Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996D0174

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 1996 li temenda d-Deċiżjoni 91/115/KEE li tistabbilixxi Kumitat dwar l-istatistika monetarja, finanzjarja u tal-bilanċ tal-pagament

    ĠU L 51, 1.3.1996, p. 48–49 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/11/2006; Imħassar b' 32006D0856

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/174/oj

    31996D0174



    Official Journal L 051 , 01/03/1996 P. 0048 - 0049


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tas-26 ta' Frar 1996

    li temenda d-Deċiżjoni 91/115/KEE li tistabbilixxi Kumitat dwar l-istatistika monetarja, finanzjarja u tal-bilanċ tal-pagament

    (96/174/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-abbozz tad-Deċiżjoni ippreżentata mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni ta' l-Istitut Monetarju Ewropew [3],

    Billi skond l-Artikolu 109f tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 2 tal-Protokol dwar l-Istatut tal-Istitut Monetarju Ewropew (IME), l-IME għandu jikkontribwixxi għar-realizzazzjoni tal-kondizzjonijiet meħtieġa għat-tranżizzjoni tat-tielet stadju ta' l-unjoni ekonomika u monetarja billi ssaħħaħ il-koordinazzjoni tar-regoli monetarji b'viżjoni biex tassigura l-istabbilità tal-prezz, tagħmel il-preparazzjonijiet meħtieġa għall-istabbeliment tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (ESĊB/SEBĊ), għat-twettieq ta' regola ewlenija monetarja u għal ħolqien ta' rata unika tal-kambju fit-tielet stadju, u l-ħarsien tal-iżvilupp tal-ECU;

    Billi skond l-Artikolu 109f (3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, sa l-iktar tard il-31 ta' Diċmebru 1996, l-IME għandu jispeċifika l-kwadru regolatorju meħtieġ, organizzattiv u loġistiku għall-SEBĊ biex twettaq dmirijietha fit-tielet stadju ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja, inklużi l-promozzjoni u l-armonizzazzjoni meta meħtieġ, tar-regoli u l-prattiċi li jirregolaw il-ġbir, il-kompilazzjoni u d-distribuzzjoni tal-istatistika fl-oqsma fi ħdan il-qasam tal-kompetenza tagħha;

    Billi skond l-Artikolu 5 tal-Istatut SEBĊ, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), mgħejjun mill-banek ċentrali nazzjonali, għandu jiġbor l-informazzjoni statistika meħtieġa u għandu jikkoopera mal-Kummissjoni; billi hemm għalhekk ħtieġa fit-tieni stadju sabiex jipprepara l-kooperazzjoni xierqa fi ħdan il-kwadru ta'temma ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja;

    Billi d-Deċiżjoni 91/115/KEE [4] għandha konsegwentement tkun emendata,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu Waħdieni

    Id-Deċiżjoni 91/115/KEE hija emendata kif ġej:

    1. L-Artikolu li ġej għandu jkun miżjud:

    "L-Artikolu 3a

    Il-Kumitat jista' jesprimi l-opinjonijiet fuq l-inizjattiva tiegħu fuq kull talba dwar dik l-istatisitika li tirrigwardja l-interess komuni mal-Kummissjoni u mal-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali, minn naħa l-waħda, u mill-Istitut Monetarju Ewropew (IME) u l-banek ċentrali nazzjonali, minn naħa l-oħra. Fit-twettiq ta' dawn id-dove tiegħu, il-Kumitat għandu jagħti l-opinjonijiet tiegħu lill-partijiet interessati kollha.";

    2. L-Artikolu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

    "L-Artikolu 4

    Il-Kumitat għandu jkun kompost minn rappreżentant wieħed, tnejn jew tlieta għal kull Stat Membru, li jiġu mill-istituzzjonijiet prinċipalment kkonċernati mal-istatistika finanzjarja, monetarja u mal-bilanċi tal-pagamenti, sa tliet rappreżentanti tal-Kummissjoni u sa tliet rappreżentanti ta' l-IME. B'żieda ma dan, rappreżentant wieħed tal-Kumitat Monetarju jista' jattendi għal-laqgħat tal-Kumitat, bħala osservatur. Kull Stat Membru, il-Kummissjoni u l-IME għandhom jkollhom vot uniku kull wieħed.

    Ir-Rappreżentanti ta' l-organizzazzjonijiet l-oħrajn, kif ukoll kull persuna li tkun tista' tikkontribwixxi għad-diskussjonijiet, tista', fuq id-deċiżjoni tal-Kumitat, tipparteċipa fil-laqgħat tal-Kumitat.";

    3. L-Artikolu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:

    "L-Artikolu 5

    Il-Kumitat għandu jaħtar il-president tiegħu skond ir-regoli dettaljati stabbiliti fir-regoli tiegħu tal-proċedura."

    Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Frar 1996.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. Agnelli

    [1] ĠU C 359, 16.12.1994, p. 10.

    [2] ĠU C 269, tas-16.10.1995, p. 198.

    [3] ĠU C 397, tal-31.12.1994, p. 52.

    [4] L-Opinjoni mogħtija fis-16 ta' Jannar 1995.

    --------------------------------------------------

    Top