imrobbija minnha jew fl-interess tagħha u/jew bhima bovina adulta mixtrija minnha;

(b) l-operatur ta’ kull biċċerija li tiġi nnominata mill-Istat Membru u li ta’ kull sena toqtol anqas minn 20000 bhima bovina adulta mrobbija minnha jew fl-interess tagħha u/jew bhima bovina adulta mixtrija minnha;

(ċ) kull persuna naturali jew legali li tibgħat 10000 bhima bovina adulta jew aktar għall-qatla kull sena f’biċċerija; u

(d) kull persuna naturali jew legali li tinħatar mill-Istat Membru u li tibgħat anqas minn 10000 bhima bovina adulta f’biċċerija għall-qatla kull sena.

L-Istat Membru għandu jassigura li prezzijiet jiġu rreġistrati għal talanqas:

- 25 % tal-qtil f’dawk ir-reġjuni tagħha li flimikien ikopru talanqas 75 % tal-qtil totali f’dak l-Istat Membru, u

- 30 % tal-bhejjem bovini adulti maqtula fit-territorju tiegħu.

2. L-Istati Membri li fihom ħadd ma jkun meħtieġ li jirreġistra l-prezzijiet skond il-paragrafu 1 (a) u (ċ) jistgħu japplikaw lill-Kummissjoni għal deroga mill-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk għandhiex tagħti dik id-deroga waqt li titqies l-evoluzzjoni ta’ l-istruttura ta’ l-industrija tal-qatla fl-Istat Membru interessat, l-iproċessar tal-bhejjem fil-biċċerija tiegħu; u l-għan ta’ l-armonizzazzjoni tas-sistema tar-reġistrazzjoni u l-irrapportar tal-prezzijiet. Kull deroga mogħtija għandha tkun għal perjodu limitat biss.

3. Il-prezzijiet irreġistrati skond il-paragrafu 1 għandhom ikunu dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ bhejjem bovini adulti maqtula matul il-perjodu kkonċernat tar-reġistrazzjoni, skond bażi tal-piż deadweight.

Fil-każ ta’ biċċerija li toqtol bhejjem bovini adulti mrobbija minnha stess jew fl-interess tagħha, il-prezz irreġistrat għandu jkun il-prezz medju mħallas għal karkassi tal-kategorija u l-klassi ekwivalenti, maqtula matul l-istess ġimgħa f’dik il-biċċerija.

Il-prezzijiet irreġistrati għal kull klassi msemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom juru l-piż medju tal-karkassa li magħhom ikollhom x’jaqsmu u jekk ikunux ġew ikkorreġuti jew le biex jitqies kull wieħed mill-elementi msemmija fl-Artikolu 1 tar- Regolament (KEE) Nru 563/82.

L-Artikolu 3

1. Il-prezzijiet, u d-dettalji msemmija fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(3), irreġistrati skond l-Artikolu 2 fil-perjodu mit-Tnejn sal-Ħadd, għandhom:

- jiġu rrappurtati lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru bil-miktub mill-operatur tal-biċċerija jew mill-persuna naturali jew legali interessata sa dak il-ħin l-Erbgħa li jkun imiss hekk kif stabbilit mill-Istat Membru, jew

- fuq għażla ta’ l-Istat Membru, jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-awtorità kompetenti fil-biċċerija jew fil-fond tal-persuna naturali jew legali.

Iżda, meta Stat Membru jkun waqqaf kumitat biex jiddeċiedi prezzijiet għal reġjun, u meta s-sħubija ta’ dak il-kumitat tkun diviża egwalment bejn xerrejja u bejjiegħa tal-bhejjem bovini adulti u l-karkassi tagħhom, filwaqt li l-president ikun impjegat mill-awtorità kompetenti, dak l-Istat Membru jista’ jordna li l-prezzijiet u d-dettalji jintbagħtu direttament lill-president tal-kumitat f’dak ir-reġjun relevanti. Fil-każ li l-Istat Membru ma jordnax hekk, l-awtorità kompetenti għandha tibgħathom lill-president ta’ dak il-kumitat. Il-president għandu jassigura li l-oriġini ta’ kull prezz ma jkunx jista’ jiġi identifikat meta dan jiġi kkomunikat lill-membri tal-kumitat.

2. Il-prezzijiet irrapportati għandhom jkunu l-prezz medju għal kull klassi u għandhom jiġu espressi f’valuta nazzjonali.

3. Kull biċċerija jew persuna naturali jew legali msemmija fl-Arikolu 2 (1) li tagħmel ħlasijiet supplimentari lil provvedituri tal-bhejjem bovini adulti jew tal-karkassi tagħhom, sakemm dawk il-ħlasijiet ma jiġux ikkunsidrati fil-prezzijiet irrapportati, għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru dwar l-aħħar ħlas supplementari magħmul minnha, u l-perjodu li għalih jirreferi. minn hemm ‘il quddiem huma għandhom jinnotifikaw lill-Istat Membru dwar l-ammont ta’ kull ħlas supplimentari ta’ kull darba li dak il-ħlas isir.

4. (a) L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru għandha tistabbilixxi prezzijiet reġjonali medji għal kull klassi msemmija fl-Artikolu 1(1) mill-prezzijiet irrapportati skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

(b) Il-kumitati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiffissaw il-prezzijiet medji reġjonali għal kull klassi msemmija fl-Artikolu 1(1) mill-prezzijiet irrapportati lilhom skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u dawn għandhom jirrapportawhom lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru.

(ċ) Fil-każ ta’ xiri b’rata fissa, meta l-karkassi f’konsenja jkollhom x’jaqsmu ma’ mhux iktar minn tliet klassijiet konsekuttivi ta’ konformazzjoni u tliet klassijiet konsekuttivi ta’ simna fl-istess kategorija, il-prezz għandu jiġi kkunsidrat fl-iffissar tal-prezzijiet skond il-punti (a) u (b) tal-klassi tal-konformazzjoni li fiha jkun ikklassifikat l-akbar għadd ta’ karkassi jew, jekk ikunu diviżi egwalment fost il-klassijiet, għall-klassi tan-nofs minn dawk il-klassijiet, meta dik il-klassi tkun teżisti. Fil-każijiet kollha l-oħra l-prezz m’għandux jiġi kkunsidrat.

Iżda, meta xiri b‘rata fissa jkun jammonta għal anqas minn 35 % tal-qtil totali tal-bhejjem bovini adulti fl-Istat Membru, dan jista’ jiddeċiedi li ma jikkunsidrax il-prezzijiet għal dak il-bejgħ fil-kalkoli skond il-punti (a) u (b).

(d) Prezz nazzjonali tal-bidu għandu mbagħad jiġi kkalkolat għal kull klassi mill-awtorità kompetenti billi jiġu peżati l-prezzijiet reġjonali biex tiġi kkunsidrata l-importanza tal-qtil fir-reġjun li għalih huma jirreferixxu għall-kategorija kkonċernata f’relazzjoni ma’l-għadd globali ta’ qtil għall-kategorija kkonċernata fl-Istat Membru.

(e) L-awtorità kompetenti għandha tikkorreġi l-prezz nazzjonali tal-bidu għal kull klassi:

- biex tikkunsidra kull wieħed mill-elementi msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 563/82 meta dik il-korrezzjoni tkun għadha ma saritx diġà, u

- biex jiġu kkunsidrati l-ħlasijiet supplimentari li jkunu saru, kif imsemmi fil-paragrafu 3, jekk il-korrezzjoni tkun sa tammonta għal talanqas 1 % tal-prezz għall-klassi in kwistjoni.

L-awtorita’ kompetenti, waqt li tkun qed tagħmel il-korrezzjoni skond it-tieni inċiż, għandha tiddividi t-total tal-ħlasijiet supplimentari li jkunu saru b’relazzjoni mas-settur taċ-ċanga fl-Istat Membru interessat fis-sena finanzjarja preċedenti, bit-total tal-prodott annwu f’tunnellati metriċi tal-bhejjem bovini adulti li għalihom ikunu qed jiġu rrapportati l-prezzijiet.

5. Meta, fl-opinjoni ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru, il-prezzijiet irrapportati lilha:

- jkunu jirreferixxu għal għadd insinifikanti ta’ karkassi, hija ma għandhiex tikkunsidra dawn il-prezzijiet,

- ikunu jidhru li m’humiex serji, hija għandha tikkunsidrahom biss jekk u meta hija tkun sodisfatta li dawn ikunu affidabbli.

L-Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-prezzijiet ikkalkolati skond l-Artikolu 3(4), b’relazzjoni mal-perjodu mit-Tnejn ta’ qabel sal-Ħadd bejn is-2 p.m. tat-Tlieta u mhux aktar tard min-nofs il-lejl ta’ l-Erbgħa ta’ kull ġimgħa. Huma m’għandhomx jikkomunikaw dawk il-prezzijiet lil xi korp ieħor qabel huma jkunu kkomunikawhom lill-Kummissjoni.

2. Meta, f’ċirkostanzi eċċezzjonali jew minħabba raġunijiet staġjonali, il-prezzijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ għadd kbir ta’ karkassi ta’ klassi waħda jew aktar imsemmija fl-Artikolu 1(1) ma jkunux jistgħu jiġu rreġistrati fi Stat Membru jew f’reġjun, il-Kummissjoni tista’ tuża l-aħħar prezzijiet irreġistrati għall-imsemmija klassi jew klassijiet qabel ma jkun ġara dan; meta dik is-sitwazzjoni tkompli għal aktar minn ġimagħtejn konsekuttivi, il-Kummissjoni tista’ tidddeċiedi dwar it-tneħħija temporanja tal-klassi jew tal-klassijiet in kwistjoni għal finijiet tar-rapportaġġ tal-prezzijiet u dwar it-tqassim temporanju mill-ġdid tal-peżata jew peżati allokati għal dawk il-klassijiet.

L-Artikolu 5

1. Għal kategorija speċifika:

(a) il-prezz Komunitarju medju għal kull waħda mill-klassijiet tal-konformazzjoni u tas-simna elenkati fl-Artikolu 1(1) għandu jkun il-medja peżata tal-prezzijiet nazzjonali tas-suq irreġistrata għall-klassi. Il-peżar għandu jiġi bbażat fuq il-proporzjon tal-kwantitajiet li jkunu nqatlu minn dik il-klassi f’kull Stat Membru meta mqabbel mat-total tal-qtil ta’ dik il-klassi fil-Komunità;

(b) il-prezz Komunitarju medju għal kull klassi ta’ konformazzjoni għandu jkun il-medja peżata tal-medja tal-prezzijiet Komunitarji għall-klassijiet tas- simna li jikkostitwixxu dik il-klassi tal-konformazzjoni; il-peżar għandu jiġi bbażat fuq il-proporzjon tal- qtil ta’ kull klassi tas-simna meta mqabbel mat- total tal-qtil ta’ dik il-klassi tal-konformazzjoni fil-Komunità;

(ċ) il-prezz Komunitarju medju għandu jkun il-medja peżata tal-medja tal-prezzijiet Komunitarji msemmija fil-punt (a); il-peżar għandu jiġi bbażat fuq il-proporzjon tal-kwantitajiet maqtula f’kull klassi kif imsemmi fil-punt (a) meta mqabbel mat-total tal-qtil Komunitarju fil-kategorija.

2. Il-prezz Komunitarju medju għall-kategoriji kollha flimkien għandu jkun il-medja peżata tal-prezzijiet medji msemmija fil-paragrafu 1 (ċ); dak il-peżar għandu jiġi bbażat fuq il-proporzjon ta’ kull kategorija kif imqabbel mat-total tal-qtil tal-bhejjem bovini adulti fil-Komunità.

3. Il-fatturi tal-peżar għandhom jiġu riveduti perjodikament biex iqisu t-tendenzi rreġistrati fuq livelli nazzjonali u Komunitarji.

L-Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Lulju tal-1996 u minn hemm ‘il quddiem qabel il-15 ta’ April ta’ kull sena:

(a) lista konfidenzjali ta’ biċċeriji li jirreġistraw prezzijiet, kemm skond l-Artikolu 2(1)(a) kif ukoll skond (b), li turi l-ipproċessar tal-bhejjem bovini adulti għal kull biċċerija, espress f’numri u, jekk ikun possibbli, f’tunellati metriċi bħala piż deadweight, fis-sena kalendarja ta’ qabel;

(b) lista konfidenzjali ta’persuni naturali jew legali li jirreġistraw il-prezzijiet, kemm skond l-Artikolu 2(1)(ċ) kif ukoll skond (d), li turi l-għadd tal-bhejjem bovini adulti, jekk ikun possibli espressa wkoll f’tunnellati metriċi deadweight mibgħuta minnhom għall-qatla fis-sena kalendarja ta’ qabel; u

(ċ) lista tar-reġjuni li għalihom il-prezzijiet jiġu rreġistrati u l-peżar anness ma‘ kull waħda minnhom skond l-Artikolu 3(4), (d).

L-Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa:

- biex jassiguraw l-eżattezza tal-prezzijiet irrapportati;

- biex jassiguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jiġu applikati; u

- biex jippenalizzaw ksur ta’ xi dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 8

Ir-Regolament (KEE) Nru 3310/86 għandu jiġi revokat b’effett mill-1 ta’ Lulju tal-1996.

L-Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan għandu jgħodd għall-prezzijiet irreġistrati mill-ġimgħa li tibda fl-1 ta’ Lulju tal-1996.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-16 ta’ Frar 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 182, tat-3.7.1987, p. 29.

[2] ĠU L 67, tal-11.3.1982, p. 23.

[3] ĠU L 190, tat-30.7.1993, p. 9.

[4] ĠU L 123, tas-7.5.1981, p. 3.

[5] ĠU L 106, tas-26.4.1991, p. 2.

[6] ĠU L 305, tal-31.10.1986, p. 28.

[7] ĠU L 190, tat-30.7.1993, p. 8.

--------------------------------------------------

Top