Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996D0505

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Lulju 1996 li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim dwar koperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta' Israel

ĠU L 209, 19.8.1996, p. 22–22 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

⏵Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/505/oj

Related international agreement

31996D0505



Official Journal L 209 , 19/08/1996 P. 0022 - 0022


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-25 ta' Lulju 1996

li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim dwar koperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta' Israel

(96/505/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 130m, f’għaqda ma’ l-Artikolu 228(2), l-ewwel sentenza, u l-Artikolu 228(3) l-ewwel sotto-paragrafu miġjub fih,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi l-Komunità u l-Iżrael qegħdin isegwu programmi speċifiċi ta' riċerka fl-oqsma ta' interess komuni;

Billi fuq il-bażi ta' l-esperjenza ta' qabel taħt il-Ftehim 1975 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istat ta' Iżrael [2]), iż-żewġ naħat esprimew xewqa li jistabbilixxu qafas aktar profond u aktar wiesgħa għall-kondotta ta' kollaborazzjoni fix-xjenza u t-teknoliġija;

Billi l-Istat ta' l-Iżrael, mill-banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, mill-banda l-oħra, iffirmaw ftehim ta' assoċjazzjoni Euro-Meditterranja li jipprovdi għan-negozjat ta' ftehim ta' koperazzjoni fil-qasam ta' xjenza u teknoloġija;

Billi bid-Deċiżjoni tad-29 ta' Settembru 1994, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex jinnegozja ftehim dwar koperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta' l-Iżrael;

Billi bid-Deċiżjoni tat-18 ta' Marzu 1996, il-Kunsill iddeċieda li l-Ftehim dwar koperazzjoni xjentifika u teknika għandu jiġi ffirmat f’ isem il-Komunità Ewropea;

Billi l-Ftehim dwar koperazzjoni xjentifika u teknika ġie ffirmat fil-25 ta' Marzu 1996;

Billi għandu jiġi approvat il-Ftehim dwar koperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta' l-Iżrael,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMEMT:

Artikolu 1

Il-Ftehim dwar koperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta' l-Iżrael huwa hawnhekk approvat f’ isem il-Komunita.

It-test tal-Ftehim huwa mwaħħal ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jibgħat, f'isem il-Komunita, n-notifika pprovduta fl-Artikolu 13 tal-Ftehim.

Magħmul fi Brussel, fil-25 ta' Lulju 1996.

F'isem il-Kunsill

Il-President

H. Coveney

[1] Opinjoni mogħtija fid-19 ta' Lulju 1996 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU L 136, tat-28.5.1975, p. 1.

--------------------------------------------------

Top