This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31995L0049
Commission Directive 95/49/EC of 26 September 1995 updating the list of entities covered by Directive 91/296/EEC on the transit of natural gas through grids
Id-Direttiva tal-kummissjoni 95/49/KE tas-26 ta’ Settembru 1995 li taġġorna l-lista ta’ entitajiet koperti bid-Direttiva 91/296/KEE dwar it-transitu ta’ gass naturali minn griljiTest b’relevanza għaż-ŻEE
Id-Direttiva tal-kummissjoni 95/49/KE tas-26 ta’ Settembru 1995 li taġġorna l-lista ta’ entitajiet koperti bid-Direttiva 91/296/KEE dwar it-transitu ta’ gass naturali minn griljiTest b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 233, 30.9.1995, pp. 86–87
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2004
Official Journal L 233 , 30/09/1995 P. 0086 - 0087
Id-direttiva tal-kummissjoni 95/49/KE tas-26 ta’ Settembru 1995 li taġġorna l-lista ta’ entitajiet koperti bid-Direttiva 91/296/KEE dwar it-transitu ta’ gass naturali minn grilji (Test b’relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 91/296/KEE tal-31 ta’ Mejju 1991 dwar it-transitu ta’ gass naturali permezz ta’ grilji [1], kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 94/49/KE [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) tagħha, Billi l-grilji ta’ transmissjoni ta’ gass naturali bi pressjoni għolja u l-entitajiet responsabbli għalihom fl-Istati membri koperti bid-Direttiva 91/296/KEE huma elenkati fl-Anness li jinsab ma’ dik id-Direttiva; Billi l-lista g]andha tiġi aġġornata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri konċernati, fejn meħtieġ fi ħdan il-kuntest ta’ l-għanijiet tad-Direttiva 91/296/KEE, u b’mod partikolari waqt li jingħata kont ta’ l-Artikolu 2(1)(a) tagħha; Billi l-evoluzzjoni ta’ l-industriji tal-gass fi Spanja u l-adeżjoni tat-tlett Stati Membri ġodda, l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, iqajmu l-ħtieġa li tiġi aġġornata dik il-lista; Wara konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri konċernati, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Anness li jinsab mad-Direttiva 91/296/KEE huwa sostitwit bl-Anness li jinsab ma’ din id-Direttiva. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel il-31 ta’ Diċembru 1995. Huma għandhom jinfurmaw minnufih b’dan lill-Kummissjoni. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’dik ir-referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kid issir dik ir-referenza għandhom jiġu preskritti mill-Istati Membri. Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Gurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, fis-26 ta’ Settembru 1995. Għall-Kummissjoni Christos Papoutsis Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 147, tat-12.6.1991, p. 37. [2] ĠU L 295, tas-16.11.1994, p. 16. -------------------------------------------------- ANNESS Lista ta' entitajiet u grilji ta' trasmissjoni ta' gass bi pressjoni għolja Stat Membru | Entità | Il-Germanja | Bayerngas GmbH | BEB Erdgas und Erdöl GmbH | Erdgas Verkaufs-Gesellschaft mbH | Gas-Union GmbH | Mobil Erdgas — Erdöl GmbH | Ruhrgas AG | Saar Ferngas AG | Thyssengas GmbH | Vereinigte Elektrizitätswerke Westfalen AG (VEW) | Westfälische Ferngas AG | EWAG, Nürnburg | Gasversorgung Süddeutschland | Schleswag AG | Thüga AG | Verbundnetz Gas AG | Wingas GmbH | Il-Belġju | Distrigaz SA | Id-Danimarka | Dans Naturgas A/S | Spanja | Empresa Nacional de Gas SA (ENAGAS) | Gas Natural SDG, SA | Gas de Euskadi | Il-Greċja | DEPA | Il-Lussemburgu | SOTEG | L-Olanda | NV Nederlandse Gasunie | L-Italja | Snam SpA | Edison Gas SpA | Società Gasdotti del Mezzogiorno SpA | Franza | Gaz de France | SNGSO | Compagnie française du methane (CEFEM) | Ir-Renju Unit | British Gas | L-Irlanda | Irish Gas Board | L-Awstrija | ÖMV AG | L-Isvezja | Vattenfall Naturgas AB | Sydgas AB | Il-Finlandja | Neste Oy | --------------------------------------------------