Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R0553

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 553/95 tat-13 ta’ Marzu 1995 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3223/94 fuq regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti ta’ importazzjoni għal frott u ħxejjex

    ĠU L 56, 14.3.1995, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R1580

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/553/oj

    31995R0553



    Official Journal L 056 , 14/03/1995 P. 0001 - 0002


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 553/95

    tat-13 ta’ Marzu 1995

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3223/94 fuq regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti ta’ importazzjoni għal frott u ħxejjex

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta’ Mejju 1972 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħxejjex [1], kif emendat bl-Att ta’ Dħul ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja u bir-Regolament (KE) Nru 3290/94 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 23(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3813/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 fuq il-unit of account u r-rati ta’ konverżjoni li għandhom jiġu applikati għall-għan tal-politika agrikola komuni [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 150/95 [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3311/94 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 li jtawwal b’xahar l-applikazzjoni għall-arranġamenti agrimonetarji fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 1994 u li jiffissa r-rati ta’ konverżjoni agrikoli għall-Istati Membri ġodda [5], u b’mod partikolari t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 1 tiegħu,

    Billi huwa meħtieġ li wieħed jispeċifika u jemenda ċerti disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 [6]; billi l-kunċett ta’ "importatur" għandu jingħata definizzjoni fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità [7], kif emendat bl-Att ta’ Dħul ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja; billi l-lista ta’ swieq rappreżentattivi msemmija fl-Artikolu 3 għandha tkun miżjuda;

    Billi l-ammont standard ta’ 5 EKU imsemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huwa muri mingħajr ma jittieħed kont tal-fattur ta’ korrezzjoni ta’ 1,207509 li kien applikat għar-rata ta’ konverżjoni agrikola sal-31 ta’ Jannar 1995; billi d-deroga provduta fir-Regolament (KE) Nru 3311/94 għandha tkun applikata għal dak l-ammont standard mill-1 ta’ Jannar 1995;

    Billi, fl-aħħarnett, huwa meħtieġ li wieħed jipprovdi li ċ-ċifri li fuq il-bażi tagħhom tkun magħmula l-assigurazzjoni għandhom ikunu l-istess bħal dawk murija fir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 b’effett mill-1 ta’ Jannar 1995;

    Billi l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għal Frott u Ħxejjex,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 3223/94 huwa emendat kif ġej:

    1. il-paragrafu li ġej huwa miżjud ma’ l-Artikolu 1:

    "Għall-għan ta’ dan ir-Regolament "importatur"; tfisser min jiddikjara lilu nnifsu skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4 (18) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.’";

    2. fl-Artikolu 3(1), il-ħames u t-tmien

    indents

    huma mibdula b’dan li ġej:

    "—IrRenju ta’ Spanja: | Madrid, Barcellona, Seville, Bilbao, Zaragoza, Valencia, |

    —IrRepubblika Taljana: | Milan, Bolonja;" |

    3. is-subparagrafu li ġej huwa miżjud ma’ l-Artikolu 4(1):

    "Dan l-ammont standard huwa muri mingħajr ma jittieħed kont tal-fattur korrettiv ta’ 1,207509 li kien applikat għar-rata ta’ konverżjoni agrikola sal-31 ta’ Jannar 1995";

    4. fl-Artikolu 5(1)(a), it-tieni subparagrafu huwa mibdul b’dan li ġej:

    "fejn il-prezzijiet imsemmija huma ikbar b’iżjed minn 8 % mill-valur standard applikabbli għall-prodott in kwistjoni fiż-żmien li d-dikjarazzjoni għall-ħruġ fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa tkun magħmula, l-importatur għandu jibgħat l-assigurazzjoni imsemmija fl-Artikolu 248(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Għal dan il-għan, l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni li finalment għandu jitħallas fuq dawn il-prodotti għandu jkun l-ammont ta’ dazju li hu kien iħallas kieku l-prodott imsemmi kien klassifikat fuq il-bażi tal-valur standard konċernat".

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Il-Punti 3 u 4 tal-Artikolu 1 għandhom jidħlu fis-seħħ b’effett mill-1 ta’ Jannar 1995.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-13 ta’ Marzu 1995.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 118, ta’ l-20.5.1972, pġ. 1.

    [2] ĠU L 349, tal-31.12.1994, pġ. 105.

    [3] ĠU L 387, tal-31.12.1992, pġ. 1.

    [4] ĠU L 22, tal-31.1.1995, pġ. 1.

    [5] ĠU L 350, tal-31.12.1994, pġ. 1.

    [6] ĠU L 337, ta’ l-24.12.1994, pġ. 66.

    [7] ĠU L 302, tad-19.10.1992, pġ. 1.

    --------------------------------------------------

    Top