EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995D0453

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’Ottubru 1995 li tniżżel kondizzjonijiet speċjali g]all-importazzjoni ta’ molluski bivalvi ħajjin, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini li ġejjin mir-Repubblika tal-KoreaTest b’rilevanza għall-Ftehim EE

ĠU L 264, 7.11.1995, p. 35–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2007; Imħassar b' 32006R1664

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1995/453/oj

31995D0453



Official Journal L 264 , 07/11/1995 P. 0035 - 0036


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-23 ta’Ottubru 1995

li tniżżel kondizzjonijiet speċjali g]all-importazzjoni ta’ molluski bivalvi ħajjin, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini li ġejjin mir-Repubblika tal-Korea

(Test b’rilevanza għall-Ftehim EE)

(95/453/KE)

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/492/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tniżżel il-kondizzjonijiet tas-saħħa g]all-produzzjoni u t-tqegħid fuq is-suq ta’ molluski bivalvi ħajjin [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,

Billi l-liġi tar-Repubblika tal-Korea tpoġġi l-"Ministeru ta’ l-Agrikoltura, l-Forestrija u s-Sajd – l-Amministrazzjoni Nazzjonali tas-Sajd – l-Istazzjon Nazzjonali ta’ l-Ispezzjoni tal-Prodotti tal-Ħut (NFPIS)" responsabbli mill-ispezzjoni tas-saħħa ta’ molluski bivalvi ħajjin, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini u għas-sorveljanza tal-kondizzjonijiet iġjeniċi u sanitarji tal-produzzjoni; billi l-istess liġi tag]ti s-setg]a lil NFPIS li tawtoriżża jew tipprojbixxi l-ħsad ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi minn ċerti żoni;

Billi il-NFPIS u l-laboratorji tag]ha huma kapaċi li jivverifikaw effettivament l-applikazzjoni tal-li[ijiet fis-seħħ fir-Repubblika tal-Korea;

Billi l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Korea ntrabtu li jikkomunikaw regolarment u malajr lill-Kummissjoni informazzjoni fuq il-presenza ta’ plankton li fih tossiì fiż-Żoni tal-Ħsad;

Billi l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Korea pprovdew garanziji uffiċjali fir-rigward tal-konformità mal-]ti[iet speċifikati fil-Kapitolu V ta’ l-Anness li jinsab mad-Direttiva 91/492/KEE u mal-]ti[iet ekwivalenti g]al dawk preskritti f’dik id-Direttiva g]all-klassifikazzjoni taż-żoni tal-produzzjoni u li g]andhom x’jaqsmu, approvazzjoni taċ-ċentri li jibg]atu u ta’ purifikazzjoni u kontroll tas-sa]]a pubblika u s-sorveljanza tal-produzzjoni; billi b’mod partikolari kull bidla possibbli fiż-żoni tal-ħsad trid tkun komunikata lill-Komunità;

Billi r-Repubblika tal-Korea hija eliġibbli biex tkun inkluża fil-lista ta’ pajjiżi terzi li j]arsu l-kondizzjonijiet ta’ ekwivalenza msemmija fl-Artikolu 9(3)(a) tad-Direttiva 91/492/KEE;

Billi r-Repubblika tal-Korea tixtieq li tesporta lejn il-Komunità molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini friżati jew proċessati;

Billi, għal dan l-iskop, skond l-Artikolu 9(3)(b) (ii) tad-Direttiva 91/492/KEE, iż-żoni ta’ produzzjoni li minnhom molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini jistgħu jkunu maħsuda u esportati lejn il-Komunità għandhom jkunu msemmija;

Billi l-kondizzjonijiet speċjali ta’ l-importazzjoni jg]oddu ming]ajr pre[udizzju g]ad-deċiżjonijiet me]uda skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 li jikkon’ ernaw il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fuq is-suq ta’ annimali u prodotti mill-akwakultura [2], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja;

Billi l-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-"Ministeru ta’ l-Agrikoltura, il-Forestrija u s-Sajd – l-Amministrazzjoni Nazzjonali tas-Sajd – l-Istazzjon Nazzjonali ta’ l-Ispezzjoni tal-Prodotti tal-Ħut (NFPIS)" g]andha tkun l-awtorità kompetenti fir-Repubblika tal-Korea biex tivverifika u tiċċertifika li molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini ħajjin iħarsu l-ħtiġiet tad-Direttiva 91/492/KEE.

Artikolu 2

Molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini ħajjin li ġejjin mir-Repubblika tal-Korea u maħsuba g]all-konsum tal-bniedem iridu jiġu minn żoni awtoriżżati ta’ produzzjoni elenkati fl-Anness hawn mehmuż.

Artikolu 3

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-23 t’Ottubru 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, pġ. 1.

[2] ĠU L 46, tad-19.2.1991, pġ. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

ŻONI TA’ PRODUZZJONI KONFORMI MAD-DISPOSIZZJONIJIET IMNIŻŻLA FL-ANNESS I, 1 (a) TAD-DIRETTIVA 91/492/KEE

Konfini ġeografiċi | Numru tal-kodiċi |

Hansando Kojeman | 1 |

Charanman Saryangdon | 2 |

Mirukto | 3 |

Kamakman | 4 |

--------------------------------------------------

Top