This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31996L0063
Commission Directive 96/63/EC of 30 September 1996 amending Council Directive 76/432/EEC on the approximation of the laws of the Member States relating to the braking devices of wheeled agricultural or forestry tractors (Text with EEA relevance)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/63/KE tat-30 ta’ Settembru 1996 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/432/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-mezzi ta’ l-ibbrejkjar ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrijaTest b’rilevanza għaż-ŻEE
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/63/KE tat-30 ta’ Settembru 1996 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/432/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-mezzi ta’ l-ibbrejkjar ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrijaTest b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 253, 5.10.1996, p. 13–14
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Imħassar b' 32013R0167
Official Journal L 253 , 05/10/1996 P. 0013 - 0014
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/63/KE tat-30 ta’ Settembru 1996 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/432/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-mezzi ta’ l-ibbrejkjar ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100a tiegħu, Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE, ta’ l-4 ta’ Marzu 1974, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/297/KEE [2], u partikolarment l-Artikoli 12 u 13 tagħha, Billi t-test ta’ l-ibrejkjar jista’ jiġi mtejjeb billi tbiddel t-tnaqqis tal-veloċità medja b’formula li tiddefinixxi d-distanza ta’ l-ibrejkjar bħala funzjoni tal-veloċità; billi dik l-emenda ser tiġi segwita b’tibdiliet oħra immirati biex itejbu s-sigurtà tat-tratturi u l-komponenti nvoluti fl-użu tagħhom; Billi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit bid-Direttiva 74/150/KEE, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 L-Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 76/432/KEE [3] huma hawnhekk emendati skond l-Anness ta’ din id-Direttiva. L-Artikolu 2 1. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1997 l-Istati Membri ma jistgħux: - jirrifjutaw, fir-rigward ta’ tip ta’ trattur, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, li joħorġu d-dokument msemmi fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE jew jagħtu l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip, jew - jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ tratturi, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ strumenti ta’ l-ibrejkjar, jekk it-tratturi jikkonformaw mal-ħtiġijiet tad-Direttiva 76/432/KEE kif emendata b’din id-Direttiva. 2. B’effett mill-1 ta’ Marzu 1998 l-Istati Membri: - ma għandhomx jagħtu aktar approvazzjoni tat-tip tal-KE jew joħorġu d-dokument msemmi fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, u - jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni nazzjonali tat-tip għal tip ta’ trattur minħabba raġunijiet relatati ma’ strumenti ta’ l-ibrejkjar, jekk il-ħtiġijiet tad-Direttiva 76/432/KEE kif emendata b’din id-Direttiva ma jkunux ġew imħarsa. L-Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jiġu konformi ma’ din id-Direttiva sa l-1 ta’ Ottubru 1997. Għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan. 2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċċjali tagħhom. It-termini ta’ referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. 3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat b’din id-Direttiva. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, it-30 ta’ Settembru 1996. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10. [2] ĠU L 126, ta’ l-20.5.1988, p. 52. [3] ĠU L 122, tat-8.5.1976, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS Id-Direttiva 76/432/KEE qed tiġi emendata kif ġej: "1. Fl-Anness I, punt 4.2.6, fl-aħħar ta’ l-ewwel subparagrafu, is-sentenza li ġejja qed tiġi miżjuda: "Meta aktar minn fus wieħed huwa normalment suġġett għall-ibbrejkjar, fus wieħed jista’ jiġi sseparat sakemm l-attivazzjoni tal-brejk tas-servizz awtomatikament terġa’ tgħaqqad mill-ġdid dak il-fus u li, jekk l-istrument li jerġa’ jgħaqqad mill-ġdid ma jaħdimx, dan isir b’mod awtomatiku." 2. Fl-Anness II, punt 1.1.1, l-ewwel sentenza qegħda tiġi mibdula b’li ġej: "L-effettivita ta’ brejk tas-servizz hija bbażata fuq id-distanza ta’ l-ibbrejkjar kalkolata skond il-formola stipulata f’2.1.1.1" ,punt 1.2.2.2 huwa mħassar,punt 2.1.1.1 huwa emendat biex jaqra: "2.1.1.1. Taħt kundizzjonijiet ta’ test tat-tip O, jikseb distanza għall-waqfien li hija kalkolata kif ġej: S ≤ 0,15 V + V , fejn V hija d-disinn ta’ veloċità massima f’kilometri fis-siegħa, u Smax hija d-distanza massima għall-waqfien f’metri" --------------------------------------------------