This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31995R0840
Council Regulation (EC, Euratom, ECSC) No 840/95 of 10 April 1995 amending Regulation (EEC, Euratom, ECSC) No 2290/77 determining the emoluments of the members of the Court of Auditors
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom, KEFA) nr 840/95 ta' l-10 ta' April 1995 li jemenda r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nr 2290/77 li jistabbilixxi l-emolumenti tal-membri tal-Qorti ta' l-Awdituri
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom, KEFA) nr 840/95 ta' l-10 ta' April 1995 li jemenda r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nr 2290/77 li jistabbilixxi l-emolumenti tal-membri tal-Qorti ta' l-Awdituri
ĠU L 85, 19.4.1995, p. 10–10
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 03/03/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0300
Official Journal L 085 , 19/04/1995 P. 0010 - 0010
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom, KEFA) nr 840/95 ta' l-10 ta' April 1995 li jemenda r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nr 2290/77 li jistabbilixxi l-emolumenti tal-membri tal-Qorti ta' l-Awdituri IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 188 b (8) tiegħu, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u partikolarment l-Artikolu 45b (8) tiegħu, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 160b (8) tiegħu, Billi huwa għall-Kunsill li jistabbilixxi s-salarji, l-allowances u l-pensjonijiet tal-President u membri tal-Qorti ta' l-Awdituri; Billi, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Qorti ta' l-Awdituri saret istituzzjoni tal-Komunitajiet Ewropej u għalhekk huwa jidher mixtieq li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nr 2290/77 [1] rigward is-salarji u l-allowances tranżitorji tat-terminazzjoni tas-servizz, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nr 2290/77 huwa b'dan emendat kif ġej: L-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 2 Is-salarju bażiku ta' kull xahar tal-Membri tal-Qorti ta' l-Awdituri għandu jkun daqs l-ammont li jirriżulta minn applikazzjoni ta' dawn il-persentaġġi li ġejjin fuq is-salarju bażiku ta' uffiċjal tal-Komunitajiet Ewropej fuq l-aħħar tarġa ta' Grad A 1: President: 115 %, Membri oħra: 108 %." 2. L-Artikolu 8(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: "1. Għal tliet snin mill-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara dak li fih ma tibqgħax fil-kariga, persuna li kienet membru tal-Qorti ta' l-Awdituri għandha tirċievi allowance tranżitorja kull xahar stabbilita skond il-proċedura li ġejja: - 40 % tas-salarju bażiku li kienet qed tirċievi meta ma baqgħatx fil-kariga jekk il-perjodu tas-servizz tagħha hu inqas minn sentejn, - 45 % ta' l-istess salarju jekk dak il-perjodu huwa iktar minn sentejn imma inqas minn tliet snin, - 50 % ta' l-istess salarju jekk dak il-perjodu huwa iktar minn tliet snin imma inqas minn ħames snin, - 55 % ta' l-istess salarju jekk dak il-perjodu huwa iktar minn ħames snin imma inqas minn 10 snin, - 60 % ta' l-istess salarju jekk dak il-perjodu huwa iktar minn 10 snin imma inqas minn 15-il sena, - 65 % ta' l-istess salarju f'każijiet oħra." Artikolu 2 Pensjonijiet miksuba fid-data tal-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament m'għandhomx jiġu mibdula b'dan ir-Regolament. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jgħodd mill-ewwel data tax-xahar ta' wara l-publikazzjoni tiegħu. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fl-10 ta' April 1995. Għall-Kunsill Il-President A. Juppé [1] ĠU Nr L 268, ta' l-20.10.1977, p. 1. Ir-Regolament kif ġie emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nr 1084/92 (ĠU Nr L 117, ta' l-1.5.1992, p. 1). --------------------------------------------------