This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31995R2370
Commission Regulation (EC) No 2370/95 of 10 October 1995 amending Regulation (EC) No 2280/95 on the supply of cereals as food aid
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2370/95 ta’ l-10 t’Ottubru 1995 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2280/95 dwar il-provvista ta’ ċerejali bħala għajnuna permezz ta’l-ikel
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2370/95 ta’ l-10 t’Ottubru 1995 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2280/95 dwar il-provvista ta’ ċerejali bħala għajnuna permezz ta’l-ikel
ĠU L 242, 11.10.1995, p. 1–1
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
In force
Official Journal L 242 , 11/10/1995 P. 0001 - 0001
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2370/95 ta’ l-10 t’Ottubru 1995 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2280/95 dwar il-provvista ta’ ċerejali bħala għajnuna permezz ta’l-ikel IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3972/86 tat-22 ta’ Diċembru 1986 dwar politika ta’ għajnuna f’ikel u t-tmexxija ta’ l-għajnuna f’ikel [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 1930/90 [2], u partikolarment l-Artikolu 6(1)(ċ) ta’ l-istess, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2280/95 [3] ħareġ stedina għat-tfigħ ta’ offerti għall-provvista, bħala għajnuna permezz ta’l- ikel, ta’ 20274 tunnellata metrika ta’ ċereali; billi wħud mill-kondizzjonijiet speċifikati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament għandhom jitbiddlu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 "10. L-ippakkjar u l-immarkar (8) (9) (11): Ara ĠU C 114, tad-29.4.1991, p. 1 (II.A.(2) (ċ) u II.A. (3)) il-marki fl-English Bagging iridu jsiru qabel ma ssir it-tagħbija fuq il-bastiment" . L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-iStati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, l-10 t’Ottubru 1995. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 370, 30.12.1986, p. 1 [2] ĠU L 174, 7.7.1990, p. 6. [3] ĠU L 232, tad-29.9.1995, p. 10 --------------------------------------------------