Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995E0515

    Pożizzjoni komuni ta’ l-20 ta’ novembru 1995 kif deċiża mill-Kunsill fuq il-bażi ta’ l-Artikolu J.2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fuq in-Niġerja

    ĠU L 298, 11.12.1995, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/1998; Imħassar b' 31998E0614

    ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/1995/515/oj

    31995E0515



    Official Journal L 298 , 11/12/1995 P. 0001 - 0002


    Pożizzjoni komuni

    ta’ l-20 ta’ novembru 1995

    kif deċiża mill-Kunsill fuq il-bażi ta’ l-Artikolu J.2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fuq in-Niġerja

    (95/515/CFSP)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu J.2 tiegħu,

    IDDEĊIEDA IL-POŻIZZJONI KOMUNI KIF ĠEJ:

    1. Jikkundanna l-eżekuzzjoni, fl-10 ta’ Novembru, tas-Sur Ken Saro-Wiwa u t-tmienja oħra akkużati miegħu. Din ikkostitwiet nuqqas ċar minn Niġerja milli tirrispetta l-impenn tagħha għad-drittijiet umani, kif joħroġ minn għadd ta’ strumenti internazzjonali li għalihom in-Niġerja hija msieħba fihom.

    2. L-Unjoni Ewropea tikkundanna l-abbużi mid-drittijiet umani mwettqin mir-reġim militari, inkluża l-piena kapitali u sentenzi ħorox ta’ priġunerija, implimentati wara proċess ġudizzjarju karatterizzat minn nuqqasijiet u mingħajr l-għoti tal-possibbiltà ta’ rikors lejn qorti superjuri. F’dan il-kuntest, tesprimi t-taħsib tagħha partikolari dwar id-detenzjoni mingħajr proċess ġudizzjarju ta’ figuri politiċi u s-sospensjoni tal-habeas corpus.

    3. L-Unjoni Ewropea tfakkar it-tħassib serju tagħha dwar l-annullament f’Ġunju ta’ l-1993 ta’ l-elezzjonijiet li kienu kkonsidrati ħielsa u imparzjali u l-istallazzjoni sussegwenti tad-dittatorjat militari ġdid. Tinnota li reġim militari għadu ma weriex b’mod li jikkonvinċi l-intenzjoni tiegħu li jerġa’ lura għal ħakma ċivili demokratika f’perjodu ta’ żmien kredibbli u mgħaġġel u:

    (a) ittenni l-miżuri li ġejjin adottati fl-1993:

    - sospensjoni ta’ koperazzjoni militari,

    - restrizzjonijiet fil-ħruġ ta’ visa għall membri militari jew għall-forzi tas-sigurtà, u l-familji tagħhom,

    - sospensjoni taż-żjajjar ta’ membri tal-militar,

    - restrizzjoni fil-moviment fil-personal tal-missjonijiet diplomatiċi Niġerjani,

    - taħsira tal-korsijiet ta’ taħriġ għal personal militari Niġerjan kollu,

    - sospensjoni taż-żjajjar kollha ta’ livell għoli għan-Niġerja u minnha li ma jkunux indispensabbli;

    (b) tintroduċi l-miżuri addizzjonali li ġejjin:

    (i) restrizzjonijiet fil-ħruġ ta’ visa għall membri tal-Kunsill ta’ Ħakma Proviżorju u tal-Kunsill Esekuttiv Federali u l-familji tagħhom,

    (ii) embargo fuq armi, munizzjon u tagħmir militari [1].

    4. Il-koperazzjoni man-Niġerja għall-iżvilupp huwa sospiż. Eċċezzjonijiet jistgħu jsiru għal proġetti u programmi li jappoġġjaw drittijiet umani u d-demokrazija kif ukoll dawk li jikkonċentraw fuq it-taffija tal-faqar u, partikolarment, il-forniment ta’ ħtiġijiet bażiċi għall-ifqar biċċa tal-popolazzjoni, fil-kuntest ta’ koperazzjoni deċentralizzata permezz ta’ awtoritajiet lokali ċivili u organizzazzjonijiet mhux tal-gvern.

    5. Din il-Pożizzjoni Komuni ser tkun immonitorjata mill-Kunsill, li għalih il-Presidenza u l-Kummissjoni sejrin jirrapportaw regolarment, u jkun rivedut fid-dawl ta’ żviluppi fin-Niġerja. Miżuri oħra qegħdin jiġu assessjati.

    6. Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Novembru 1995.

    7. Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

    Magħmula fi Brussell, fl-20 ta’ Novembru 1995.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Solana

    [1] L-embargo msemmi aktar ’il fuq ikopri armi maħsuba biex joqtlu u l-ammunizzjon tagħhom, pjattaformi għall-armi, pjattaformi li ma jkunux għall-armi u tagħmir anċillarju. L-embargo jkopri wkoll partijiet, tiswija, manutenzjoni u trasferiment ta’ teknoloġija militari. appalti miftehma qabel id-data tal-bidu fis-seħħ ta’ l-embargo m’humiex affettwati minn din il-Pożizzjoni Komuni.

    --------------------------------------------------

    Top