Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995D0483

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 1995 Li tistabbilixxi l-kampjun taċ-ċertifikat għall-kummerċ intra-Komunitarju fl-ova u l-embrijuni tal-majjaliTest b’ rilevanza għall-FEE

    ĠU L 275, 18.11.1995, p. 30–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1995/483/oj

    31995D0483



    Official Journal L 275 , 18/11/1995 P. 0030 - 0031


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tad-9 ta’ Novembru 1995

    Li tistabbilixxi l-kampjun taċ-ċertifikat għall-kummerċ intra-Komunitarju fl-ova u l-embrijuni tal-majjali

    (Test b’ rilevanza għall-FEE)

    (95/483/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tniżżel ir-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ fi u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, sperma, ova u embryos mhux suġġetti għar-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali preskritti f’regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A (I) li jinsab mad-Direttiva 90/425/KEE [1] kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja b’mod partikolari r-raba’ inċiż u t-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 11(3) tagħha,

    Billi d-Direttiva 92/65/KEE tippreskrivi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’l-annimali li jirregolaw il-kummerċ fl-ova u l-embryos tal-majjali;

    Billi l-kampjun taċ-ċertifikat applikabbli għal dak il-kummerċ għandu jiġi determinat;

    Billi l-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

    Artikolu 1

    Ċertifikat tas-saħħa li jikkorrispondi għall-kampjun muri fl-Anness hawn mehmus għandu jakkumpanjna l-ova u l- embryos tal-majjali matul it-trasport lejn Stat Membru ieħor.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill- 1 ta’ Jannar 1996.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fid-9 ta’ Novembru 1995.

    Għall- Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠO L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 54.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top