EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R1239

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) nru 1239/95 tal-31 ta’ Mejju 1995 li jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 rigward il-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti

ĠU L 121, 1.6.1995, p. 37–59 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/10/2009; Imħassar b' 32009R0874

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/1239/oj

31995R1239



Official Journal L 121 , 01/06/1995 P. 0037 - 0059


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1239/95

tal-31 ta’ Mejju 1995

li jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 rigward il-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunita Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar id-drittijiet Komunitarji għall-varjetajiet tal-pjanti [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Billi r-Regolament (KE) No 2100/94 (minn issa "l quddiem magħruf bħala r-" Regolament Bażiku’) joħloq sistema Komunitarja ġdida tad-drittijiet għall-varjetajiet tal-pjanti, li biha dritt għall-varjetà ta’ pjanta jkun validu ġewwa l-Komunità kollha;

Billi din is-sistema għandha titwettaq b’mod effettiv malajr kemm jista’ jkun mill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti, li huwa megħjun mill-Uffiċċji ta’ l-Eżamijiet fit-twettiq ta’ l-eżamijiet tekniċi dwar il-varjetajiet tal-pjanti interessati u li jista’ jagħmel użu mis-servizzi ta’ l-aġenziji nazzjonali nnominati jew ta’ wieħed mis-subuffiċċji tiegħu nnifsu stabbiliti b’dan il-għan; billi, f’dan ir-rigward, huwa indispensabbli li tiġi ddefinita r-relazzjoni bejn l-Uffiċċju u s-subuffiċċji tiegħu nnifsu, l-Uffiċċji ta’ Eżamijiet u l-aġenziji nazzjonali;

Billi d-deċiżjonijiet ta’ l-Uffiċċju jistgħu jiġu appellati quddiem il-Bord tiegħu ta’ l-Appell li għandu jiġi stabilit u għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet dwar il-proċedura tiegħu; billi jistgħu jiġu stabbiliti iktar Bordijiet ta’ l-Appell mill-Kunsill Amministrattiv jekk meħtieġa;

Billi ċerti dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 23, 29, 34, 35, 36, 42, 45, 46, 49, 50, 58, 81, 85, 87, 88 u 100 tar-Regolament Bażiku diġà jipprovdu b’mod espliċitu illi għandhom jew jistgħu jiġu mfassla regoli ddettaljati sabiex dawn jiġu implimentati; billi għandhom jiġu mfassla regoli ddettaljati oħra għall-istess skop jekk tkun meħtieġa kjarifika;

Billi d-dħul fis-seħħ tat-trasferiment ta’ dritt Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta jew it-trasferiment ta’ dritt għal dan għandhom jiġu ddefiniti fir-regoli li għandhom x’jaqsmu mad-dħul fir-Reġistri;

Billi l-Kunsill Amministrattiv ta’ l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti ġie kkonsultat;

Billi r-regoli provvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tad-Drittijiet tal-Varjetajiet tal-Pjanti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

IT-TITOLU I

IL-PARTIJIET FIL-PROĊEDIMENTI, L-UFFIĊĊJU U L-UFFIĊĊJI TA’ L-EŻAMIJIET

IL-KAPITOLU I

IL-PARTIJIET FIL-PROĊEDIMENTI

Artikolu 1

Il-partijiet fil-proċedimenti

1. Il-persuni li ġejjin jistgħu jkunu parti fil-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti, minn issa "l quddiem magħruf bħala" l-Uffiċċju:

(a) l-applikant għad-dritt Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta;

(b) dak li joġġezzjona riferit fl-Artikolu 59(2) tar-Regolament Bażiku;

(ċ) il-pussessur jew il-pussessuri tad-dritt Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta, minn issa "l quddiem riferit bħala" il-pussessur;

(d) kull persuna li l-applikazzjoni jew talba tagħha jkunu meħtieġa bil-quddiem għal deċiżjoni li trid tittieħed mill-Uffiċċju.

2. L-Uffiċċju jista’ jippermetti l-parteċipazzjoni fil-proċedimenti ta’ kull persuna għajr dawk riferiti fil-paragrafu 1 li tkunu direttament u individwalment interessata, fuq talba bil-miktub.

3. Kull persuna naturali jew legali kif ukoll kull korp li jikkwalifika bħala persuna legali skond il-liġijiet li japplikaw għal dan il-korp għandhom jiġu kkunsidrati bħala persuna fit-tifsira tal-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 2

In-nomina tal-partijiet fil-proċedimenti

1. Part i fil-proċedimenti għandha tkun innominata b’ismha u l-indirizz.

2. L-ismijiet tal-persuni naturali għandhom ikunu indikati skond l-isem tal-familja u l-ismijiet mogħtija. L-ismijiet tal-persuni legali kif ukoll tal-kumpaniji jew tad-ditti kummerċjali għandhom ikunu indikati bid-denominazzjonijiet uffiċjali tagħhom.

3. L-indirizzi għandu jkun fihom kull tagħrif rilevanti amministrattiv, inkluż l-isem ta’ l-Istat li fih il-parti fil-proċedimenti hija residenti jew fejn huma lokati s-sede jew l-istabbiliment tagħha. Għandu preferibbilment jiġi indikat indirizz wieħed biss għal kull parti fil-proċedimenti; meta jiġu indikati indirizzi diversi, għandu jitqies biss l-indirizz imsemmi l-ewwel, għajr meta l-parti fil-proċedimenti tinnomina wieħed mill-indirizzi l-oħra bħala indirizz għas-servizz.

4. Meta parti fil-proċedimenti tkun persuna legali, għandha wkoll tkun iddenominata bl-isem u l-indirizz tal-persuna naturali li tirrappreżenta legalment lill-parti fil-proċedimenti bis-saħħa tal-leġislazzjoni nazzjonali rilevanti. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dawn il-persuni naturali.

L-Uffiċċju jista’ jippermetti derogi mid-dispożizzjonijiet ta’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu.

5. Meta l-Kummissjoni jew Stat Membru ikunu parti mill-proċedimenti, għandhom jikkomunikaw rappreżentant għal kull seduta li fiha jieħdu parti.

Artikolu 3

L-ilsna tal-partijiet fil-proċedimenti

1. Ilsien, li jkun ilsien uffiċjali tal-Komunitajiet, magħżul minn parti fil-proċedimenti għall-użu fid-dokument issottomess l-ewwel lill-Uffiċċju u ffirmat għall-iskop tas-sottomissjoni għandu jintuża mill-parti fil-proċedimenti sakemm tingħata deċiżjoni finali mill-Uffiċċju.

2. Jekk parti fil-proċedimenti tinfilza dokument iffirmat għal dan l-iskop minnha f’ilsien ieħor uffiċjali tal-Komunitajiet għajr dak li jrid jintuża skond il-paragrafu 1, id-dokument għandu jitqies li jkun ġie rċevut meta l-Uffiċċju tagħmel traduzzjoni tiegħu, ipprovvdut mis-servizzi l-oħra. L-Uffiċċju jista’ jippermetti derogi minn din il-ħtieġa.

3. Jekk, fil-proċedimenti orali, parti tuża lsien għajr l-ilsien uffiċjali tal-Komunitajiet użat mill-membri kompetenti tal-personal ta’ l-Uffiċċju, mill-partijiet l-oħra fil-proċedimenti, jew mit-tnejn, meta jkun l-ilsien li jrid jintuża minnha, għandha tipprovdi għall-interpretazzjoni simultanja ta’ dan l-ilsien uffiċjali. Jekk majintgħamel l-ebda dispożizzjoni minn din, il-proċedimenti orali jistgħu jissoktaw fl-ilsna wżati mill-membri kompetenti tal-personal ta’ l-Uffiċċju u mill-partijiet l-oħra fil-proċedimenti.

Artikolu 4

L-ilsna fil-proċedimenti orali u fis-smigħ tax-xieda

1. Kull parti fil-proċedimenti u kull xhud jew espert li jagħtu x-xhieda fil-proċedimenti orali jistgħu jużaw kull ilsien uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

2. Jekk it-teħid tax-xiehda riferit fil-paragrafu 1 ikun permess fuq it-talba ta’ parti fil-proċedimenti, allura, jekk parti fil-proċedimenti, xhud jew espert ma jkunux jistgħu jesprimu ruħhom b’mod adegwat f’ilsien uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, jistgħu jiġu mismugħa biss jekk il-parti li tkun għamlet it-talba tipprovdi għat-traduzzjoni fl-ilsna wżati konġuntament mill-partijiet kollha fil-proċedimenti jew, fin-nuqqas ta’ dan. mill-membri tal-personal ta’ l-Uffiċċju.

L-Uffiċċju jista’ jippermetti derogi mill-ewwel subparagrafu.

3. Id-dikjarazzjonijiet magħmula mill-membri tal-personal ta’ l-Uffiċċju, mill-partijiet fil-proċedimenti, mix-xhieda jew mill-esperti f’wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej matul il-proċedimenti orali jew matul it-teħid tax-xhieda għandhom jitniżżlu fil-minuti fl-ilsien użat. Id-dikjarazzjonijiet magħmula f’kull ilsien ieħor għandhom jitniżżlu fil-lsien użat mill-membri tal-personal ta’ l-Uffiċċju.

Artikolu 5

It-traduzzjoni tad-dokumenti tal-partijiet fil-proċedimenti

1. Jekk parti fil-proċedimenti tinfilza dokument f’ilsien li mhux ilsien uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, l-Uffiċċju jista’ jitlob għat-traduzzjoni tad-dokumenti rċevuti sabiex isiru mill-parti fil-proċedimenti fil-lsien li jrid jintuża minn din il-parti jew mill-membri kompetenti tal-personal ta’ l-Uffiċċju.

2. Meta traduzzjoni ta’ dokument trid tiġi nfilzata jew tkun ġiet infilzata minn parti fil-proċedimenti, l-Uffiċċju jista jeħtieġ is-sottomissjoni, fiż-żmien li jista’ jispeċifika, ta’ ċertifikat li jattesta illi t-traduzzjoni tikkorrispondi mat-test oriġinali.

3. In-nuqqas li tiġi nfilzata t-traduzzjoni riferita fil-paragrafu 1 u taċ-ċertifikat referit fil-paragrafu 2 għandhom iwasslu illi d-dokument ma jitqiesx li gie riċevut.

IL-KAPITOLU II

L-UFFIĊĊJU

Taqsima 1

Il-Kumitati ta’ l-Uffiċċju

Artikolu 6

Il-kwalifiċi tal-membri tal-Kumitati

1. Il-Kumitati riferiti fl-Artikolu 35(2) tar-Regolament Bażiku għandhom, fid-diskrezzjoni tal-President ta’ l-Uffiċċju, ikunu komposti minn membri kkwalifikati teknikament jew legalment, jew fit-tnejn.

2. Numru tekniku għandu jkollu grad universitarju, jew ikun ikkwalifikat b’esperjenza rrikonoxxuta, fil-qasam tax-xjenza tal-pjanti.

3. Membru kkwalifikat fil-liġi għandu jkun gradwat fil-liġi jew ikkwalifikat b’esperjenza rrikonoxxuta fil-qasam tal-proprjetà intelletwali jew fir-reġistrazzjoni tal-varjetajiet tal-pjanti.

Artikolu 7

Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat

1. Kumitat għandu, minbarra li jieħu d-deċiżjonijiet riferiti fl-Artikolu 35(2) tar-Regolament, jittratta:

- in-nuqqas tas-sospensjoni ta’ deċiżjoni skond l-Artikolu 67(2) tar-Regolament Bażiku,

- ir-reviżjoni interlokutorja skond l-Artikolu 70 ta’ dan ir-Regolament,

- ir-restitutio in integrum skond l-Artikolu 80 ta’ dan ir-Regolament, u

- l-aġġudikazzjoni ta’ l-ispejjeż skond l-Artikolu 85(2) ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 75 tar-Regolament preżenti.

2. Deċiżjoni tal-Kumitat għandha tittieħed mill-maġġoranza tal-membri tiegħu.

Artikolu 8

Is-setgħa tal-membri individwali tal-Kumitati

1. Il-Kumitat għandu jinnomina wieħed mill-membri tiefħu bħala rapporteur f’ismu.

2. Ir-rapporteur jista’ b’mod partikolari:

(a) jaqdi d-dmirijiet skond l-Artikolu 25 u jimmonitorja r-rapporti ssottomessi mill-Uffiċċji ta’ l-Eżamijiet;

(b) isegwi l-proċedura ġewwa l-Uffiċċju, inkluża l-komunikazzjoni ta’ kull nuqqas li jrid jiġi rrimedjat minn kull waħda mill-partijiet fil-proċedimenti u l-fissar tal-limiti taż-żmien; u

(ċ) jiżgura l-konsultazzjoni mill-qrib u l-bdil tat-tagħrif mal-partijiet fil-proċedimenti.

Artikolu 9

Ir-Rwol A il-President

Il-President ta’ l-Uffiċċju għandu jiżgura l-konsistenza fid-deċiżjonijiet meħuda taħt l-awtorità tiegħu. Għandu b’mod partikolari jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li fuqhom jittieħdu d-deċiżjonijiet mill-oġġezzjonijiet magħmula skond l-Artikolu 59 tar-Regolament Bażiku, u wkoll id-deċiżjonijiet skond l-Artikoli 61, 62, 63 jew 66 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Il-konsultazzjonijiet

Il-membri tal-personal ta’ l-Uffiċċju jistgħu jużaw, mingħajr ħlas, il-fond ta’ l-aġenziji nazzjonali nnominati skond l-Artikolu 30(4) tar-Regolament Bażiku, u dak ta’ l-Uffiċċji ta’ l-Eżamijiet, sabiex isiru jiem ta’ konsultazzjonijiet perjodiċi mal-partijiet fil-proċedimenti u ma’ terzi persuni.

Taqsima 2

Il-Bordijiet ta’ l-Appell

Artikolu 11

Il-Bordijiet ta’ l-Appell

1. Bil-għan li jiddeċiedi l-appelli mid-deċiżjonijiet riferiti fl-Artikolu 67 tar-Regolament Bażiku, huwa hawnhekk stabbilit Bord ta’ l-Appell. Jekk meħtieġ, il-Kunsill Amministrattiv jista’, fuq proposta mill-Uffiċċju, ista’ jistabbilixxi aktar Bordijiet ta’ l-Appell. F’dan il-kaz, għandu jistabbilixxi l-allokazzjoni tax-xogħol bejn il-Bordijiet ta’ l-Appell hekk stabbiliti.

2. Kull Bord ta’ l-Appell għandu jikkonsisti minn membri kkwalifikati teknikament u legalment; l-Artikolu 6(2) u (3) għandu japplika mutatis mutandis. Il-President tal-Bord/ijiet għandu jkun membru kkwalifikat fil-liġi.

3. L-eżami ta’ kull appell għandu jiġi assenjat mill-President tal-Bord ta’ l-Appelli lil wieħed mill-membri tiegħu bħala rapporteur. Din l-assenjazzjoni tista’ tinkludi, meta approprjat, it-teħid tax-xhieda.

4. Id-deċiżjonijiet mill-Bord ta’ l-Appell għandhom jittieħdu bil-maġġoranza tal-membri tagħhom.

Artikolu 12

L-Uffiċċju tar-Reġistru miżjud ma’ Bord ta’ l-Appell

1. Il-President ta’ l-Uffiċċju għandu jistabbilixxi uffiċċju tar-reġistru mal-Bord ta’ l-Appell; il-membri tal-personal ta’ l-Uffiċċju għandhom ikunu esklużi mill-uffiċċju tar-reġistru jekk ikunu pparteċipaw fil-proċedimenti li għandhom x’jaqsmu mad-deċiżjonijiet taħt appell.

2. L-impjegati ta’ l-uffiċċju tar-reġistru għandhom b’mod partikolari jkunu responsabbli minn:

- it-tfassil tal-minuti fil-proċedimenti orali u t-teħid tax-xiehda skond l-Artikolu 63 ta’ dan ir-Regolament,

- l-apporzjonament ta’ l-ispejjeż skond l-Artikolu 85(5) tar-Regolament Bażiku u l-Artikolu 76 ta’ dan ir-Regolament, uriferiti fl-Artikolu 77.

- l-konferma ta’ kull ftehim dwar l-ispejjeż

Il-KAPITOLU III

L-UFFIĊĊJI TA’ L-EŻAMIJIET

ARTIKOLU 13

In-nomina ta’ Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet riferit fl-Artikolu 55(1) tar-Regolament Bażiku;

1. Meta l-Kunsill Amministrattiv jafda l-uffiċċju kompetenti f’idejn Stat Membru bir-responsabbiltà ta’ eżami tekniku, il-President ta’ l-Uffiċċju għandu jinnotifika n-nomina ta’ dan l-uffiċċju, minn issa’ l quddiem riferit bħala l-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet. Dan għandu jidħol f’effett mid-data tal-ħruġ tan-notifika mill-President ta’ l-Uffiċċju. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika mutatis mutandis għall-kanċellazzjoni tan-nomina ta’ Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet, bla ħsara għall-Artikolu 15(6) ta’ dan ir-Regolament.

2. Membru tal-personal ta’ l-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet li jieħu parti f’eżami tekniku ma jitħalla jagħmel l-ebda użu mhux awtorizzat, jew jiżvela lill-ebda persuna mhux awtorizzata, fatti, dokumenti u tagħrif li jsir jaf bihom matul l-eżami tekniku jew dwaru; għandu jissokta jkunu marbut b’dan l-obbligu wara t-tmiem ta’ l-eżami tekniku interessat, wara li jħalli s-servizz u wara l-kanċellazzjoni tan-nomina ta’ l-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet interessat.

3. Il-paragrafu 2 għandu japplika mutatis mutandis għall-materjal tal-varjetà tal-pjanta li jkun sar disponibbli lill-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet mill-applikant.

4. L-Uffiċċju għandu jimmonitorja l-konformità mal-paragrafi 2 u 3 u għandu jiddeċiedi dwar l-esklużjoni tal-membri tal-personal ta’ l-Uffiċċji ta’ l-Eżamijiet jew l-oġġezzjonijiet imressqa kontra tagħhom skond l-Artikolu 81(2) tar-Regolament Bażiku.

Artikolu 14

In-nomina ta’ Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet riferit fl-Artikolu 55(2) tar-Regolament Bażiku;

1. Meta l-Uffiċċju jkun beħsiebu jafda aġenziji bir-responsabiltà għall-eżami tekniku tal-varjetajiet skond l-Artikolu 55(2) tar-Regolament Bażiku, għandu jittrasmetti lill-Kunsill Amministrativ għall-kunsns tiegħu dikjarazzjoni ta’ spjega dwar kemm tkun tixraq teknikament din l-aġenzija bħala Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet.

2. Meta l-Uffiċċju jkun beħsiebu jistabbilixxi s-subuffiċċju tiegħu nnifsu għall-eżami tekniku tal-varjetajiet, għandu jittrasmetti dikjarazzjoni ta’ spjega dwar il-konvenjenza teknika u ekonomika li jiġi stabbilit dan is-subuffiċċju għal dan il-għan u dwar is-sit ta’ dan is-subuffiċċju lill-Kunsill Amministrattiv għal kunsens tiegħu.

3. Meta l-Kunsill Amministrattiv jagħti l-kunsens tiegħu dwar id-dikjarazzjonijiet ta’ spjega riferiti fil-paragrafi 1 u 2, il-President ta’ l-Uffiċċju jista’ jinnotifika din in-nomina lill-aġenzija riferita fil-paragrafu 1, jew jista’ jippubblika din in-nomina ta’ subuffiċċju kif riferit fil-paragrafu 2 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Din tista’ tiġi mħassra biss bil-kunsens tal-Kunsill Amministrattiv. L-Artikolu 13(2) u (3) għandu japplika mutatis mutandis għall-membri fl-impjieg ta’ l-aġenzija riferita fil-paragrafu 1.

Artikolu 15

Il-proċedura għan-nomina

1. Id-denominazzjoni ta’ Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet għandha ssir bi ftehim bil-miktub bejn l-Uffiċċju u l-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet li jipprovdi t-twettiq ta’ l-eżami tekniku tal-varjetajiet tal-pjanti mill-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet u għall-ħlas tal-piż riferit fl-Artikolu 58 tar-Regolament Bażiku. Fil-każ ta’ subuffiċċju riferit fl-Artikolu 14(2) ta’ dan ir-Regolament, id-denominazzjon għandha ssir skond ir-regoli interni dwar il-metodi tax-xogħol maħruġa mill-Uffiċċju.

2. L-effett tal-ftehim bil-miktub għandu jkun hekk illi l-atti mwettqa li jridu jitwettqu mill-membri fl-impjieg ta’ l-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet skond dawn għandhom jiġu kkunsidrati, safejn u sakemm jinteressa lil partijiet terzi, bħala atti ta’ l-Uffiċċju.

3. Meta l-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet ikun beħsiebu juża s-servizzi ta’ korpi oħra teknikament ikkwalifikati skond l-Artikolu 56(3) tar-Regolament Bażiku, dawn il-korpi għandhom jissemmew fil-ftehim bil-miktub ma’ l-Uffiċċju. L-Artikolu 81(2) tar-Regolament Bażiku u l-Artikolu 13(2) u (3) ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-impjegati interessati, li għandhom jiffirmaw impenn bil-miktub li jħarsu l-kunfidenzjalità.

4. Il-ħlas tal-piż mill-Uffiċċju lill-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet għandu jkun fl-iskali li jrdu jiddaħħlu aktar il-quddiem f’dan ir-Regolament, sal-31 ta’ Diċembru 1999, fuq il-bażi tal-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikolu 93(1) ta’ dan. L-iskali, ġaladarba adottati, jistgħu jiġu emendati biss bla ħsara għall-emenda tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1238/95 [2] (piżijiet).

5. L-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet għandu jissottometti perjodikament lill-Uffiċċju tqassim wieħed wieħed ta’ l-ispejjeż ta’ l-eżami tekniku mwettaq u taż-żamma tal-ġabra tar-riferimenti meħtieġa. Fiċ-ċirkostanzi ddikjarati fil-paragrafu 3, għandu jiġi sottomess rapport separat ta’ verifika tal-korpi lill-Uffiċċju mill-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet.

6. Kull kanċellazzjoni tad-denominazzjoni ta’ Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet ma għandhiex tidħol f’effett qabel jidħol fis-seħħ il-jum tar-revoka tal-ftehim bil-miktub riferit fil-paragrafu.

IT-TITOLU II

IL-PROĊEDURI SPEĊIFIĊI QUDDIEM L-UFFIĊĊJU

IL-KAPITOLU I

L-APPLIKAZZJONI GĦAL DRITT KOMUNITARJU GĦALL-VARJETÀ TA’ PJANTA

Taqsima 1

L-azzjonijiet ta’ l-applikant

Artikolu 16

L-inkartament ta’ l-applikazzjoni

1. L-applikazzjoni għal dritt Komunitarju għal varjetà tal-pjanti għandha tiġi infilzata b’mod idduplikat fl-Uffiċċju, jew b’mod tripliku fl-aġenziji nazzjonali jew fis-subuffiċċji stabbiliti skond l-Artikolu 30(4) tar-Regolament Bażiku.

2. It-"tagħrif" mibgħut lill-Uffiċċju skond l-inċiż (b) ta’ l-Artikolu 49(1) tar-Regolament Bażiku għandu jkun fih:

- il-partikolaritajiet sabiex jidentifikaw lill-applikant u, meta approprjat, ir-rappreżentant proċedurali tiegħu,

- l-aġenzija nazzjonali jew is-subuffiċċju li fihom kienet ifinkartamentjata l-applikazzjoni għad-dritt Komunitarju għall-varjetà ta’ pjanta, u

- id-deskrizzjoni proviżorja tal-varjetà interessata.

3. L-Uffiċċju għandu jagħmel disponibbli mingħajr ħlas il-formoli li ġejjin, sabiex jiġu mimlija u ffirmati mill-applikant:

(a) formola ta’ l-applikazzjoni u kwestjonarju tekniku, bil-għan li tiġi nfizata l-applikazzjoni għall-dritt Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta;

(b) formola sabiex jitwassal it-tagħrif riferit fil-paragrafu 2, li tindika l-konsegwenzi ta’ kull nuqqas jekk ma tiġix mibgħuta.

Artikolu 17

L-irċevuta ta’ l-applikazzjoni

1. Meta aġenzija nazzjonali nnominata skond l-Artikolu 30(4) tar-Regolament Bażiku jew subufficcju stabbilit skond dan, jirċievu applikazzjoni, għandhom jibagħtu lill-Uffiċċju, flimkien ma’ l-applikazzjoni li trid tintbagħat skond l-Artikolu 49(2) tar-Regolament Bażiku, konferma ta’ l-irċevuta. Il-konferma ta’ l-irċevuta għandha tinkludi n-numru ta’ l-inkartament ta’ l-aġenzija nazzjonali, in-numru tad-dokumenti mibgħuta u d-data ta’ meta tkun waslet fl-aġenzija nazzjonali jew fis-subuffiċċju. Kopja ta’ dak li jkun ġie mibgħut għandha tinħareġ lill-applikant mill-aġenzija nazzjonali jew mis-subuffiċċju.

2. Meta l-Uffiċċju jirċievi applikazzjoni mill-applikant direttament jew permezz ta’ subuffiċċju jew aġenzija nazzjonali, għandu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra, jimmarka d-dokumenti li jagħmlu parti mill-applikazzjoni bin-numru ta’ l-inkartament u bid-data ta’ meta tkun ġiet irċevuta fl-Uffiċċju u għandha tinħareġ irċevuta lill-applikant. L-irċevuta għandha tinkludi n-numru ta’ l-inkartament ta’ l-Uffiċċju, in-numru tad-dokumenti irċevuti fl-Uffiċċju u d-data ta’ l-applikazzjoni fit-tifsira ta’ l-Artikolu 51 tar-Regolament Bażiku. Kopja ta’ l-irċevuta għandha tinħareġ lill-aġenzija nazzjonali jew lis-subuffiċċju li permezz tagħhom l-Uffiċċju jkun irċieva l-applikazzjoni.

3. Jekk l-Uffiċċju jirċievi applikazzjoni permezz ta’ subuffiċċju jew aġenzija nazzjonali aktar minn xahar wara li tkun ġiet infilzata mill-applikant, id-"data ta’ l-applikazzjoni" fit-tifsira ta’ l-Artikolu 51 tar-Regolament Bażiku ma għandhiex tkun aktar kmieni mid-data ta’ meta tkun ġiet irċevuta fl-Uffiċċju, għajr jekk l-Uffiċċju jistabbilixxi fuq il-bażi ta’ xiehda dokumentarja suffiċjenti illi l-applikant ikun għaddielu tagħrif skond l-inċiż (b) ta’ l-Artikolu 49(1) tar-Regolament Bażiku u l-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 18

Il-kondizzjonijiet riferiti fl-Artikolu 50(1) tar-Regolament Bażiku;

1. Jekk l-Uffiċċju jsib li l-applikazzjoni ma tikkonformax mal-kondizzjonijiet fl-Artikolu 50(1) tar-Regolament Bażiku, għandu jinnotifika lill-applikant bin-nuqqasijiet li jkun sab, fejn jiddikjara illi dik id-data biss li fiha jirċievi tagħrif biżżejjed li jirrimedja dawn id-defiċjenzi għandha tiġi ttrattata bħala d-data ta’ l-applikazzjoni għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 51 tar-Regolament.

2. Applikazzjoni tikkonforma mal-kondizzjonijiet ta’ l-inċiż (i) ta’ l-Artikolu 50(1) tar-Regolament Bażiku biss sakemm jiġu indikati d-data u l-pajjiż ta’ kull l-ewwel disponiment fit-tifsira ta’ l-Artikolu 10(1) ta’ dan ir-Regolament, jew jekk, fin-nuqqas ta’ dan id-disponiment, issir dikjarazzjoni illi ma jkun sar l-ebda disponiment minn dan.

3. Applikazzjoni tikkonforma mal-kondizzjoni ta’ l-inċiż (j) ta’ l-Artikolu 50(1) tar-Regolament Bażiku biss jekk id-data u l-pajjiż mogħtija f’applikazzjoni li tkun saret aktar qabel għall-varjetà ikunu, safejn ikun jaf l-applikant, indikati rigward:

- applikazzjoni għal dritt tal-propjetà rigward il-varjetà, u

- applikazzjoni għall-aċċettazzjoni uffiċjali tal-varjetà għaċ-ċertifikazzjoni u l-marketing meta l-aċċettazzjoni uffiċjali tinkludi deskrizzjoni uffiċjali tal-varjetà,

fi Stat Membru jew bħala Membru ta’ l-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti.

Artikolu 19

Il-kondizzjonijiet riferiti fl-Artikolu 50(2) tar-Regolament Bażiku;

1. Jekk l-Uffiċċju jsib illi l-applikazzjoni ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu jew ta’ l-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament, għandu japplika l-Artikolu 17(2) ta’ hawn, imma jkun jeħtieġ li l-applikant jirrimedja n-nuqqasijiet li jkun sab f’dak il-limitu taż-żmien li jista’ jispeċifika. Meta dawn id-defiċjenzi ma jiġux irrimedjati fi żmien f’waqtu l-Uffiċċju għandu jirrifjuta l-applikazzjoni mingħajr dewmien, skond l-Artikolu 61(1)(a) tar-Regolament Bażiku.

2. L-applikazzjoni għandu jkun fiha d-dettalji li ġejjin

(a) in-nazzjonalità ta’ l-applikant, jekk huwa persuna naturali, u n-nomina tiegħu bħala parti fil-proċedimenti riferiti fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament u, jekk mhux dak li jkabbàr, l-isem u l-indirizz ta’ min ikabbàr;

(b) l-isem Latin tal-ġeneru, l-ispeċje jew is-subspeċje li għalihom tappartjieni l-varjetà, u l-isem komuni;

(ċ) il-karatteristiċi tal-varjetà li, fl-opinjoni ta’ l-applikant, huma distinti biċ-ċar minn varjetajiet oħra, b’dawn il-varjetajiet l-oħra msemmija (jekk approprjat) bħala varjetajiet tar-riferiment għat-testjar;

(d) it-tkabbir, iż-żamma u l-propagazzjoni tal-varjetà, inkluż tagħrif dwar:

- il-karatteristiċi, id-denominazzjoni tal-varjetà jew, fin-nuqqas ta’ din, id-denominazzjoni proviżorja, u l-kultivazzjoni ta’ kull varjetà jew varjetajiet oħra li l-materjal tagħhom irid jiġi wżat ripetutament għall-produzzjoni tal-varjetà, jew -

- il-karatteristiċi li huma mmodifikati ġenetikament, meta l-varjetà interessata tirrappreżenta organiżmu mmodifikat ġenetikament fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE [3];

(e) ir-reġjun u l-pajjiż li fiha l-varjetà kienet imkabbra jew ġiet misjuba u żviluppata;

(f) id-data u l-pajjiż ta’ kull disponiment ta’ l-ewwel tal-konstitwenti tal-varjetali jew tal-materjal maħsud tal-varjetà, għall-iskopijiet li ssir stima tan-novità skond l-Artikolu 10 tar-Regolament Bażiku, jew dikjarazzjoni illi dan id-disponiment għadu ma ġarax;

(g) in-nomina ta’ l-awtorità li għandha tkun saret l-applikazzjoni, u n-numru ta’ l-inkartament ta’ l-applikazzjonijiet riferiti fl-Artikolu 18(3);

(h) id-drittijiet nazzjonali eżistenti għall-varjetajiet tal-pjanti jew kull patenta tal-varjetà li topera ġewwa l-Komunità.

3. L-Uffiċċju jista’ jsejjaħ għal kull tagħrif jew dokumentazzjoni, u, jekk meħtieġ, tpinġijiet jew ritratti biżżejjed sabiex jiġi kondott l-eżami tekniku fil-limitu taż-żmien li jispeċifika.

4. Meta l-varjetà interessata tirrappreżenta organiżmu mmodifikat ġenetikament fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 90/220/KEE, l-Uffiċċju jista’ jitlob lill-applikant sabiex jittrasmetti kopja ta’ l-attestat bil-miktub ta’ l-awtoritajiet responsabbli li jiddikjara illi eżami tekniku tal-varjetà skond l-Artikoli 55 u 56 tar-Regolament Bażiku ma joħloqx riskji għall-ambjent skond in-normi tad-Direttiva msemmija hawn fuq.

Artikolu 20

Il-pretensjoni għall-prijorità

Jekk l-applikant ikollu pretensjoni għal dritt ta’ prijorità rigward l-applikazzjoni fit-tifsira ta’ l-Artikolu 52(2) tar-Regolament Bażiku, li ma’ tkunx aktar bikrija minn dawk indikati fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 18(3), l-Uffiċċju għandu jiddikjara illi data ta’ prijorità tista’ tingħata biss lil dik l-applikazzjoni aktar bikrija. Meta l-Uffiċċju jkun ħareġ irċevuta li tinkludi d-data ta’ l-inkartament ta’ applikazzjoni li ma tkunx l-aktar waħda bikrija minn dawk indikati, id-data l-prijorità nnotifika għandha tkun meqjusa nulla.

Artikolu 21

L-intitolament għal dritt Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta waqt il-proċedimenti

1. Meta l-bidu ta’ kawża kontra applikant rigward pretensjoni riferita fl-Artikolu 98(4) tar-Regolament Bażiku jkun iddaħħal fir-Reġistru ta’ l-Applikazzjonijiet tad-Drittijiet Komunitarji għall-varjetajiet tal-pjanti, l-Uffiċċju jista’ jwaqqaf il-proċedimenti ta’ l-applikazzjoni. L-Uffiċċju jista’ jiffissa data li fiha jkun beħsiebu jissokta bil-proċedimenti pendenti quddiemu.

2. Meta jiddaħħlu deċiżjoni finali tal-kawża riferita fil-paragrafu 1, jew kull terminazzjoni oħra tagħha, fir-Reġistru tad-drittijiet tal-Komunitarji għall-varjetajiet tal-pjanti, l-Uffiċċju jista’ jerġa’ jissokta bil-proċedimenti. Jista’ jibdihom mill-ġdid f’data aktar bikrija, imma mhux qabel id-data diġà ffissata skond il-paragrafu 1.

3. Meta intitolament għal dritt tal-Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta jiġi ttrasferit b’mod validu lil persuna oħra għall-iskopijiet ta’ l-Uffiċċju, din il-persuna tista’ ssegwi l-applikazzjoni ta’ l-ewwel applikant daqs li kieku kienet tagħha nfisha, sakemm tgħarraf b’dan lill-Uffiċċju fi żmien xahar mid-dħul tas-sentenza finali fir-Reġistru ta’ l-Applikazzjonijiet għad-drittijiet għall-varjetajiet tal-pjanti. Il-piżijiet mistħoqqa skond l-Artikolu 83 tar-Regolament Bażiku u diġà mħallsa mill-ewwel applikant għandhom jitqiesu bħala mħallsa mill-applikant sossegwenti.

Taqsima 2

Il-kondotta ta’ l-eżami tekniku

Artikolu 22

Id-deċiżjoni fuq il-linji gwida tat-test

1. Fuq il-proposta tal-President ta’ l-Uffiċċju, il-Kunsill Amminstrattiv għandu jieħu deċiżjoni dwar il-linji gwida tat-test. Id-data u l-ispeċji interessati fid-deċiżjoni għandhom jiġu ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali riferita fl-Artikolu 87 ta’ dan ir-Regolament.

2. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-Kunsill Amministrattiv dwar il-linji gwida tat-test, il-President ta’ l-Uffiċċju jista’ jagħti deċiżjoni proviżorja dwar dan. Id-deċiżjoni proviżorja għandha tiskadi fid-data tad-deċiżjoni tal-Kunsill Amministrattiv. Meta d-deċiżjoni proviżorja tal-President ta’ l-Uffiċċju tiddevja mid-deċiżjoni tal-Kunsill Amministrattiv, ma għandux jiġi effettwat eżami tekniku mibdi qabel id-deċiżjoni tal-Kunsill Amministrattiv; il-Kunsill Amministrattiv jista’ jiddeċiedi xorta oħra jekk iċ-ċirkostanzi jitolbu dan.

Artikolu 23

Is-setgħat vestiti fil-President ta’ l-Uffiċċju

1. Meta l-Kunsill Amministrattiv jieħu deċiżjoni fuq il-linji gwida tat-test, għandu jinkludi setgħa li biha l-President ta’ l-Uffiċċju jista’ jdaħħal karatteristiċi addizzjonali u l-espressjonijiet tagħhom rigward varjetà.

2. Meta l-President ta’ l-Uffiċċju jagħmel użu mis-setgħa fil-paragrafu 1, għandu japplika mutatis mutandis l-Artikolu 22(2) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 24

In-notifika mill-Uffiċċju ta’ l-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet

Skond l-Artikolu 55(3) tar-Regolament Bażiku, l-Uffiċċju għandu jittrasmetti lill-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet kopji tad-dokumenti li ġejjin li għandhom x’jaqsmu mal-varjetà:

(a) il-formola ta’ l-applikazzjoni, il-kwestjonarju tekniku u kull dokument addizzjonali ssottomess mill-applikant li jkun fih it-tagħrif meħtieġ għall-kondotta ta’ l-eżami tekniku;

(b) il-formoli mimlija mill-applikant skond l-Artikolu 86 ta’ dan ir-Regolament;

(ċ) id-dokumenti li għandhom x’jaqsmu ma’ oġġezzjoni msejsa fuq l-argument illi l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli minn 7 sa 9 tar-Regolament Bażiku ma ġewx sodisfatti.

Artikolu 25

Il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet

Il-personal ta’ l-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet responsabbli mill-eżami tekniku u r-rapporteur innominat skond l-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkooperaw f’kull fażi ta’ eżami tekniku. Il-kooperazzjoni għandha tkopri mill-anqas l-aspetti li ġejjin:

(a) il-monitoraġġ tal-kondotta ta’ l-eżami tekniku, inkluż l-ispezzjon fil-lokazzjonijiet tal-plottijiet tat-test u l-metodi wżati għat-testijiet mir-rapporteur; u

(b) mingħajr preġudizzju għal investigazzjonijiet oħra mill-Uffiċċju, it-tagħrif mill-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet dwar id-dettalji fuq kull disponiment preċedenti tal-varjetà;

(ċ) is-sottomissjoni mill-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet ta’ rapporti interim dwar kull perjodu taż-żmien tat-tkabbir.

Artikolu 26

Il-għamla tar-rapport ta’ l-eżami

1. Ir-rapport ta’ l-eżami riferit fl-Artikolu 57 tar-Regolament Bażiku għandu jkun iffirmat minn membru responsabbli tal-personal ta’ l-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet u għandu jirrikonoxxi espressament id-drittijiet esklussivi tad-disponiment ta’ l-Uffiċċju skond l-Artikolu 57(4) tar-Regolament.

2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal kull rapport interim li jrid jiġi ssottomess lill-Uffiċċju. L-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet għandu joħroġ kopja ta’ dan ir-rapport interim direttament lill-applikant.

Artikolu 27

Rapporti oħra ta’ eżamijiet

1. Rapport ta’ l-eżami fuq ir-riżultati dwar kull eżami tekniku li jkun sar jew li jkun qiegħed fil-proċess li jsir għal għanijiet uffiċjali minn Stat Membru jew minn wieħed mill-uffiċċji responsabbli mill-ispeċje interessata skond l-Artikolu 55(1) tar-Regolament Bażiku jista’ jiġi kkunsidrat mill-Uffiċċju li jikkostitwixxi bażi suffiċjenti għal deċiżjoni, sakemm:

- il-materjal issottomess għall-eżami tekniku jkun ħares, fil-kwantità u l-kwalità, kull standard li sata’ ġie stabbilit skond l-Artikolu 55(4) tar-Regolament Bażiku,

- l-eżami tekniku jkun twettaq f’manjiera konsistenti man-nomini tal-Kunsill Amministrattiv skond l-Artikolu 55(1) tar-Regolament Bażiku, u jkun ġie kondott skond il-linji gwida maħruġa, fuq struzzjonijiet ġenerali mogħtija, skond l-Artikolu 56(2) ta’ dak ir-Regolament u l-Artikoli 22 u 23 ta’ dan ir-Regolament,

- l-uffiċċju jkun ġie mogħti l-opportunità li jimmonitorja l-kondotta ta’ l-eżami tekniku interessat, u

- meta r-rapport finali ma jkunx disponibbli malajr, ir-rapporti interim għal kull perjodu taż-żmien tat-tkabbir jiġu ssottomessi lill-Uffiċċju qabel ir-rapport ta’ l-eżami.

2. Meta l-Uffiċċju ma jikkunsidrax illi r-rapport ta’ l-eżami riferit fil-paragrafu 1 jikkostitwixxi bażi suffiċjenti għal deċiżjoni, jista’ jsegwi l-proċedura stabbilita skond l-Artikolu 55 tar-Regolament, wara li jikkonsulta lill-applikant u lill-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet interessati.

3. L-Uffiċċju u kull uffiċċju nazzjonali kompetenti rigward il-varjetajiet tal-pjanti fi Stat Membru għandhom jagħtu assistenza amministrattiva wieħed lill-ieħor billi jagħmlu disponibbli, fuq talba, kull rapport ta’ eżami fuq varjetà, bil-għan li tiġi stmata d-distintività, l-uniformità u l-istabbiltà ta’ din il-varjetà. Għandu jiġi impost amont speċifiku mill-Uffiċċju jew mill-uffiċċju nazzjonali kompetenti tal-varjetajiet tal-pjanti għas-sottomissjoni ta’ dan ir-rapport, bl-ammont jiġi miftiehem bejn l-uffiċċji interessati.

Taqsima 3

Id-denominzzjoni tal-varjetajiet

Artikolu 28

Il-proposta għad-denominazzjoni ta’ varjetà

Il-proposta għad-denominazzjoni ta’ varjetà għandha tkun iffirmata u nfilzata f’żewġ kopji fl-Uffiċċju, jew fit-tripliku, jekk il-proposta takkumpanja l-applikazzjoni għad-dritt Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta fnfilzata fl-aġenzija nazzjonali nnominat, jew fis-subuffiċċju stabbilit skond l-Artikolu 30(4) tar-Regolament Bażiku. L-Uffiċċju għandu jagħmel disponibbli, mingħajr ħlas, formola għall-għanijiet li tipproponi d-denominazzjoni ta’ varjetà.

Artikolu 29

L-eżami ta’ proposta

1. Meta l-proposta ma takkumpanjax l-applikazzjoni għal dritt Komunitarju għall-varjetà ta’ pjanta, jew fejn id-denominazzjoni ta’ varjetà proposta ma tistax tiġi approvata mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jikkomunika dan mingħajr dewmien lill-applikant, għandu jeħtieġlu jissottometti proposta jew proposta ġdida u għandu jindika l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ dan.

2. Meta l-Uffiċċju jistabbilixxi fiż-żmien ta’ meta jiċievi r-riżultati ta’ l-eżami tekniku skond l-Artikolu 57(1) tar-Regolament illi l-applikant ma ssottometta l-ebda proposta għad-denominazzjoni tal-varjetà, għandu mingħajr dewmien jirrifjuta l-applikazzjoni għal dritt Komunitarju għall-varjetà tal-pjanta skond l-Artikolu 61(1)(ċ) tar-Regolament.

Artikolu 30

Il-linji gwida għad-denominazzjoni tal-varjetajiet

Il-Kunsill Amministrattiv għandu jadotta linji gwida li jistabbilixxu kriterji uniformi u definittivi sabiex jiġu stabbiliti l-impedimenti għad-denominazzjoni ġenerika rigward id-denominazzjoni ta’ varjetà riferita fl-Artikolu 63(3) u (4) tar-Regolament Bażiku.

IL-KAPITOLU II

L-OĠĠEZZJONIIET

Artikolu 31

L-inkartament ta’ l-oġġezzjonijiet

1. L-oġġezzjonijiet taħt l-Artikolu 59 tar-Regolament Bażiku għandu jkun fihom:

(a) l-isem ta’ l-applikant u n-numru ta’ l-inkartament ta’ l-applikazzjoni li għaliha tiġi ddepożitata l-oġġezzjoni;

(b) in-nomina ta’ min joġġezzjona bħala parti mill-proċedimenti kif iddijarati fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament;

(ċ) jekk min joġġezzjona jkun ħatar rappreżentant proċedurali, ismu u l-indirizz;

(d) dikjarazzjoni dwar il-kontestazzjoni riferita fl-Artikolu 59(3) tar-Regolament Bażiku li fuqha l-oġġezzjoni hija bbażata, u fuq id-dettalji, il-punti tax-xħieda u l-argumenti ppreżentati sabiex isostnu l-oġġezzjoni.

2. Jekk jiġu nfilzati oġġezzjonijiet diversi dwar l-istess applikazzjoni għal dritt Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta, l-Uffiċċju jista’ jittratta dwar dawn l-oġġezzjoniet f’sett wieħed tal-proċedimenti.

Artikolu 32

Ir-rifjut ta’ l-oġġezzjonijiet

1. Jekk l-Uffiċċju jsib illi l-oġġezzjoni ma tħarisx l-Artikolu 59(1) u (3) tar-Regolament Bażiku jew l-Artikolu 31(1)(d) ta’ dan ir-Regolament jew li ma tipprovdix identifikazzjoni biżżejjed dwar l-applikazzjoni li kontra tagħha tkun ġiet iddepożitata l-oġġezzjoni, għandu jirrifjuta l-oġġezzjoni bħala inamissibbli għajr jekk dawn in-nuqqasijiet ikunu ġew irrimedjati f’dak il-limitu taż-żmien li jista’ jispeċifika.

2. Jekk l-Uffiċċju jinnota illi l-oġġezzjoni ma tħarisx id-dispożizzjonijiet l-oħra tar-Regolament Bażiku jew ta’ dan ir-Regolament, għandu jirrifjuta l-oġġezzjoni bħala inammissibbli għajr jekk dawn in-nuqqasijiet ikunu ġew irrimedjati qabel l-iskadenza tal-perjodi taż-żmien ta’ l-oġġezzjoni.

IL-KAPITOLU III

IŻ-ŻAMMA TAD-DRITTIJIET KOMUNITARJI GĦAL VARJETÀ TAL-PJANTI

Artikolu 33

L-obbligi tal-pussessur skond l-Artikolu 64(3) tar-Regolament Bażiku

1. Il-pussessur għandu jippermetti l-ispezzjon tal-materjal tal-varjetà interessata u tal-lokazzjoni fejn tkun ippriservta l-identità tal-varjetà, sabiex iforni t-tagħrif meħtieġ għall-istima tal-kontinwazzjoni tal-varjetà fl-istat mhux mibdul tagħha, skond l-Artikolu 64(3) tar-Regolament.

2. Il-pussessur għandu jkun meħtieġ li jżomm reġistri bil-miktub sabiex jiffaċiltata l-verifika tal-miżuri approrjati riferiti fl-Artikolu 64(3) tar-Regolament.

Artikolu 34

Il-verifika teknika tal-varjetà protetta

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 87(4) tar-Regolament, verifika teknika tal-varjetà protetta għandha tiġi kondotta skond il-linji gwida tat-test applikati kif nistħoqq meta d-dritt Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta kien konċess rigward din il-varjetà. Għandom japplikaw l-Artikoli 22 u minn 24 sa 27 ta’ dan ir-Regolament mutatis mutandis għall-Uffiċċju, l-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet u l-pussessur.

Artikolu 35

Materjal ieħor li jrid jintuża għal verifika teknika

Meta l-pussessur ikun issottometta l-materjal tal-varjetà skond l-Artikolu 64(3) tar-Regolament Bażiku, l-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet jista’, bil-kunsens ta’ l-Uffiċċju, jivverifika l-materjal issottomess billi jispezzjona materjal ieħor li jkun ittieħed minn azjendi fejn il-materjal ikun prodott mill-pussessur, jew bil-kunsens tiegħu, jew meħud minn materjal imqiegħed fis-suq minnu, jew bil-kunsens tiegħu, jew meħud minn korpi uffiċjali mill-Istat Membru bis-saħħa tas-setgħat mogħtija lilhom.

Artikolu 36

L-emendi għad-denominazzonijiet tal-varjetajiet

1. Meta d-denominazzjoni tal-varjetà jkollha tiġi emendata skond l-Artikolu 66 tar-Regolament, l-Uffiċċju għandu jikkomunika r-raġunijiet għal dan lill-pussessur, għandu jistabbilixxi limitu taż-żmien li fih il-pussessur irid jissottometti proposta xierqa għall-emenda tad-denominazzjoni emendata tal-varjetà, u jiddikjara illi, jekk jonqos milli jagħmel dan, id-dritt Komunitarju għall-varjetà tal-pjanta jista’ jiġi kkanċellat skond l-Artikolu 21 tar-Regolament. Kull proposta mill-pussessur għandha tiġi nfilzata f’żewġ kopji fl-Uffiċċju.

2. Meta l-proposta għal denominazzjoni ta’ varjetà emendata ma tistax tiġi approvata mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jgħarraf lill-pussessur mingħajr dewmien, għandu jerġa’ jiffissa limitu taż-żmien li fih il-pussessur irid jissottometti proposta xierqa, u għandu jiddikjara illi, jekk jonqos milli jikkonforma, id-dritt Komunitarju għall-varjetà tal-pjanta jista jiġi kkanċellat skond l-Artikolu 21 tar-Regolament.

3. L-Artikoli 31 u 32 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis għal oġġezzjoni ddepożitata skond l-Artikolu 66(3) tar-Regolament Bażiku.

IL-KAPITOLU IV

ID-DRITTIJIET KOMUNITARJI TA’ L-ISFRUTTAMENT LI JRIDU JIĠU KONĊESSI MILL-UFFIĊĊJU

Taqsima 1

Id-drittijiet ta’ l-isfruttament obbligatorju

Artikolu 37

L-applikazzjonijiet għad-drittijiet ta’ l-isfruttament obbligatorju

1. L-applikazzjoni għal dritt ta’ l-isfruttament obbligatorji għandu kun fiha:

(a) in-nomina ta’ l-applikant u l-pussessur li jopponi għall-varjetà interessata bħala partijiet fil-proċedimenti;

(b) id-denominazzjoni tal-varjetà u ta’ l-ispeċji tal-pjanti tal-varjetà jew tal-varjetajiet interessati;

(ċ) proposta għat-tip ta’ atti li jridu jiġu koperti bid-dritt ta’ l-isfruttament obbligatorju;

(d) prospett li jiddikjara l-interess tal-pubbliku interessat, inklużi d-dettalji tal-fatti, il-punti tax-xhieda u l-argumenti ppreżentati bħala appoġġ fl-interess pubbliku pretest;

(e) fil-każ ta’ applikazzjoni riferita fl-Artikolu 29(2) tar-Regolament Bażiku, proposta għall-kategorija ta’ persuni li lilhom għandu jiġi konċess id-dritt ta’ l-isfruttament obbligatorju, inklużi, jekk ikun il-każ, il-ħtiġiet speċifiċi li għandhom x’jaqsmu ma’ din il-kategorija ta’ persuni.

2. L-applikazzjoni riferita fl-Artikolu 29(1) jew (5) għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li jixhdu t-talba tiegħu mingħajr suċċess għad-dritt ta’ l-isfruttament kontrattwali mill-pussessur li jopponi.

3. L-applikazzjoni riferita fl-Artikolu 29(2) tar-Regolament għandha tkun akkumpanjata bid-dokumenti li jixhdu t-talbiet mingħajr suċċess tal-persuni għal dritt ta’ l-isfruttament kontrattwali mill-pussessur li jopponi. Jekk il-Kummissjoni jew Stat Membru jkunu l-applikant għal dritt ta’ sfruttament obbligatorju, l-Uffiċċju jista’ jirrinunzja għal din il-kondizzjoni fil-każ ta’ forza maġġuri.

4. Talba għal dritt ta’ sfruttament kontrattwali għandha tiġi kkunsidrata bħala mingħjr suċċess fit-tifsira tal-paragrafi 2 u 3 jekk:

(a) il-pussessur li jopponi ma jkunx ta tweġiba finali f’perjodu raġjonevoli taż-żmien lill-persuna li tkun qiegħda tfittex dan id-dritt; jew

(b) il-pussessur li jopponi jkun irrifjuta li jikkonċedi dritt ta’ sfruttament kontrattwali lill-persuna li tkun qiegħda tfittex dan; jew

(ċ) il-pussessur li jopponi jkun offra dritt ta’ sfruttament kontrattwali lil persuna li tkun qiegħda tfittxu, fuq termini li jkunu b’mod ovvju fundamentalment mhux raġjonevoli inklużi dawk li għandhom x’jaqsmu mad-dritt ta’ l-awtur, li jridu jitħallsu, jew f’termini li, kif jidhru globalment, ma jkunux raġjonevoli.

Artikolu 38

L-eżami ta’ l-applikazzjoni għal dritt ta’ sfruttament obbligatorju

1. Il-proċedimenti orali u t-teħid tax-xiehda għandhom fil-prinċipju jinżammu flimkien f’seduta waħda.

2. It-talbiet għal aktar seduti ma għandhomx ikunu aċċettati għajr għal dawk it-talbiet imsejsa fuq ċirkostanzi li jkunu għaddew minn bidla matul jew wara s-seduta.

3. Qabel ma jieħu deċiżjoni, l-Uffiċċju għandu jistieden lill-partijiet interessati sabiex jilħqu ftehim amikevoli dwar dritt ta’ sfruttament kontrattwali. Jekk approprjat, l-Uffiċċju għandu jagħmel proposta għal dan il-ftehim amikevoli.

Artikolu 39

Iż-żamma ta’ dritt Komunitrju għal varjetà ta’ pjanta matul il-proċedimenti

1. Jekk il-bidu ta’ kawża rigward pretensjoni riferita fl-Artikolu 98(1) tar-Regolament Bażiku kontra l-pussessur tkun iddaħlet fir-Reġistru ta’ l-Applikazzjonijiet għad-Drittijiet Komunitarji għall-Varjetajiet tal-Pjanti, l-Uffiċċju jista’ jissospendi l-proċedimenti dwar il-konċessjoni ta’ dritt ta’ sfruttament obbligatorju. M’għandux jerġa’ jibda l-proċesimenti qabel id-dħul fl-istess Reġistru tas-sentenza ta’ l-aħħar dwar din il-kawża jew kull terminazzjoni oħra tagħha.

2. Jekk it-trasferiment ta’ dritt Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta ikun jorbot lill-Uffiċċju, il-pussessur il-ġdid għandu jidhol fil-proċedimenti bħala parti tagħhom, fuq it-talba ta’ l-applikant, jekk dan l-applikant ikun talab mingħajr suċċess lill-pussessur il-ġdid sabiex jagħtih dritt ta’ sfruttament kontrattwali fi żmien xahrejn minn mindu jkun irċieva l-komunikazzjoni mill-Uffiċċju li l-isem tal-pussessur il-ġdid ġie mniżżel fir-Reġistru tad-Drittijiet Komunitarji għall-Varjetajiet tal-Pjanti. Talba mill-applikant għandha tkun akkumpanjata b’xiehda dokumentarja biżżejjed dwar l-attentat battal tiegħu, u jekk approprjat, tal-kondotta tal-pussessur il-ġdid.

3. Fil-każ ta’ applikazzjoni riferita fl-Artikolu 29(2) tar-Regolament, il-pussessur il-ġdid għandu jidħol fil-proċedimenti bħala parti minnħhom. Ma għandhomx japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1.

Artikolu 40

Il-kontenut tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni

Id-deċiżjoni bil-miktub għandha tiġi ffirmata mill-President ta’ l-Uffiċċju. Id-deċiżjoni għandu jkun fiha:

(a) dikjarazzjoni illi d-deċiżjoni ġiet ikkunsinnata mill-Uffiċċju;

(b) id-data ta’ meta ttieħdet id-deċiżjoni;

(ċ) l-ismijiet tal-membri tal-kumitat li jkunu ħadu sehem fil-proċedimenti;

(d) l-ismijiet tal-partijiet fil-proċedimenti u tar-rappreżentanti proċedurali tagħhom;

(e) ir-referenza għall-opinjoni tal-Kunsill Amministrattiv;

(f) dikjarazzjoni dwar il-kwistjonijiet li jridu jiġu deċiżi;

(g) sommarju tal-fatti;

(h) ir-raġunijiet li fuqhom ġiet imsejsa d-deċiżjoni;

(i) l-ordni ta’ l-Uffiċċju; jekk ikun hemm il-ħtieġa, l-ordni għandha tinkludi l-atti stabbiliti koperti bid-dritt ta’ l-isfruttament obbligatorju, il-kondizzjonijiet speċifiċi li jappartjienu għal dan u l-kategorija tal-persuni, inklużi meta approprjat il-ħtiġiet speċifiċi li għandhom x’jaqsmu ma’ din il-kategorija.

Artikolu 41

Il-konċessjoni ta’ dritt ta’ sfruttament obbligatorju

1. Id-deċiżjoni għalbiex jiġi konċess dritt għall-isfruttament obbligatorju għandu jkun fiha dikjarazzjoni li tiddikjara l-interess pubbliku involut.

2. Ir-raġunijiet li ġejjin jistgħu b’mod partikolari jikkostitwixxu interess pubbliku:

(a) il-protezzjoni tal-ħajja jew tas-saħħa tal-bniedem, ta’ l-animali jew tal-pjanti;

(b) il-ħtieġa li s-suq jiġi fornit bil-materjal li joffri l-karatteristiċi speċifiċi; jew

(ċ) il-ħtieġa li tinżamm l-inċentiva għat-tkabbir kontinwu tal-varjetajiet imtejba.

3. Id-dritt ta’ sfruttament obbligatorju ma għandux ikun esklussiv.

4. Id-dritt ta’ l-isfruttament obbligatorju jista’ ma jiġix assenjat, għajr jekk flimkien ma’ dik il-parti ta’ intrapriża li tagħmel użu mid-dritt ta’ sfruttament obbligatorju jew, fiċ-ċirkostanzi espressi fl-Artikolu 29(5) tar-Regolament Bażiku, flimkien ma’ l-assenjazzjoni tad-drittijiet għal varjetà essenzjalment idderivata.

Artikolu 42

Il-kondizzjonijiet li jappartjienu għall-persuna li lilha jiġi konċess id-dritt ta’ sfruttament obbligatorju

1. Mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet riferiti fl-Artikolu 29(3) tar-Regolament Bażiku, il-persuna li lilha jingħata d-dritt ta’ sfruttament obbligatorju għanda tiddisponi minn kapaċitajiet finanzjarji u tekniċi approprjati sabiex tagħmel użu mid-dritt ta’ l-isfruttament obbligatorju.

2. Il-konformità mal-kondizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-dritt ta’ l-isfruttament obbligatorju u stabbiliti fid-deċiżjoni minħabba dan għandha tkun ikkunsidrata bħala "ċirkostanza" skond l-Artikolu 29(4) tar-Regolament Bażiku.

3. L-Uffiċċju għandu jipprovdi illi l-persuna li lilha jiġi konċess dritt ta’ sfruttament obligatorju ma għandjiex tieħu azzjoni legali għall-ksur ta’ dritt Komunitarju għal varjetà tal-pjanti għajr jekk il-pussessur ikun irrifjuta jew ittraskura li jagħmel dan fi żmien xahrejn minn meta jkun mitlub jagħmel dan.

Artikolu 43

Il-kategorija tal-persuni li jissodisfaw il-ħtiġiet speċifiċi

1. Kull persuna li tkun beħsiebha tagħmel użu mid-dritt ta’ l-isfruttament obbligatorju li tidħol fil-kategorija tal-persuna li tissodisfa l-ħtiġiet speċifiċi riferiti fl-Artikolu 29(2) tar-Regolament Bażiku għandha tiddikjara l-intenzjoni tagħha lill-Uffiċċju u lill-pussessur b’ittra rreġistrata bl-avviż tal-kunsinna. Id-dikjarazzjoni għandha tinkludi:

(a) l-isem u l-indirizz ta’ din il-persuna kif stabbilit għall-partijiet fil-proċedimenti skond l-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament;

(b) dikjarazzjoni dwar il-fatti li jissodisfaw il-ħtiġiet speċifiċi;

(ċ) dikjarazzjoni li tiddikjara l-azzjonijiet li jridu jiġu effettwati; u

(d) assigurazzjoni li din il-persuna tiddisponi minn riżorsi finanzjarji approprjati kif ukoll tagħrif dwar il-kapaċità teknika sabiex tagħmel użu mid-dritt ta’ l-isfruttament obbligatorju.

2. Fuq talba, l-Uffiċċju għandu jdaħħal persuna fir-Reġistru tad-Drittijiet Komunitarji tal-Varjetajiet tal-Pjanti jekk din il-persuna tkun wettqet il-kondizzjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mad-dikjarazzjoni riferita fil-paragrafu 1. Din il-persuna ma għandhiex tkun intitolata li tagħmel użu mid-dritt ta’ l-isfruttament obbligtorju qabel id-dħul. Id-dħul għandu jiġi kkomunikat lil din il-persuna u lill-pussessur.

3. L-Artikolu 42(3) ta’ dan ir-Regolament għandu japplika mutatis mutandis għal persuna mdaħħla skond il-paragrafu 2. Kull ġudizzju, jew terminazzjoni oħra, tal-kawża legali rigward l-att tal-ksur għandhom japplikaw għal kull persuna oħra mdaħħla jew li trid tiddaħħal.

4. Id-dħul riferit fil-paragrafu 2 jista’ tiġi mħassar għar-raġunijiet waħdiena illi l-ħtiġiet speċifiċi stabbiliti fid-deċiżjoni dwar il-konċessjoni ta’ dritt ta’ l-isfruttament obbligatorju jew tal-kapaċitajiet finanzjarji u tekniċi stabbiliti skond il-paragrafu 2 ikunu għaddew minn tibdil għal iktar minn sena mill-konċessjoni tad-dritt ta’ l-isfruttament obbligatorju u fil-limitu taż-żmien stabbilit f’din il-konċessjoni. It-tħassir tad-dħul għandu jiġi kkomunikat lil din il-persuna u lill-pussessur.

Taqsima 2

Id-drittijiet ta’ l-isfruttament skond l-Artikolu 100(2) tar-Regolament Bażiku

Artikolu 44

Id-drittijiet ta’ l-isfruttament skond l-Artikolu 100(2) tar-Regolament Bażiku

1. Talba għal dritt ta’ l-isfruttament kontrattwali mhux esklussiv minn għand pussessur ġdid, kif riferit fl-Artikolu 100(2) tar-Regolament Bażiku, għandha ssir, fil-każ tal-pussessur ta’ qabel fi żmien xahrejn, jew fil-każ ta’ persuna li tkun gawdiet dritt ta’ l-isfruttament fi żmien erba’ xhur, minn meta tkun irċeviet in-notifika mill-Uffiċċju li l-isem tal-pussessur ikun ġie mdaħħal fir-Reġistru tad-Drittijiet Komunitarji għall-Varjetajiet tal-Pjanti.

2. Applikazzjoni sabiex jiġi konċess dritt ta’ l-isfruttament skond l-Artikolu 100(2) tar-Regolament Bażiku għandha tkun akkumpanjata minn dokumenti li jappoġġjaw it-talba mingħajr suċċess riferita fil-paragrafu 1. Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 37(1)(a), (b), (c) u (4), 38, 39 (3), 40 għajr l-ittra (f), 41 (3) u (4) u 42 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis.

IT-TITOLU III

IL-PROĊEDURI QUDDIEM IL-BORD TA’ L-APPELL

Artikolu 45

Il-kontenut ta’ l-avviż ta’ l-appell

L-avviż ta’ l-appell għandu jkun fih:

(a) in-nomina ta’ l-appellant bħala parti mill-proċedimenti ta’ l-appell skond l-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament;

(b) in-numru tal-inkartament u d-deċiżjoni li kontra tagħha l-appell qiegħed jiġi ddepożitat u dikjarazzjoni dwar safejn tkunu qiegħda titfittex l-emenda jew il-kanċellazzjoni;

Artikolu 46

L-irċevuta ta’ l-avviż ta’ l-appell

Meta l-Uffiċċju jirċievi avviż ta’ appell, għandu jimmarkaha bin-numru ta’ inkartament tal-proċedimenti ta’ l-appell u bid-data tal-wasla tagħha fl-Uffiċċju u għandu jinnotifika lill-appellant dwar il-limitu taż-żmien sabiex jiġu ddikjarati r-raġunijiet għall-appell; ma tista’ tintalab l-ebda grazzja għall-ommissjoni ta’ dan l-avviż.

Artikolu 47

Il-parteċipazzjoni bħala parti fil-proċedimenti ta’ l-appell

1. L-Uffiċċju għandu jittrasmetti mill-aktar fis kopja ta’ l-avviż ta’ l-Appell immarkata bin-numru tal-inkartament u bid-data tal-kunsinna tagħha lill-partijiet fil-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju.

2. Il-partijiet fil-proċedimenti riferiti fil-paragrafu 1 jistgħu jintervjienu bħala partijiet fl-appell fi żmien xahrejn mit-trasmissjoni ta’ kopja ta’ l-avviż ta’ l-appell.

Artikolu 48

Ir-rwol ta’ l-Uffiċċju

1. Il-korp ta’ l-Uffiċċju riferit fl-Artikolu 70(1) tar-Regolament Bażiku u l-President tal-Bord ta’ l-Appell għandhom jiżguraw b’miżuri preparatorji interni illi l-Bord ta’ l-Appell ikun jista’ jeżamina l-każ immedjatament wara li jintbagħat; il-President għandu b’mod partikolari jagħżel liż-żewġ membri l-oħra skond l-Artikolu 46(2) ta’ dan ir-Regolament u għandu jinnomina rapporteur, qabel ma jintbagħat il-każ.

2. Qabel ma jintbagħat il-każ, il-korp ta’ l-Uffiċċju riferit fl-Artikolu 70(1) tar-Regolament Bażiku għandu jittrasmetti minnufih kopja tad-dokumenti rċevuti minn parti fil-proċedimenti ta’ l-appell lill-partijiet l-oħra fil-proċedimenti ta’ l-appell.

3. Il-President ta’ l-Uffiċċju għandu jipprovdi l-pubblikazzjoni tat-tagħrif riferit fl-Artikolu 89 ta’ dan ir-Regolament, qabel ma jintbagħat il-każ.

Artikolu 49

Ir-rifjut ta’ l-appell bħala inammissibli

1. Jekk l-Appell ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Bażiku u b’mod partikolari l-Artikoli 67, 68 u 69 tiegħu u ta’ dan ir-Regolament u b’mod partikolari l-Artikolu 45 tiegħu, il-Bord ta’ l-Appell għandu jgħarraf b’dan lill-appellant u għandu jeħtieġlu jirrimedja n-nuqqasijiet misjuba, jekk possibli, f’dak il-perjodu taż-żmien li jista’ jispeċifika. Jekk l-appell ma jiġix irrettifikat fi żmien raġjonevoli, il-Bord ta’ l-Appell għandu jirrifjutah bħala inammissibli.

2. Meta jiġi ddepożitat appell kontra deċiżjoni ta’ l-Uffiċċju li kontra tiegħu tiġi ddepożitata azzjoni b’mod simili skond l-Artikolu 74 tar-Regolament Bażiku, il-Bord ta’ l-Appell għandu minnufih jissottometti l-appell bħala kawża lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, bil-kunsens ta’ l-appellant; jekk l-appellant ma jagħtix il-kunsens tiegħu, il-Qorti għandha tirrifjuta l-appell bħala inammissibli. Fil-każ tas-sottomissjoni ta’ appell lill-Qorti tal-Ġustizzja, dan l-appell għandu jitqies li jkun ġie ddepożitat mal-Qorti tal-Ġustizzja bħala fid-data ta’ meta ġie rċevut fl-Uffiċċju skond l-Artikolu 46 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 50

Proċeduri legali bil-fomm

1. Wara li jintbagħat il-każ, il-President tal-Bord ta’ l-Appell għandu, mingħajr dewmien, isejjaħ lill-partijiet fil-proċedimenti ta’ l-appell għall-proċedimenti orali kif ipprovvdut fl-Artikolu 77 tar-Regolament Bażiku u għandu jiġbed l-attenzjoni tagħhom għall-kontenut ta’ l-Artikolu 59(2) ta’ dan ir-Regolament.

2. Il-proċedimenti orali u t-teħid tax-xhieda għandhom fil-prinċipju jinżammu f’seduta waħda.

3. Ma għandhomx ikunu ammissibbli talbiet għal aktar seduti għajr għal talbiet imsejsa fuq ċirkostanzi li jkunu ġarrbu tibdil matul jew wara s-seduta.

Artikolu 51

L-eżami ta’ l-appelli

Għajr jekk ipprovvdut xorta oħra, id-dispożizzjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju għandhom japplikaw għall-proċedimenti ta’ l-appell mutatis mutandis; il-partijiet fil-proċedimenti għandhom f’dan ir-rigward jiġu ttrattati bħala partijiet fil-proċedimenti ta’ l-appell.

Artikolu 52

Id-deciżjoni dwar l-appell

1. Fi żmien tliet xhur wara l-għeluq tal-proċedimenti orali, id-deċiżjoni ta’ l-appell għandha tiġi mgħoddija bil-miktub lill-partijiet fil-proċedimenti ta’ l-appell.

2. Id-deċiżjoni għandha tiġi ffirmata mill-President tal-Bord ta’ l-Appell u mir-rapporteur innominat skond l-Artikolu 48(1) ta’ dan ir-Regolament. Id-deċiżjoni għandha tinkludi:

(a) dikjarazzjoni li d-deċiżjoni ġiet mogħtija mill-Bord ta’ l-Appell;

(b) id-data ta’ meta ġiet ttieħdet i-deċiżjoni;

(ċ) l-ismijiet tal-President u tamembri l-oħra tal-Bord ta’ l-Appell li jkunu ħadu sehem fil-proċedimenti ta’ l-appell;

(d) l-ismijiet tal-partijiet fil-proċedimenti ta’ l-appell u tar-rappreżentanti proċedurali tagħhom;

(e) dikjarazzjoni dwar il-kwistjonijiet li riedu jiġu deċiżi;

(f) sommarju tal-fatti;

(g) ir-raġunijiet li fuqhom hija msejsa d-deċiżjoni;

(h) l-ordni tal-Bord ta’ l-Appell, inkluż, fejn meħtieġ, deċiżjoni dwar l-aġġudikazzjoni ta’ l-ispejjeż jew tar-rifużjoni tal-piżijiet.

3. Id-deċiżjoni bil-miktub tal-Bord ta’ l-Appell għandha tkun akkumpanjata b’dikjarazzjoni illi huwa possibbli appell ieħor, flimkien mal-limitu taż-żmien sabiex jiġi nfilzat dan l-appell ieħor. Il-partijiet fil-proċedimenti ta’ l-appell ma jistgħu jitolbu l-ebda grazzja għan-nuqqas tad-dikjarazzjoni.

IT-TITOLU IV

ID-DISPOSIZJONIJIET ĠENERALI LI GĦANDHOM X’JAQSMU MAL-PROĊEDURI

IL-KAPITOLU I

ID-DEĊIŻJONIJIET, IL-KOMUNIKAZZJONIJIET U D-DOKUMENTI

Artikolu 53

Id-deċiżjonijiet

1. Kull deċiżjoni ta’ l-Uffiċċju trid tiġi ffirmata minn membru tal-personal awtorizzat kif mistħoqq mill-President ta’ l-Uffiċċju skond l-Artikolu 35 tar-Regolament Bażiku u tiddikjara ismu.

2. Meta l-proċedimenti orali jsiru quddiem l-Uffiċċju, id-deċiżjonijiet jistgħu jingħataw bil-fomm. Sossegwentement, id-deċiżjoni bil-miktub għandha tiġi mgħoddija lill-partijiet fil-proċedimenti.

3. Id-deċiżjonijiet ta’ l-Uffiċċju li jkunu miftuħa għal appell skond l-Artikolu 67 tar-Regolament Bażiku jew għal appell dirett skond l-Artikolu 74 ta’ dan għandhom ikunu akkumpanjati b’dikjarazzjoni ta’ dan l-appell jew ta’ l-appell dirett jekk possibbli, flimkien mal-limiti ta’ żmien ipprovvduti sabiex jiġi ddepożitat dan appell jew l-appell dirett. Il-partijiet fil-proċedimenti ma jistgħux jitolbu grazzja għan-nuqqas tad-dikjarazzjoni.

4. L-iżbalji lingwistiċi, l-iżbalji fit-traskrizzjoni l-iżbalji dwar il-patenti fid-deċiżjonijiet ta’ l-Uffiċċju għandhom jiġu korretti.

Artikolu 54

Iċ-ċertifikat għal dritt Komunitarju għall-varjetà ta’ pjanta

1. Meta l-Uffiċċju jikkonċedi dritt Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta, għandu joħroġ, flimkien mad-deċiżjoni dwar dan, ċertifikat għad-dritt Komunitarju għall-varjetà tal-pjanta bħala xiehda tal-konċessjoni.

2. L-Uffiċċju għandu joħroġ iċ-ċertifikat għad-dritt Komunitarju għal varjetà tal-pjanta fl-ilsien jew l-ilsna uffiċjali tal-Komunitajiet, ikunu liema jkunu, li jitlob il-pussessur.

3. Fuq talba, l-Uffiċċju jista’ joħroġ kopja dduplikata lill-persuna intitolata jekk jistabilixxi li ċ-ċertifikat oriġinali ntilef jew ġie meqrud.

Artikolu 55

Il-komunikazzjonijiet

Għajr jekk ipprovvdut xorta oħra, kull komunikazzjoni mill-Uffiċċju jew minn Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet għandha tinkludi l-isem tal-membru kompetenti tal-personal.

Artikolu 56

Id-dritt ta’ udjenza

1. Jekk l-Uffiċċju jsib illi deċiżjoni tista’ ma tiġix adottata skond il-kondizzjonijiet mitluba, għandu jikkomunika n-nuqqasijiet innotati lill-parti fil-proċedimenti u ġħandu jeħtiġilha li tirrinedja dawn in-nuqqasijiet f’dak il-limitu taż-żmien li jista’ jispeċifika. Jekk in-nuqqasijiet innotati u kkomunikati ma jiġux irrimedjari fi żmien xieraq, l-Uffiċċju għandu jipproċedi sabiex jagħmel id-deċiżjoni tiegħu.

2. Jekk l-Uffiċċju jirċievi osservazzjonijiet minn parti fil-proċedimenti, għandu jikkomunika dawn l-osservazzjonijiet lill-partijiet l-oħra fil-proċedimenti u jitlobhom, jekk iqis meħtieġa, li jwieġbu fil-limitu taż-żmien li jista’ jispeċifika. Jekk ma tasalx tweġiba fil-ħmien xieraq, l-Uffiċċju jista’ ma jieħu f’kunsiderazzjoni l-ebda dokument li jasal wara.

Artikolu 57

Id-dokumenti infilzati mill-partijiet fil-proċedimenti

1. Id-data dwar meta jiġi rċevut kull dokument infilzat mill-partijiet fil-proċedimenti, għandha titqies dik id-data li fiha dokument ikun fil-fatt ġie rċevut fil-fond ta’ l-Uffiċċju, fl-aġenzija nazzjonali, jew fis-subuffiċċju nnominat skond l-Artikolu 30(4) tar-Regolament Bażiku.

2. Bl-eċċezzjoni tad-dokumenti annessi, kull dokument infilzat mill-partijiet fil-proċedimenti jrid ikun iffirmat minnhom jew mir-rappreżentanti proċedurali tagħhom.

3. Bil-kunsens tal-Kunsill Amministrattiv, l-Uffiċċju jista’ jippermetti illi d-dokumenti ta’ parti fil-proċedimenti jiġu ssottomessi bit-telegrafu, bit-telex, bit-telekopjatur, jew b’tagħmir ieħor ta’ l-informatika u jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-użu tagħhom.

4. Jekk dokument ma jkunx ġie ffirmat kif imiss, jew ikun tħalla li jiġi nfilzat skond il-paragrafu 3, il-parti fil-proċedimenti għandha tkun meħtieġa li tforni d-dokument oriġinali ffirmati skond id-dispożizzjoni tal-paragrafu 2 fi żmien xahar. Jekk dan id-dokument jiġi ssottomess f’dan il-limitu taż-żmien, għandha tinzamm id-data li fiha jkun ġie rċevut id-dokument preċedenti; inkella, għandu jiġi meqjus li ma ġiex irċevut.

5. L-Uffiċċju jista’ jippermetti deroga mill-limitu taż-żmien meħtieġ mill-paragrafu 4 meta l-parti fil-proċedimenti interessata tista’ tinifilza d-dokument interessat direttament fl-Uffiċċju biss. Din id-deroga ma għandhiex taqbeż ġimgħatejn oħra.

6. Dawk id-dokumenti li jridu jiġu kkomunikati lill-partijiet l-oħra fil-proċedimenti kif ukoll lill-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet interessat, jew id-dokumenti li jkollhom x’jaqsmu ma’ żewġ applikazzjonijiet jew aktar għal dritt Komunitarju għall-varjetà ta’ pjanti jew dritt ta’ l-isfruttament, iridu jiġu nfilzati f’numru biżżejjed ta’ kopji. Il-kopji nieqsa għandhom jiġu pprovduti bl-ispejjez tal-parti fil-proċedimenti.

Artikolu 58

Ix-xiehda dokumentarja

1. Ix-xiehda dokumentarja tad-deċiżjonijiet finali jew ta’ deċiżjonijiet oħra għajr dawk ta’ l-Uffiċċju għandhom jitqiesu biżżejjed meta tkun fornita kopja ta’ dawn li tkun ġiet attestata mill-qorti jew mill-awtorità responsabbli mis-sentenza jew mid-deċiżjoni.

2. Ix-xiehda dokumentarja ta’ dokumenti oħra li jridu jiġu ssotomessi mill-partijiet fil-proċedimenti għandha tiġi meqjusa biżżejjed meta tkun id-dokument oriġinali jew kopja attestata tiegħu.

IL-KAPITOLU II

IL-PROĊEDIMENTI ORALI U T-TEĦID TAX-XIEHDA

Artikolu 59

It-taħrika għall-proċedimenti orali

1. Il-partijiet fil-proċedimenti għandhom jiġu mħarrka għall-proċedimenti orali kif ipprovvdut fl-Artikolu 77 tar-Regolament Bażiku u għandha tiġi miġbuda l-attenzjoni tagħhom għall-paragrafu 2 tiegħu. Għandu jingħata mill-anqas xahar żmien min-notifika tat-taħrika mibgħuta lill-partijiet fil-proċedimenti għajr jekk il-partijiet fil-proċedimenti u l-Uffiċċju jiftiehmu dwar perjodu inqas taż-żmien.

2. Jekk parti fil-proċedimenti li tkun ġiet imħarrka għall-proċedimernti orali quddiem l-Uffiċċju ma tidhirx kif imħarrka, il-proċedimenti jistgħu jissoktaw mingħajrha.

Artikolu 60

It-teħid tax-xiehda mill-Uffiċċju

1. Meta l-Uffiċċju jikkunsidra meħtieġ li jisma’ x-xiehda orali tal-partijiet fil-proċedimenti jew ta’ xhud jew ta’ l-esperti, jew sabiex iwettaq spezzjon, għandu jieħu deċiżjoni b’dan l-effett, fejn jiddikjara l-mezzi li bihom ikun beħsiebu jinkiseb ix-xiehda, il-fatti rilevanti li jridu jiġu ppruvati u d-data, il-ħin u l-post tas-seduta jew ta’ l-ispezzjon. Jekk parti fil-proċedimenti titlob xiehda orali mix-xiehda u mill-esperti, id-deċiżjoni ta’ l-Uffiċċju għandha tistabbilixxi l-perjodu taż-żmien li fih il-parti fil-proċedimenti li tagħmel it-talba għandha tgħarraf lill-Ufficcju bl-ismijiet u l-indirizzi tax-xhieda u ta’ l-esperti li l-parti fil-proċedimenti tixtieq li jinstemgħu.

2. Għandu ingħata mill-anqas xahar żmien għall-avviż tat-taħrika mibgħuta lil parti fil-proċedimenti, lix-xhud jew lill-espert sabiex jagħtu xiehda għajr jekk l-Ufiċċju u huma jiftiehmu dwar perjodu iqsar taż-żmien. It-taħrika għandu jkun fiha:

(a) estratt mid-deċiżjoni riferita fil-paragrafu 1, li jindika b’mod partikolari d-data, il-ħin u l-post ta’ l-investigazzjoni ordnata u li tiddikjara l-fatti rigward liema partijiet fil-proċedimenti, xhieda u esperti jridu jinstemgħu;

(b) l-ismijiet tal-partijiet fil-proċedimenti u d-dettalji tad-drittijiet li x-xhieda jew esperti jistgħu jinvokaw skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 62(2) sa (4) ta’ dan ir-Regolament;

(ċ) dikjarazzjoni illi l-parti fil-proċedimenti, ix-xhud jew l-espert jistgħu jitolbu li jiġu mismugħa mill-ġudikant kompetenti jew minn awtorità oħra fil-pajjiż tad-domiċilju tagħhom u talba illi tgħarraf lill-Uffiċċju f’limitu taż-żmien li jrid jiġi stabbilit mill-Uffiċċju jekk ikunux lesti li jidhru quddiemu.

3. Qabel ma parti fil-proċedimenti, xhud jew espert jistgħu jinstemgħu, għandhom ikunu mgħarrfa illi l-Uffiċċju jista’ jitlob lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti jew lil awtorità oħra fil-pajjiżu tad-domiċilju tagħhom li jeżaminaw mill-ġdid ix-xiehda tagħhom taħt ġurament jew f’kull għamla oħra li torbot.

4. Il-partijiet fil-proċedimenti għandhom jiġu mgħarrfa dwar is-smigħ ta’ xhud jew ta’ espert quddiem awtorità kompetenti, ġudizzjarja jew xorta oħra. Għandu jkollhom id-dritt li jkunu preżenti u li jagħmlu mistoqsijiet lill-partijiet li jkunu qegħdin jixhdu fil-proċedimenti, lix-xhieda u lill-esperti, jew permezz ta’ l-intermedjarju ta’ l-awtorità jew direttament.

Artikolu 61

Ikif jiġu kkummissjonati l-esperti

1. L-Uffiċċju għandu jiddeċiedi f’liema għamla għandu jiġi ssottomess ir-rapport li jrid isir minn espert li jaħtar.

2. Il-mandat ta’ l-espert għandu jkun fih:

(a) deskrizzjoni preċiża tal-kompitu tiegħu;

(b) il-limitu taż-żmien stabbilit għas-sottomissjoni tar-rapport;

(ċ) l-ismijiet tal-partijiet fil-proċedimenti;

(d) id-dettalji dwar id-drittijiet li jista’ jinvoka taħt l-Artikolu 62(2) sa (4) ta’ dan ir-Regolament.

3. Għall-għanijiet tar-rapport ta’ l-espert, l-Uffiċċju jista’ jeħtieġ lill-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet wara li jkun ikkonduċa l-eżami tekniku tal-varjetà interessata sabiex jagħmel disponibbli materjal skond l-istruzzjonijiet mogħtija. Jekk meħtieġ, l-Uffiċċju jista jeħtieġ ukoll materjal mill-partijiet fil-proċedimenti jew minn terzi persuni.

4. Il-partijiet fil-proċedimenti għandhom jiġu pprovvduti b’kopja u, meta approprjat, bi traduzzjoni ta’ kull rapport bil-miktub.

5. Il-partijiet fil-proċedimenti jistgħu joġġezzjonaw għal espert. L-Artikoli 48(3) u 81 (2) tar-Regolament Bażiku għandhom japplikaw mutatis mutandis.

6. L-Artikolu 13(2) u (3) għandu japplika mutatis mutandis għall-espert maħtur mill-Uffiċċju. Meta jaħtar l-espert, l-Uffiċċju għandu jgħarrfu bil-ħtieġa tal-kunfidenzjalità.

Artikolu 62

L-ispejjeż għat-teħid tax-xiehda

1. It-teħid tax-xiehda jista’ jkun ikkondizzjonat mid-depożitu ma’ l-Uffiċċju, mill-parti fil-proċedimenti li tkun tablet li tittieħed din ix-xiehda, somma li għandha tiġi kkwantifikata mill-Uffiċċju wara riferiment għal stima ta’ l-ispejjeż.

2. Ix-xhieda u l-esperti li jiġu mħarrka mill-Uffiċċju u li jidhru quddiemu għandhom ikunu intitolati għal rifużjoni xierqa ta’ l-ispejjeż tal-vjaġġar u tal-manteniment. Jista’ jiġi konċess lilhom ħlas bil-quddiem.

3. Ix-xhieda intitolati għal rifużjoni skond il-paragrafu 2 għandhom ikunu wkoll intitolati għal kumpens approprjat għan-nuqqas ta’ introjtu, u l-esperti għajr il-membri tal-personal ta’ l-Uffiċċji ta’ l-Eżamijiet, għad-drittijiet ta’ xogħolhom. Dawn il-pagamenti għandhom isiru lix-xhieda wara t-teħid tax-xiehda u lill-esperti wara li jkunu eżawrew id-dmirijiet jew il-kompiti tagħhom.

4. Il-ħlasijiet ta’ l-ammonti mistħoqqa skond il-paragrafi 2 u 3 u skond id-dettalji u l-iskali stabbiliti fl-Anness għandhom isiru mill-Uffiċċju.

Artikolu 63

Il-minuti tal-proċedimenti orali u tat-teħid tax-xiehda

1. Il-minuti tal-proċedimenti orali u tat-teħid tax-xiehda għandhom iniżżlu l-essenzjali fil-proċedimenti orali jew tat-teħid tax-xiehda, id-dikjarazzjonijiet rilevanti magħmula mill-partijiet fil-proċedimenti, is-sottomissjonijiet tal-partijiet fil-proċedimenti, tax-xhieda jew ta’ l-esperti u r-riżultat ta’ kull spezzjon.

2. Il-minuti tat-testimonjanza ta’ xhud, espert jew ta’ parti fil-proċedimenti għandhom jinqraw jew jiġu ssottomessi lilhom sabiex ikunu jistgħu jeżaminawhom. Għandu jiġi nnotat fil-minuti illi din il-formalità tkun saret u li l-persuna li tkun tat it-testimonjanza tapprova l-minuti. Meta l-approvazzjoni tiegħu ma tingħatax, l-oġġezzjonijet tiegħu jiġu nnotati.

3. Il-minuti għandhom jiġu ffirmati mill-impjegat li jkun fassalhom u mill-impjegat li jkun mexxa l-proċedimenti orali jew it-teħid tax-xiehda.

4. Il-partijiet fil-proċedimenti għandhom jiġu pprovvduti b’kopja u, meta approprjat, bi traduzzjoni tal-minuti.

IL-KAPITOLU III

IS-SERVIZZ

Artikolu 64

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar is-servizz

1. Fil-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju, kull servizz ta’ dokumenti li jrid isir lil parti fil-proċedimenti għandu jieħu l-għamla tad-dokument oriġinali, fil-każ ta’ ċertifikat, jew ta’ kopja tad-dokument oriġinali attestat mill-Uffiċċju. Il-kopji tad-dokumenti li joħorġu minn għand partijiet oħra fil-proċedimenti ma għandhomx il-ħtieġa ta’ din l-attestazzjoni.

2. Jekk rappreżentant proċedurali jkun ġie maħtur minn parti jew iktar fil-proċedimenti, is-servizz għandu jsirilom skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1.

3. Servizz għandu jsir:

(a) bil-posta skond l-Artikolu 65 ta’ dan ir-Regolament;

(b) bil-kunsinna bl-idejn skond l-Artikolu 66 ta’ dan;

(ċ) b’avviż pubbliku skond l-Artikolu 67 ta’ dan.

Artikolu 65

Is-servizz bil-posta

1. Id-dokumenti jew il-kopji tagħhom li jkun fihom l-azzjonijiet li għalihom l-Artikolu 79 tar-Regolament jipprovdi s-servizz, għandhom jiġu serviti permezz ta’ ittra rreġistrata b’nota tal-kunsinna.

2. Is-servizz lil indirizzati li ma jkollhomx id-domiċilju tagħhom jew is-sede jew l-istabbiliment tagħhom ġewwa l-Komunità u li ma jkunux ħatru rappreżentant proċedurali skond l-Artikolu 82 tar-Regolament Bażiku ikun effettwat bil-pustaġġ tad-dokumenti, li jridu jiġu serviti b’ittra ordinarja fl-aħħar indirizz ta’ min ikun indirizzat magħruf fl-Uffiċċju. Is-servizz għandu jitqies li jkun ġie effettwat bil-posta saħansitra jekk l-ittra tiġi lura tkun bħala li ma tistax tiġi kkunsinnata.

3. Meta s-servizz jiġi effettwat b’ittra rreġistrata, sewwa jekk b’nota tal-kunsinna u sewwa jekk mingħajrha, din għandha titiqies li tkun ġiet ikkunsinnata lill-indirizzat fil-għaxar jum wara li tkun ġiet impustata, għajr jekk l-ittra ma jkunx irnexxielha tasal għand l-indirrizzat jew tkun waslitlu f’jum iktar tard; fil-każ ta’ kull kwistjoni, għandu jkun id-dmir ta’ l-Uffiċċju li jistabbilixxi illi l-ittra tkun waslet fid-destinazzjoni tagħha jew li jistabilixxi d-data li fiha l-ittra tkun ġiet ikkunsinnata lill-indirizzat, skond kif ikun il-każ.

4. Is-servizz b’ittra rreġistrata, sewwa jekk b’nota tal-kunsimma u sewwa jekk le, għandu jitqies li jkun ġie effettwat saħansitra jekk l-indirizzat jirrifjuta li jaċċetta l-ittra jew li jibgħat nota li jkun irċevieha.

5. Meta s-servizz bil-posta ma jkunx kopert bil-paragrafi minn 1 sa 4, għandhom japplikaw il-liġijiet ta’ l-Istat li fit-territorju tiegħu jintgħamel is-servizz.

Artikolu 66

Is-servizz ta’ kunsinna bl-idejn

Fil-fond ta’ l-Uffiċċju, is-servizz ta’ dokument jista’ jiġi effettwat b’kunsinna bl-idejn lill-indirizzat, li mal-kunsinna għandu jinnota li jkun irċevieha. Is-servizz għandu jitqies li jkun sar saħansitra jekk l-indirizzat jirrifjuta li jaċċetta d-dokument jew li jinnota li jkun irċevieh.

Artikolu 67

L-avviż pubbliku

Jekk l-indirizz ta’ l-indirizzat ma jistax jiġi stabbilit, jew jekk is-servizz skond l-Artikolu 65(1) jiġi ppruvat li jkun impossibli saħansitra wara t-tieni attentat mill-Uffiċċju, is-servizz għandu jiġi effettwat b’avviż pubbliku, li jrid jinħareġ fil-pubblikazzjoni perjodika riferita fl-Artikolu 89 tar-Regolament Bażiku. Il-President ta’ l-Uffiċċju għandu jistabbilixxi d-dettallji għall-ħruġ ta’ l-avviż pubbliku.

Artikolu 68

L-irregolaritajiet fis-servizz

Jekk l-Uffiċċju ma jkunx kapaċi jipprova illi d-dokument li jkun wasal għand l-indirizzat ikun ġie servit kif mistħoqq, jew jekk ma jkunux ġew ossernati d-dispożizzjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mas-servizz tiegħu, id-dokument għandu jitqies li jkun ġie servit fid-data stabbilita mill-Uffiċċju bħala d-data ta’ meta jkun ġie rċevut.

IL-KAPITOLU IV

IL-LIMITI TAŻ-ŻMIEN U L-INTERRUZZJONI TAL-PROĊEDIMENTI

Artikolu 69

Il-komputazzjoni tal-limiti taż-żmien

1. Il-limiti ta’ żmien għandhom jiġu stabbiliti f’termini ta’ snin, xhur, ġimgħat jew ġranet sħaħ.

2. Il-limiti taż-żmien għandhom jibdew mill-jum ta’ wara dak li fih ikun ġara l-każ rilevanti, bl-okklorrenza tkun jew kawża jew l-iskadenza ta’ limitu ieħor taż-żmien. Għajr jekk ipprovvdut xorta oħra, l-okkorrenza kkunsidrata għandha tkun dik ta’ meta jiġi rċevut id-dokument servit, meta l-azzjoni tikkonsisti f’servizz.

3. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, il-limiti taż-żmien għandhom jibdew mill-15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ kawża rilevanti, meta l-azzjoni tkun jew l-avviż pubbliku riferit fl-Artikolu 67 ta’ dan ir-Regolament, deċiżjoni ta’ l-Uffiċċju għajr jekk servita lill-persuna rilevanti, jew kull azzjoni ta’ parti fil-proċedimenti li jridu jiġu ppubblikati.

4. Meta limitu taż-żmien jiġi espress bħala sena jew ċertu numru ta’ snin, għandu jiskadi fis-sena rilevanti sossegwenti fix-xahar li jkollu l-istess isem u fil-jum li jkollu l-istess numru bhax-xahar u l-jum li fihom tkun ġara dan il-każ; meta x-xahar rilevanti sossegwenti ma jkollu l-ebda jum li tindika l-istess numru, il-limitu taż-żmien għandu jiskadi fl-aħħar jum ta’ dan ix-xahar.

5. Meta limitu taż-żmien jiġi espress bħala xahar jew ċertu numru ta’ xhur, għandu jiskadi fix-xahar rilevanti sossegwenti fil-jum li jkollu l-istess numru bħall-jum li fih ikun ġara l-każ msemmija; meta x-xahar rilevanti sossegwenti ma jkollux jum li jindika l-istess numru, il-limitu taż-żmien għandu jiskadi fl-aħħar jum ta’ dan ix-xahar.

6. Meta limitu taż-żmien jiġi espress bħala ġimgħa jew ċertu numru ta’ ġimgħat, għandu jiskadi fil-ġimgħa rilevanti sossegwenti fil-jum li jkollu l-istess isem bħall-jum li fih ikun ġara dan il-każ.

Artikolu 70

It-tul tal-limiti taż-żmien

Meta jew ir-Regolament Bażiku jew dan ir-Regolament jispeċifikaw limitu taż-żmien li jrid jiġi stabbilit mill-Uffiċċju, dan il-limitu taż-żmien ma għandux ikun anqas minn xahar u mhux aktar minn tliet xhur. F’ċerti każijiet speċjali, il-limitu taż-żmien jista’ jiġi mtawwal sa sitt xhur fuq talba ppreżentata qabel l-iskadenza ta’ dan il-limitu taż-żmien.

Artikolu 71

L-estensjoni tal-limiti taż-żmien

1. Jekk limitu taż-żmien jiskadi f’jum li fih l-Uffiċċju ma jkunx miftuħ sabiex jirċievi d-dokumenti jew li fih, għal raġunijiet oħra minn dawk riferiti fil-paragrafu 2, il-posta ordinarja ma tasalx fil-lokalità li fiha l-Uffiċċju jkun illokat, il-limitu taż-żmien għandu jiġi mtawwal sa l-ewwel jum wara dak li fih l-Uffiċċju jkun miftuħ sabiex jirċievi d-dokumenti u li fih tasal il-posta ordinarja. Il-jiem riferiti fl-ewwel sentenza għandhom ikunu kif iddikjarati u kkomunikati mill-President ta’ l-Uffiċċju qabel il-bidu ta’ kull sena kalendarja.

2. Jekk limitu taż-żmien jiskadi f’jum li fih ikun hemm interruzzjoni ġenerali jew dislokazzjoni sussegwenti fit-twassil tal-posta fi Stat Membru jew bejn Stat Membru u l-Uffiċċju, il-limitu taż-żmien għandu jiġi mtawwal sa l-ewwel jum wara t-tmiem tal-perjodu taż-żmien ta’ l-interruzzjoni jew tad-dislokazzjoni għall-partijiet fil-proċedimenti li għandhom id-domiċilju jew is-sede jew l-istabbiliment tagħhom fl-Istat interessat jew ikunu ħatru rappreżentanti proċedurali b’sede f’dan l-Istat. Jekk l-Istat Membru interessat ikun l-Istat li fih ikun jinsab l-Ufiċċju, din id-dispożizzjoni għandha tapplika għall-partijiet kollha fil-proċedimenti. It-tul tal-perjodu taż-żmien u l-interruzzjoni jew id-dislokazzjoni għandu jkun iddikjarat u kkomunikat mill-President ta’ l-Uffiċċju.

3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-aġenziji nazzjonali, jew is-subuffiċċji nnominati, skond l-Artikolu 30(4) tar-Regolament kif ukoll għall-Uffiċċji ta’ l-Eżamijiet.

Artikolu 72

L-interruzzjoni fil-proċedimenti

1. Il-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju għandhom jiġu interrotti:

(a) fill-każ tal-mewt jew ta’ l-inkapaċità legali ta’ l-applikant, jew tal-pussessur ta’ dritt Komunitarju għall-varjetà ta’ pjanta jew ta’ l-applikant għal dritt ta’ l-isfruttament li jrid jiġi konċess mill-Uffiċċju jew tal-persuna intitolata sabiex tgawdi dan id-dritt ta’ sfruttament, jew tar-rappreżentant proċedurali ta’ kull wieħed minn dawn il-partijiet; jew

(b) fil-każ ta’ impediment legali li jinterrompi l-kontinwazzjoni tal-proċedimenti ta’ din il-persuna quddiem l-Uffiċċju, minħabba kawża meħuda kontra l-proprjetà tagħha.

2. Meta l-partikolaritajiet meħtieġa rigward l-identità tal-persuna awtorizzata sabiex tissokta l-proċedimenti bħala parti tagħhom jew rappreżentant proċedurali jkun iddaħħal fir-reġistru rilevanti, l-Uffiċċju għandu jgħarraf lil din il-persuna u l-partijiet l-oħra illi l-proċedimenti għandhom jerġgħu jibdew mid-data li trid tiġi stabbilita mill-Uffiċċju.

3. Il-limiti taż-żmien fis-seħħ għandhom jibdew mill-ġdid mill-jum li fih jibdew mill-ġdid il-proċedimenti.

4. L-interruzzjoni tal-proċedimenti ma għandhiex taffettwa s-segwiment ta’ l-eżami tekniku jew tal-verifika tal-varjetà interessata mill-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet meta l-piżijiet rilevanti jkunu diġà tħallsu lill-Uffiċċju.

IL-KAPITOLU V

IR-PAPPREŻENTANTI PROĊEDURALI

Artikolu 73

In-nomina ta’ rappreżentant proċedurali

1. Kull nomina ta’ rappreżentant proċedurali għandha tiġi kkomunikata lill-Uffiċċju. Il-komunikazzjoni għandu jkollha l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant proċedurali; l-Artikolu 2(2) u (3) ta’ dan ir-Regolament għandu japplika mutatis mutandis.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(4), il-komunikazzjoni riferita fil-paragrafu 1 għandha wkoll tidentifika bħala ta’ hekk lil dan l-impjegat tal-parti fil-proċedimenti. Impjegat ma jistax jiġi nnominat bħala rappreżentant proċedurali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 82 tar-Regolament Bażiku.

3. In-nuqqas tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 għandu jwassal li l-komunikazzjoni titqies li ma tkunx ġiet irċevuta.

4. Rappreżentant proċedurali li l-mandat tiegħu ikun intemm jista’ jissokta jiġi kkunsidrat bħala rappreżentant proċedurali sakemm it-tmiem tal-mandat tiegħu ikun ġie kkomunikat lill-Uffiċċju. Bla ħsara għal kull dispożizzjoni għal kuntrarju kontenuta fih, mandat għandu madankollu, jintemm rigward l-Uffiċċju mal-mewt tal-persuna li tkun ikkonferietu.

5. Jekk ikun hemm żewġ partijiet jew iktar fil-proċedimenti jaġixxu flimkien, li ma jkunux innotifikaw rappreżentant proċedurali lill-Uffiċċju, il-parti fil-proċedimenti l-ewwel imsemmija fl-applikazzjoni għal dritt tal-Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta jew għal dritt ta’ l-isfruttament li jridu jiġu konċessi mill-Uffiċċju jew f’oġġezzjoni għandha titqies li tkun ġiet innominata bħala r-rappreżentant proċedurali tal-parti l-oħra jew tal-partijiet fil-proċedimenti.

Artikolu 74

Il-kredenzjali tar-rappreżentanti proċedurali

1. Meta l-ħatra ta’ rappreżentant proċedurali tiġi nnotifikata lill-Uffiċċju, għandhom jiġu ppreżentati l-kredenzjali meħtieġa ffirmati sabiex jiġu inklużi fl-inkartamenti fiż-żmien li l-Uffiċċju jista’ jispeċifika għajr jekk iprovvdut xorta oħra. Jekk il-kredenzjali ma jiġux infilzati fiż-żmien mistħoqq, kull pass proċedurali meħud mir-rappreżentant proċedurali għandu jitqies bħala li ma tteħidx.

2. Il-kredenzjali jistgħu jkopru proċedura jew aktar u għandhom jiġu nfilzati bin-numru korrispondenti ta’ kopji Jistgħu jiġu nfilzati l-kredenzjali ġenerali li jagħtu l-poter lil rappreżentant proċedurali li jaġixxi fil-proċedimenti kollha tal-parti li tagħti l-kredenzjali. Għandu jkun biżżejje dokument waħdieni li jkopri l-kredenzjali ġenerali.

3. Il-President ta’ l-Uffiċċju jista’ jistabilixxi, u jagħmel disponibbli, il-kontenut tal-formoli għall-kredenzjali, inklużi l-kredenzjali ġenerali referiti fil-paragrafu 2, mingħajr ħlas.

IL-KAPITOLU VI

KIF JITQASSMU U JIĠU STABBILITI L-ISPEJJEŻ

Artikolu 75

L-aġġudikazzjpni ta’ l-ispejjeż

1. Deċiżjoni dwar l-ispejjeż għandha tiġi ttrattata mad-deċiżjoni dwar ir-revoka jew il-kanċellazjoni ta’ dritt Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta, jew mad-deċiżjoni dwar l-appell.

2. Fil-każ ta’ l-aġġudikazzjoni ta’ l-ispejjeż skond l-Artikolu 85(1) tar-Regolament, l-Uffiċċju għandu jfassal din l-aġġudikazzjoni f’dikjarazzjoni dwar ir-raġunijiet tad-deċiżjoni għar-revoka jew il-kanċellazzjoni ta’ dritt Komunitarju għal varjetà tal-pjanti, jew tad-deċiżjoni dwar l-appell. Il-partijiet fil-proċedimenti ma jistgħux jingħataw grazzja għan-nuqqas ta’ l-indikazzjoni.

Artikolu 76

Kif jiġu stabbiliti ta’ l-ispejjeż

1. Talba għall-fissar ta’ l-ispejjeż għandha tkun ammissibbli biss jekk tkun ittieħdet id-deċiżjoni li rigward tagħha jkun meħtieġ li jiġu stabbiliti l-ispejjeż u jekk, fil-każ ta’ appell kontra din id-deċiżjoni, il-Bord ta’ l-Appell ikun iddeċieda dan l-appell. Ghandu jinthemeż kont ta’ l-ispejjeż, bid-dokumenti ta’ appoġġ mat-talba.

2. L-ispejjeż jistgħu jiġu stabbiliti ġaladarba tiġi stabbilita l-kredibbiltà tagħhom.

3. Meta parti fil-proċedimenti teħel bl-ispejjeż tal-parti l-oħra fil-proċedimenti, ma għandha tkun meħtieġa li tirrifuża l-ebda spejjeż oħra għajr dawn riferiti fil-paragrafu 4. Meta l-parti rebbieħa fil-proċedimenti tkun irrappreżentata minn iktar minn aġent, konsulent jew avukat wieħed, il-parti t-telliefa għandha ġġorr l-ispejjeż referito fil-paragrafu 4 għal dawn il-persuni biss.

4. L-ispejjeż essenzjali fil-proċedimenti għandhom ikopru:

(a) l-ispejjeż tax-xhieda u ta’ l-esperti mħallsa mill-Uffiċċju lix-xhud jew lill-espert interessati;

(b) l-ispejjeż tal-vjaġġ u tal-manteniment ta’ parti fil-proċedimenti u aġent, konsulent jew avukat innominati kif mistħoqq bħala rappreżentanti proċedurali quddiem l-Uffiċċju, skond l-iskali rilevanti li japplikaw għax-xhieda u l-esperti stabbiliti fl-Anness;

(ċ) ir-rimunerazzjoni ta’ aġent, konsulent jew avukat innominati kif mistħoqq bħala r-rappreżentanti proċedurali ta’ parti fil-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju, skond l-iskali stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 77

Il-ftehim dwar l-ispejjeż

Fil-każ ta’ ftehim dwa il-ħlas ta’ l-ispejjeż referiti fl-Artikolu 85(4) tar-Regolament Bażiku, l-Uffiċċju għandu jikonferma dan il-ħlas f’komunikazzjoni lill-partijiet fil-proċedimenti. Meta din il-komunikazzjoni tikkonferma wkoll ftehim dwar l-ammont ta’ l-ispejjeż li jridu jitħallsu, ma għandhiex tkun ammissibbli talba sabix jiġu stabbiliti l-ispejjeż.

IT-TITOLU V

IT-TAGĦRIF MOGĦTI LILL-PUBBLIKU

IL-KAPITOLU I

IR-REĠISTRI, L-ISPEZZJONIJIET PUBBLIĊI U L-PUBBLIKAZZJONIJIET

Taqsima 1

Ir-Reġistri

Artikolu 78

Id-dħul li għandu x’jaqsam mal-proċedimenti u d-drittijiet Komunitarji għall-varjetajiet tal-pjanti, sabiex jiddaħlu fir-Reġistri

1. Il-"partikolaritajiet l-oħra" li ġejjin riferiti fl-Artikolu 87(3) tar-Regolament għandhom jiddaħħlu fir-Reġistru ta’ l-Applikazzjonijiet għad-Drittijiet Komunitarji għall-Varjetajiet tal-Pjanti:

(a) id-data tal-publikazzjoni meta din il-publikazzjoni tkun okkażjoni rilevanti għall-komputazzjoni tal-limiti taż-żmien;

(b) kull oġġezzjoni, flimkien mad-data tagħha, l-isem u l-indirizz tal-persuna li toġġezzjona u dawk tar-rappreżentant proċedurali tagħha;

(ċ) id-data ta’ prijorità (id-data u l-Istat ta’ l-applikazzjoni ta’ qabel);

(d) kull istituzzjoni ta’ kawża rigward il-pretensjonijiet riferiti fl-Artikoli 98(4) u 99 tar-Regolament bħala intitolazzjoni għal dritt Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta, u d-deċiżjoni finali f’din il-kawża jew kull terminazzjoni oħra tagħha.

2. Il-"partikolarijatjiet oħra" li ġejjin riferiti fl-Artikolu 87(3) tar-Regolament għandhom jiddaħħlu fir-Reġistru tad-Drittijiet Komunitarji għall-Varjetajiet tal-Pjanti, fuq talba:

(a) rigward il-għoti ta’ dritt tal-Komunitarji għal varjetà ta’ pjanta bħala garanzija jew bħala l-oġġett ta’ kull dritt ieħor in rem; jew

(b) kull istituzzjoni ta’ azzjonijiet rigward il-pretensjonijiet riferiti fl-Artikoli 98(1) u (2) u 99 tar-Regolament u li jkollhom x’jaqsmu mad-dritt tal-Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta, u d-deċiżjoni finali f’din l-istituzzjoni jew ta’ kull terminazzjoni tagħha.

3. Il-President ta’ l-Uffiċċju għandu jiddeċiedi dwar id-dettalji tad-dħul li jrid isir u jista’ jiddeċiedi dwar aktar partikolaritajiet li jkunu iridu jiddaħħlu fir-Reġistri bil-għan tal-ġestjoni ta’ l-Uffiċċju.

Artikolu 79

Id-dħul ta’ trasferiment ta’ dritt Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta

1. Kull trasferiment tad-drittijiet Komunitarji għal varjetà ta’ pjanta għandu jiddaħħal fir-Reġistru tad-Drittijiet Komunitarji għall-Varjetajiet tal-Pjanti fuq il-produzzjoni ta’ xiehda dokumentatrja tat-trasferiment, jew ta’ dokumenti uffiċjali li jikkonfermaw it-trasferiment, jew ta’ dawk l-estratti minn dawn id-dokumenti li jkunu biżżejjed sabiex jistabbilixxu t-trasferiment. L-Uffiċċju għandu jżomm kopja ta’ dawn il-karti fl-inkartamenti tiegħu.

2. Id-dħul ta’ trasferiment jista’ jiġi rrifjutat biss fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u l-Artikolu 23 tar-Regolament.

3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għal kull trasferiment ta’ intitolament ta’ dritt Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta li għaliha applikazzjoni tkun iddaħħlet fir-Reġistru ta’ l-Applikazzjonijiet tad-Drittijiet Komunitarji għall-Varjetajiet tal-Pjanti. Ir-riferiment għar-Reġistru tad-Drittijiet Komunitarji għall-Varjetajiet tal-Pjanti għandu jiġi mifhum bħala riferiment għar-Reġistru ta’ l-Applikazzjonijiet għad-Drittijiet Komunitarji għall-Varjetajiet tal-Pjanti.

Artikolu 80

Il-kondizzjonijiet għad-dħul fir-Reġistri

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tar-Regolament Bażiku jew ta’ dan ir-Regolament, talba għal dħul jew għat-tħassir ta’ dħul fir-Reġistri tista’ ssir minn kull persuna interessata. It-talba għandha ssir bil-miktub, akkumpanjata b’dokumenti ta’ appoġġ.

Artikolu 81

Il-kondizzjonijiet għal dħul speċifiku fir-Reġistri

1. Meta dritt Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta li għalih tkun saret applikazzjoni ta’ konċessjoni jew ikun ġie konċess, jiġi involut fi proċedimenti ta’ falliment jew proċedimenti simili, għandu jsir dħul b’dan l-effett, mingħajr ħlas, fir-Reġistru tad-Drittijiet Komunitarji tal-Varjetajiet tal-Pjanti fuq it-talba ta’ l-awtorità nazzjonali kompetenti. Dan id-dħul għandu jitħassar ukoll fuq it-talba ta’ l-awtorità nazzjonali kompetenti, mingħajr ħlas.

2. Il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis għall-istituzzjoni ta’ kawżi dwar il-pretensjonijiet riferiti fl-Artikoli 98 u 99 tar-Regolament u d-deċiżjoni finali ta’ din id-deċisjoni, jew ta’ kull terminazzjoni oħra tagħha.

3. Meta l-varjetajiet jiġu identifikati rispettivament bħala tal-bidui u essenzjalment idderivati, tista’ ssir talba għad-dħul mill-partiiet kollha fil-proċedimenti b’mod konġunt jew separatament. Fil-każ ta’ talba minn minn parti waħda fil-proċedimenti, it-talba għandha tkun akkumpanjata minn xiehda dokumentarja biżżejjed ta’ l-azzjonijiet riferiti fl-Artikolu 87(2)(h) tar-Regolament sabiex tiġi mibdula t-talba tal-parti l-oħra.

4. Meta jiġu mitluba d-dħul ta’ dritt esklussiv ta’ sfruttament kontrattwali jew ta’ dritt Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta mogħtija bħala garanzija jew bħala s-suġġett ta’ drittijiet in rem, dawn it-talbiet għandhom ikunu akkumpanjati b’xhieda dokumentarja biżżejjed.

Artikolu 82

L-ispezzjon pubbliku tar-Reġistri

1. Ir-Reġistri għandhom ikunu miftuħa għall-ispezzjon pubbliku fil-fond ta’ l-Uffiċċju.

2. L-estratti meħuda mir-Reġistri għandhom jiġu kkunsinati fuq it-talba ta’ kull persuna b’irċevuta tal-ħlas ta’ piż amministrattiv.

3. Il-President ta’ l-Uffiċċju jista’ jipprovdi l-ispezzjon pubbliku fil-fond ta’ aġenziji nazzjonali jew tas-subuffiċċji nnominati, skond l-Artikolu 30(4) tar-Regolament.

Taqsima 2

Iż-żamma tad-dokumenti, l-ispezzjon pubbliku tad-dokumenti u l-varjetajiet imkabbra

Artikolu 83

Iż-żamma ta’ l-inkartamenti

1. Id-dokumenti li għandhom x’jaqsmu mal-proċedimenti għandhom jinżammu f’inkartamenti, bin-numru ta’ inkartament jiġi mehmuz ma’ dawn il-proċedimenti, għajr għal dawk id-dokumenti li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-esklużjoni tal-membri tal-Bord ta’ l-Appell, jew ta’ l-impjegati ta’ l-Uffiċċju jew ta’ l-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet interessati, li għandhom jinżammu separatament, jew ma’ oġġezzjoni għalihom.

2. L-Uffiċċju għandu jżomm kopja ta’ l-inkartament riferit fil-paragrafu 1 (il-kopja ta’ l-inkartament) li għandha titqies bħala l-kopja vera u kkompletata ta’ l-inkartament. L-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet jista’ jżomm kopja tad-dokumenti li jkollom x’jaqsmu mal-proċedimenti (il-kopja ta’ l-eżami), imma għandu f’kull ħin jiżgura t-twassil ta’ l-oriġinali ta’ dawk id-dokumenti li l-Uffiċċju ma jkollux minnhom.

3. Il-President ta’ l-Uffiċċju għandu jistabilixxi d-dettalji dwar il-mod kif iridu jinżammu l-inkartamenti.

Artikolu 84

L-ispezzjon tad-dokumenti

1. Talba bil-miktub għall-ispezzjon tad-dokumenti għandha tkun indirizzata lill-Uffiċċju.

2. L-ispezzjon tad-dokumenti għandha ssir fil-fond ta’ l-Uffiċċju. Madankollu, fuq talba, l-ispezzjon tad-dokumenti tista’ ssir fil-fond ta’ l-aġenziji nazzjonali jew tas-subsubuffiċċji innominati skond l-Artikolu 30(4) tar-Regolament, fit-territorju ta’ l-Istat Membru li fih il-persuna li tagħmel it-talba tkun residenti jew għandha s-sede jew l-istabbiliment tagħha.

3. Fuq talba, l-Uffiċċju għandu jippermetti l-ispezzjon tad-dokumenti billi joħroġ kopji tagħhom lill-persuna li titlobhom. Dawn il-kopji jistgħu jkunu bla ħsara għal piżijiet separati. Fuq talba, id-dokumenti jistgħu jiġu spezzjonati wkoll permezz ta’ komunikazzjoni bil-miktub dwar it-tagħrif li jkun jinsab fihom. Madankollu, l-Uffiċċju jista’ jeħtieġ lill-persuna interessata sabiex tara d-dokumenti personalment jekk iqis li dan ikun approprjat fid-dawl tal-kwantità tat-tagħrif li jrid jiġi fornit.

Artikolu 85

L-ispezzjon tat-tkabbir tal-varjetajiet

1. Talba għal spezzjon rigward it-tkabbir tal-varjetajiet għandha tkun indirizzata bil-miktub lill-Uffiċċju. Bil-kunsens ta’ l-Uffiċċju, l-aċċess għall-plottijiet tat-test jista’ jiġi rranġat mill-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 88(3) tar-Regolament Bażiku, l-aċċess ġenerali għall-plott tat-test minn viżitaturi ma għandux jiġi affettwat bid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, sakemm il-varjetajiet kollha mkabbra jkunu kkodifikati, sakemm l-Uffiċċju ta’ l-Eżaminiet fdat bix-xogħol jieħu l-miżuri approprjati kontra kull tneħħija tal-materjal u jiġu approvati mill-Uffiċċju, u sakemm jittieħed kull pass meħtieġ sabiex jitħarsu d-drittijiet ta’ l-applikant, jew tal-pussessur ta’dritt Komunitarju għall-varjetà tal-pjanti.

3. Il-President ta’ l-Uffiċċju jista’ jistabbilixxi d-dettalji tal-proċedura għall-ispezzjon dwar it-tkabbir tal-varjetajiet, u għandu jirrevedi s-salvagwardji li jridu jiġu pprovvduti skond il-paragrafu 2.

Artikolu 86

It-tagħrif kunfidenzjali

Bil-għan li t-tagħrif jinżamm kunfidenzjali, l-Uffiċċju għandu jagħmel disponibbli, mingħajr ħlas, il-formoli li jridu jintużaw mill-applikant għad-dritt Komunitarju għall-varjetà tal-pjanti sabiex issir talba li ma toħroġ l-ebda informazzjoni li jkollha x’taqsam mal-komponenti kif riferit fl-Artikolu 88(3) tar-Regolament.

Taqsima 3

Il-pubblikazzjonijiet

Artikolu 87

Il-Gazzetta Uffiċjali

1. Il-pubblikazzjoni li trid tinħareġ mill-anqas kull xahrejn skond l-Artikolu 89 tar-Regolament Bażiku għandha tissejjaħ il-Gazzetta Uffiċjali ta’ l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (minn issa "l-quddiem imsejħa" il-Gazzetta Uffiċjali’).

2. Il-Gazzetta Uffiċjali għandu jkun fiha t-tagħrif imdaħħal fir-Reġistri skond l-Artikoli 78(1)(ċ), (d) u (2) u 79 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 88

Il-pubblikazzjonijiet ta’ l-applikazzjonijiet għad-drittijiet ta’ l-isfruttament li jridu jiġu konċessi mill-Uffiċċju u deċiżjonijiet dwarhom

Id-data ta’ meta tiġi rċevuta applikazzjoni għal dritt ta’ sfruttament li jrid jiġi konċess mill-Uffiċċju u tat-twassil tad-deċiżjoni dwar din l-applikazzjoni, l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet fil-proċedimenti u tal-għamla ta’ l-ordni infittxa, jew deċiż dwarha, għandhomu jiġu ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali. Fil-każ ta’ deċiżjoni għall-konċessjoni ta’ dritt ta’ sfruttament obbligatorju, il-kontenut ta’ din id-deċiżjoni għandu jiġi ppubblikat bl-istess mod.

Artikolu 89

Il-pubblikazzjonijiet ta’ l-appelli u tad-deċiżjonijiet tagħhom

IGħandhom jiġu ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali d-data ta’ meta jiġi rċevut avviż ta’ appell u tal-għoti tad-deċiżjoni fuq dan l-appell, l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet fil-proċedimenti ta’ l-appell u l-għamla ta’ l-ordni mfittxa, jew tad-deċiżjoni dwarha.

IL-KAPITOLU II

IL-KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA U LEGALI

Artikolu 90

Il-komunikazzjoni tat-tagħrif

1. It-tagħrif li jrid jiġi skambjat skond l-Artikolu 90 tar-Regolament Bażiku għandu jiġi kkomunikat direttament bejn l-awtoritajiet riferiti f’din id-dispożizzjoni.

2. Il-komunikazzjoni tat-tagħrif riferit fl-Artikolu 91(1) tar-Regolament minn jew permezz ta’ l-Uffiċċju jista’ jiġi effettwat permezz ta’ l-uffiċċji kompetenti tal-varjetajiet tal-pjanti ta’ l-Istati Membri, mingħajr ħlas.

3. Il-paragrafu 2, għandu japplika mutatis mutandis għal komunikazzjoni tat-tagħrif skond l-Artikolu 91(1) tar-Regolament effettwata lill-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet jew minnu. L-Uffiċċju għandu jirċievi kopja ta’ din il-komunikazzjoni.

Artikolu 91

L-ispezzjon mill-qrati jew l-uffiċċji tal-prosekuturi pubbliċi ta’ l-Istati Membri jew permezz tagħhom

1. L-ispezzjon ta’ l-inkartamenti skond l-Artikolu 91(1) tar-Regolament għandu jkun tal-kopji dduplikati ta’ l-inkartamenti maħruġa mill-Uffiċċju esklussivament b’dan il-għan.

2. Il-qrati jew l-uffiċċji tal-prosekuturi pubbliċi ta’ l-Istati Membri jistgħu, fil-kors tal-proċedimenti quddiemhom, jiftħu d-dokumenti trasmessi mill-Uffiċċju għall-ispezzjon minn partijiet terzi. Dan l-ispezzjon għandu jkun bla ħsara għall-Artikolu 88 tar-Regolament Bażiku, mingħajr ma l-Uffiċċju jitlob piż għal dan.

3. L-Uffiċċju għandu jindika, fiż-żmien tat-trasmissjoni ta’ l-inkartamenti, lill-qrati jew lill-uffiċċji tal-prosekuturi pubbliċi ta’ l-Istati Membri, ir-restrizzjonijiet li għalihom ikunu bla ħsara l-ispezzjon tad-dokumenti li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-applikazzjonijiet għad-drittijiet Komunitarji għal varjetà ta’ pjanta, jew għall-konċessjoni tiegħu, skond l-Artikolu 88 tar-Regolament Bażiku.

Artikolu 92

Il-proċedura ta’ l-ittri rogatorji

1. Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità ċentrali li tieħu l-inkarigu li tirċievi l-ittri rogatorji maħruġa mill-Uffiċċju u tittrasmettihom lill-qorti jew lill-awtorità kompetenti sabiex iwettquhom.

2. L-Uffiċċju għandu jfassal l-ittri rogatorji fil-lsien tal-qorti kompetenti jew ta’ l-awtorità kompetenti jew jehmeż traduzzjoni f’dan l-ilsien ma’ dawn l-ittri.

3. Bla ħsara għall-paragrafi 4 u 5, il-qorti kompetenti jew l-awtorità kompetenti għandhom japplikaw il-liġijiet tagħhom għall-proċedimenti li jridu jiġu segwiti fl-eżekuzzjoni ta’ dawn it-talbiet. B’mod partikolari, għandhom japplikaw miżuri kostrinġenti xierqa, skond il-liġijiet tagħhom.

4. L-Uffiċċju għandu jiġi mgħarraf biż-żmien u bil-post meta u fejn iridu jsiru l-inkjesta jew il-miżuri legali l-oħra u għandu jgħarraf lill-partijiet, lix-xhieda u lill-esperti interessati fil-proċedimenti.

5. Jekk hekk mitluba mill-Uffiċċju, il-qorti kompetenti jew l-awtorità kompetenti għandhom jippermettu l-preżenza ta’ l-impjegati ta’ l-Uffiċċju interessat u jħalluhom jistaqsu lil kull persuna li tkun qiegħda tixhed, jew direttament jew permezz tal-qorti kompetenti jew ta’ l-awtorità. kompetenti

6. L-eżekuzzjoni ta’ l-ittri rogatorji ma għandha toħloq l-ebda impost jew piż jew spejjeż ta’ l-ebda kwalità. Madankollu, l-Istat Membru li fih jiġu eżegwiti l-ittri rogatorji għandu d-dritt li jeħtieġ lill-Uffiċċju li jirrifondi kull piż imħallas lill-esperti u lill-interpreti u l-ispejjeż li joħorġu mill-proċedura skond il-paragrafu 5.

IT-TITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 93

Dispożizzjonijiet transitorji

1. Skond l-Artikolu 15(4) ta’ dan ir-Regolament, l-Uffiċċju għandu jħallas lill-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet piż talli jikkonduċi l-eżami tekniku, fuq il-bażi ta’ l-irkupru sħiħ ta’ l-ispejjeż miġrura. Sas-27 ta’ April 1997, il-Kunsill Amministrattiv għandu jkun stabilixxa metodi uniformi għall-kalkolu ta’ l-ispejjeż u kostitwenti uniformi ta’ l-ispejjeż, li għandhom japplikaw għall-Uffiċċji kollha nnominati ta’ l-Eżamijiet.

2. Il-Kunsill Amministrattiv għandu jieħu deċiżjoni sas-27 ta’ Ottubru 1996 dwar il-linji ta’ gwida tat-test riferiti fl-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament; il-President ta’ l-Uffiċċju għandu jissottometti proposta għal dawn il-linji gwida tat-test sas-27 ta’ April 1996, filwaqt li jqis dawk ir-rapporti ta’ l-eżamijiet li jagħmlu parti mis-sejbiet riferiti fl-Artikolu 116(3) tar-Regolament Bażiku.

2. L-applikant għal dritt Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta skond l-Artikolu 116(1) jew (2) tar-Regolament Bażiku għandu jipprovdi kopja attestata tas-sejbiet referiti fl-Artikolu 116(3) ta’ dan ir-Regolament sat-30 ta’ Novembru 1995. Din il-kopja għandha tinkludi d-dokumenti rilevanti għall-proċedimenti rigward il-konċessjoni ta’ dritt nazzjonali għal varjetà ta’ pjanta u jkun attestat mill-awtorità li quddiemha jkunu saru l-proċedimenti. Meta ma tiġix ipprovvduta din il-kopja attestata fi żmien xieraq, għandu japplika l-Artikolu 55 tar-Regolament Bażiku.

Artikolu 94

Id-derogi

Minkejja l-Artikolu 27(1) ta’ dan ir-Regolament, l-Uffiċċju jista’ jikkunsidra r-rapporti dwar ir-riżultati ta’ eżami tekniku fuq din il-varjetà għal skopijiet uffiċjali fi Stat Membru sakemm dan l-eżami jkun beda sas-27 ta’ April 1996 għajr jekk tkun ittieħdet deċiżjoni mill-Kunsill Amministrattiv fuq il-linji gwida tat-test interessat qabel din id-data.

Artikolu 95

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 27 għandu japplika sat-30 ta’ Ġunju 1998.

Dan ir-Regolament ġħandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-31 ta’ Mejju 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] OJ Nru L 227, ta’ l-1.9.1994, p. 1.

[2] Ara paġna 31 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[3] ĠU L 117, tat-8.5.1990, p. 15.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

1. Il-kumpens li jrid jitħallasi lix-xhieda u lill-esperti rigward l-ispejjeż tal-vjaġġi u tal-manteniment ipprovvduti fl-Artikolu 62(2) għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

1.1. L-ispejjeż tal-vjaġġi:

Għal vjaġġ lejn il-post u tar-ritorn bejn id-domiċilju jew is-sede u l-post fejn isiru l-proċedimenti orali jew fejn titieħed ix-xiehda:

(a) in-nefqa fuq it-trasport ta’ l-ewwel klassi bil-ferrovija inklużi s-supplimenti normali tat-trasport għandhom jitħallsu meta d-distanza totali bl-iqsar rotta ma taqbiżx it-800 km;

(b) in-nefqa fuq it-trasport bil-klassi turistika bl-ajrui għandha titħallas meta d-distanza bl-iqsar rotta bil-ferrovija taqbeż it-800 km jew meta l-iqsar rotta teħtieġ it-traġitt bil-baħar.

1.2. L-ispejjez tal-manteniment għandhom jitħallsu b’mod egwali għar-rimunerazzjoni ta’ kuljum tal-manteniment ta’ l-uffiċjali fil-gradi minn A4 sa A8 kif stabbilit fl-Artikolu 13 ta’ l-Anness VII mar-Regolamenti għall-Impjegat rigward l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

1.3. Meta jiġu mħarrka xhud jew espert għall-proċedimenti fl-Uffiċċju għandhom jirċievi mat-taħrika ordni għall-vjaġġ li jkun fih id-dettalji ta’ dawk l-ammonti li jridu jitħallsu skond il-1.1 and l-1.2, flimkien ma’ formola tat-talba li tkopri l-ispejjeż bil-quddiem. Qabel ma jista’ jsir ħlas bil-quddiem lil xhud jew lil espert, l-intitolament tagħhom irid jiġi attestat minn membru tal-personal ta’ l-Uffiċċju li jkun ordna li tittieħed ix-xiehda jew, fil-każ ta’ proċedimenti ta’ appell, mill-President responsabbli mill-Bord ta’ l-Appell. Il-formola tat-talba trid għalhekk tiġi rritornata fl-Uffiċċju għall-attestazzjoni.

2. Il-kumpens li jrid jitħallas lix-xhieda rigward it-telf mill-introjtu tagħhomi ipprovvdut fl-Artikolu 62(3) għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

2.1. Jekk xhud ikun meħtieġ li jkun assenti għal perjodu totali taż-żmien ta’ 12-il siegħa jew anqas, il-kumpens għat-telf mill-introdjtu tiegħu għandu jkun egwali għal wieħed minn sittin tas-salarju bażiku ta’ kull xahar ta’ impjegat fl-Uffiċċju fl-iskala l-aktar baxxa tal-grad ta’ A4.

2.2. Jekk xhud ikun meħtieġ li jkun assenti għal perjodu totali taż-żmien ta’ aktar minn 12-il siegħa, għandu jkun intitolat għall-kumpens ikbar egwali għal wieħed minn sittin tas-salarju bażiku riferit fit-2.1 rigward kull perjodu iktar taż-żmien ta’ 12 il-siegħa li jkun inbeda.

3. Id-drittijiet li jridu jitħallsu lill-esperti kif ipprovvdut fl-Artikolu 62(3) għandhom ikunu stabbiliti, każ b’każ, filwaqt li titqies proposta mill-espert interessat. L-Uffiċċju jista jiddeċiedi li jistieden lill-partijiet fil-proċedimenti sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-ammont propost. Id-drittijiet jistgħu jitħallsu lill-espert biss jekk jippreżenta xiehda b’dokumenti ta’ appoġġ li juru li huwa mhux membru fl-impieg ta’ l-Uffiċċju ta’ l-Eżamijiet.

4. Il-ħlasijiet lix-xhieda jew lill-esperti għat-telf fl-introjtu tagħhom jew il-piżijiet skond il-punti 2 u 3 jrdu jsiru wara l-attestat ta’ l-intitolament tax-xhud jew ta’ l-espert interessati mill-membru fl-impieg ta’ l-Uffiċċju li jkun ordna li titteħed ix-xiehda jew, fil-każ tal-proċedimenti ta’ l-appell, mill-President tal-Bordijiet ta’ l-Appelli responsabbli.

5. Ir-rimunerazzjoni ta’ aġent, konsulent jew avukat li jaġixxu bħala rappreżentanti ta’ parti fil-proċedimenti kif ipprovvdut fl-Artikolu 76(3) u (4) (ċ) għandha tinġarr mill-parti l-oħra fil-proċedimenti fuq il-bażi tar-rati massimi li ġejjin:

(a) fil-każ ta’ proċedimenti ta’ appell għajr għat-teħid ta’ xiehda li tinvolvi l-eżami tax-xhieda, l-opinjonijiet mill-esperti jew spezzjon: 500 ECU;

(a) fil-każ tat-teħid ta’ xhieda fi proċedimenti ta’ appell li jinvolvi l-eżami tax-xhieda, l-opinjonijiet mill-esperti jew spezzjon: 250 ECU;

(ċ) fil-każ ta’ proċedimenti għar-revoka jew il-kanċellazjoni ta’ dritt Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta: 250 ECU.

--------------------------------------------------

Top