Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996D0659

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Novembru 1996 dwar miżuri protettivi fejn għandu x’jaqsam id-deni emorraġiku tal-Kongo Krimean fl-Afrika ta’ IsfelTest b’rilevanza għaż-Żona EE

    ĠU L 302, 26.11.1996, p. 27–27 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/04/2006; Imħassar b' 32006D0696

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/659/oj

    31996D0659



    Official Journal L 302 , 26/11/1996 P. 0027 - 0027


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-22 ta’ Novembru 1996

    dwar miżuri protettivi fejn għandu x’jaqsam id-deni emorraġiku tal-Kongo Krimean fl-Afrika ta’ Isfel

    (Test b’rilevanza għaż-Żona EE)

    (96/659/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq l-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [1], kif l-aħħar emendati bid-Direttiva 96/43/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 18(1) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE tal-10 ta’ Diċembru 1990 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq il-prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/43/KE u b’mod partikolari l-Artikolu 19(1) tagħha,

    Billi l-preżenza tad-deni emorraġiku tal-Kongo Krimean ġiet ikkonfermata fl-Afrika ta’ Isfel;

    Billi d-dehra tad-deni emorraġiku tal-Kongo Krimean fl-Afrika ta’ Isfel tikkostitwixxi tehdida serja għas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali fl-Istati Membri;

    Billi huwa għalhekk meħtieġ li tiġi pprojbita l-importazzjoni mill-Afrika ta’ Isfel ta’ għasafar ħajjin li ma jtirux u tal-laħam ta’ għasafar ħajjin li ma jtirux sakemm is-sitwazzjoni tiġi ċċarata;

    Billi l-miżuri pprovvduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L- Artikolu 1

    L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni mill-Afrika ta’ Isfel ta’ għasafar ħajjin li ma jtirux u l-laħam tal-għasafar li ma jtirux.

    L- Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li huma japplikaw rigward l-Afrika ta’ Isfel sabiex iġibuhom f’linja ma’ din id-Deċiżjoni. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.

    L- Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi rriveduta qabel il-15 ta’ Frar 1997.

    L- Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirrizata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Novembru 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56.

    [2] ĠU L 162, ta’ l-1.7.1996, p. 1.

    [3] ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top