This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31995D0342
95/342/EC: Commission Decision of 27 July 1995 on treatment of milk and milk-based products for human consumption from third countries or parts of third countries where there is a risk of foot-and-mouth disease
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Lulju 1995 dwar it-trattament tal-ħalib u l-prodotti li l-bażi tagħhom hu l-ħalib għall-konsum tal-bniedem minn pajjiżi mhux membri jew partijiet minn pajjiżi mhux membri fejn hemm ir-riskju tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwieferTest b’rilevanza għaż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Lulju 1995 dwar it-trattament tal-ħalib u l-prodotti li l-bażi tagħhom hu l-ħalib għall-konsum tal-bniedem minn pajjiżi mhux membri jew partijiet minn pajjiżi mhux membri fejn hemm ir-riskju tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwieferTest b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 200, 24.8.1995, p. 50–51
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2004; Imħassar b' 32004D0438
Official Journal L 200 , 24/08/1995 P. 0050 - 0051
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Lulju 1995 dwar it-trattament tal-ħalib u l-prodotti li l-bażi tagħhom hu l-ħalib għall-konsum tal-bniedem minn pajjiżi mhux membri jew partijiet minn pajjiżi mhux membri fejn hemm ir-riskju tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (95/342/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992 li tistabilixxi r-regoli tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ ħalib mhux ipproċessat, ħalib ittrattat bis-sħana u prodotti li l-bażi tagħhom hi l-ħalib [1] skond l-aħħar emendi peremezz ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Fillandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 23(3)(d) tiegħu; Billi l-ħalib u l-prodotti li l-bażi tagħhom hi l-ħalib għall-konsum tal-bniedem li ġejjin minn pajjiżi mhux membri jew partijiet minn pajjiżi mhux membri jistgħu jippreżentaw xi riskju għar-rigward tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer; Billi t-tipi tat-trattament li għandhom ikunu preskritti għall-ħalib u l-prodotti li l-bażi tagħhom hi l-ħalib għall-konsum tal-bniedem minn dawk il-pajjiżi mhux membri jew partijiet minn pajjiżi mhux membri għandhom ikunu stabbiliti; Billi t-tipi tat-trattament għandhom ikunu elenkati fuq iċ-ċertifikati mudell tas-saħħa għall-importazzjonijiet tal-ħalib u l-prodotti li l-bażi tagħhom hi l-ħalib minn pajjiżi mhux membri jew partijiet minn pajjiżi mhux membri fejn ikun hemm xi riskju tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer; Billi t-tipi tat-trattament li għandhom ikunu stabbiliti għandu jkollhom bażi xjentifika tax-xorta kif rakkomandata mill-Kumitat Veterinarju Permanenti u għandhom jieħdu in-kunsiderazzjoni r-rekwiżiti tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika u s-saħħa ta’ l-annimali; Billi l-miżuri stabbilti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-ħalib u l-prodotti li l-bażi tagħhom hi l-ħalib għall-konsum tal-bniedem minn pajjiżi mhux membri jew parti minn pajjiżi mhux membri fejn faqqgħet il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fl-aħħar 12-il xahar jew li għamlu tilqim kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fl-aħħar 12-il xahar għandhom, qabel ma jkunu introdotti fit-territorju tal-Komunità, jiġu suġġetti għal: (a) sterilizzazzjoni tali li jkollha valur Fo ugwali għal jew ogħla minn 3; jew (b) trattament bis-sħana inizjali li jkollu effett għall-inqas daqs dak miksub permezz ta’ pasterizzazzjoni f’temperatura ta’ mill-inqas 72 °C għal mill-inqas 15-il sekonda, sabiex tkun prodotta reazzjoni negattiva għall-phosphatase test, segwit b’dan li ġej: (i) it-tieni trattament bis-sħana li jinvolvi pasterizzazzjoni f’temperatura għolja, UHT jew sterilizazzjoni, sabiex tkun prodotta reazzjoni negattiva għall-peroxidase test; jew (ii) fil-każ ta’ trab tal-ħalib jew prodott li l-bażi tiegħu hu l-ħalib, it-tieni trattament bis-sħana li jkollu l-effett għall-inqas ekwivalenti għal dak milħuq mill-ewwel trattament bis-sħana, sabiex jipproduċi reazzjoni negattiva għall-phosphatase test, segwit bi proċess ta’ tnixxif; jew (iii) proċess ta’ aċidifikazzjoni tali li l-valur pH jiġi mnaqqas u miżmum taħt 6 għal mill-inqas siegħa. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mit-2 ta’ Frar 1996. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmulha fi Brussel, fis-27 ta’ Lulju 1995. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 1. --------------------------------------------------