This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31995R1366
Council Regulation (EC) No 1366/95 of 12 June 1995 amending Regulation (EEC) No 3906/89 in order to extend economic aid to Croatia
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1366/95 tat-12 ta' Ġunju 1995 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3906/89 biex tiġi estiża l-għajnuna ekonomika lill-Kroazja
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1366/95 tat-12 ta' Ġunju 1995 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3906/89 biex tiġi estiża l-għajnuna ekonomika lill-Kroazja
ĠU L 133, 17.6.1995, p. 1–1
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006
Official Journal L 133 , 17/06/1995 P. 0001 - 0001
Ir-Regolament tal-Kunsill(KE) Nru 1366/95 tat-12 ta' Ġunju 1995 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3906/89 biex tiġi estiża l-għajnuna ekonomika lill-Kroazja IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi r-Regolament (KEE) Nru 3906/89 [3] jipprovdi għal operazzjonijiet ta' għajnuna ta' natura ekonomika u umanitarja b'appoġġ għall-process ta' riforma ekonomika u soċjali f'ċerti pajjiżi ta'l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant; Billi l-Anness tar-Regolament jelenka l-pajjiżi li jistgħu jirċievu għajnuna bħal din; Billi, fid-dawl ta'l-indipendenza tal-Kroazja, dak il-pajjiż għandu jiġi miżjud mal-lista tar-riċevituri sabiex ikun jista jircievi għajnuna taħt ir-Regolament (KEE) Nru 3906/89; Billi l-kundizzjonijiet li jippermettu li l-Kroazja tiġi inkluża mal-pajjiżi benefiċjarji issa jistgħu jitqiesu li ntlaħqu, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-pajjiż li ġej għandu jingħadd mal-lista fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 3906/89: "Il-Kroazja". Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fit-12 ta' Ġunju 1995. Għall-Kunsill Il-President H. de Charette [1] ĠU C 360, tas-17.12.1994, p. 21. [2] ĠU C 126, tat-22.5.1995. [3] ĠU L 375, tat-23.12.1989, p. 11. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru. 1764/93 (ĠU L 162, tat-30.6.1993, p. 1). --------------------------------------------------