This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994D0561
94/561/EC: Commission Decision of 27 July 1994 amending Council Decisions 79/542/EEC, 92/260/EEC, 93/195/EEC and 93/197/EEC, with regard to the animal health conditions for importation, temporary admission and re-entry of registered horses from Macau, Malaysia (peninsula) and Singapore
Id-Dećiźjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Lulju 1994 li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 79/542/KEE, 92/260/KEE, 93/195/KEE u 93/197/KEE, rigward il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni, id-dħul temporanju u d-dħul mill-ġdid taż-żwiemel irreġistrati mill-Makaw, il-Malasja (il-peniżola) u Singapore
Id-Dećiźjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Lulju 1994 li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 79/542/KEE, 92/260/KEE, 93/195/KEE u 93/197/KEE, rigward il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni, id-dħul temporanju u d-dħul mill-ġdid taż-żwiemel irreġistrati mill-Makaw, il-Malasja (il-peniżola) u Singapore
ĠU L 214, 19.8.1994, p. 17–18
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0659
Official Journal L 214 , 19/08/1994 P. 0017 - 0018
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 60 P. 0167
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 60 P. 0167
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Lulju 1994 li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 79/542/KEE, 92/260/KEE, 93/195/KEE u 93/197/KEE, rigward il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni, id-dħul temporanju u d-dħul mill-ġdid taż-żwiemel irreġistrati mill-Makaw, il-Malasja (il-peniżola) u Singapor (94/561/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-moviment u l-importazzjonijiet ta' l-ekwidi minn pajjiżi terzi [1], kif emendata bid-Direttiva 92/36/KEE [2], u b' mod partikolari l-Artikoli 12, 13, 15 u 16 u l-punt (ii) ta' l-Artikolu 19 tagħha, Billi bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/452/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/310/KEE [4], ġiet stabbilita lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtoriżżaw l-importazzjonijiet tal-bhejjem ta' l-ifrat, il-ħnieżer, l-ekwidi, in-nagħaġ u l-mogħoż, il-laħam frisk u l-prodotti mil-laħam; Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul temporanju taż-żwiemel irreġistrati, għad-dħul mill-ġdid tagħhom wara l-esportazzjoni temporanja, u l-importazzjonijiet ta' dawn huma stabbiliti rispettivament fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE [5], 93/195/KEE [6], 93/197/KEE [7], kollha kif l-aħħar emendati bid-Deċiżjoni 94/453/KE [8]; Billi, wara missjoni veterinarja Komunitarja għall-Makaw, il-Malasja (il-peniżola) u Singapor jidher illi s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-bhejjem f'dawn il-pajjiżi hija sodisfaċenti rigward il-mard ta' l-ekwidi u kkontrollat mis-servizzi strutturati u organizzati tajjeb; Billi l-Makaw, il-Malasja (il-peniżola) u Singapor ilhom ħielsa mill-mard glanders taż-żwiemel, mill-marda dourine u mill-istomatite vesikulari għal aktar minn sitt xhur, il-marda taż-żwiemel Afrikana u l-enċefalomjelite ta' l-ekwini tal-Veneżwela qatt ma feġġu u mhux ipprattikat it-tilqim kontra dan il-mard; Billi l-awtoritajiet veterinarji responsabbli tal-Makaw, il-Malasja (il-peniżola) u Singapor indaħlu sabiex jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bit-telex, bit-telefax, jew bit-telegramm fi żmien 24 siegħa dwar il-konferma ta' l-okkorrenza ta' kull marda msemmija fl-Anness A mad-Direttiva 90/426/KEE jew l-adozzjoni tal-politika tat-tilqim kontra tagħhom jew il-bidla f'din il-politika u fiż-żmien approprjat tal-bidliet fil-politika ta' l-importazzjoni rigward l-ekwidi; Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja jridu jiġu adottati skond is-sitwazzjoni tal-pajjiżi mhux membri interessati; billi l-każ preżenti għandu x' jaqsam biss maż-żwiemel irreġistrati; Billi d-Deċiżjonijiet 79/542/KEE, 92/260/KEE, 93/195/KEE u 93/197/KEE iridu jiġu emendati kif jixraq; Billi l-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID- DEĊIŻJONI: L-Artikolu 1 Fil-Parti 2, il-kolonna speċjali għall-ekwidi, ta' l-Anness mad-Deċiżjoni 79/542/KEE, jiddaħħlu l-vrus li ġejjin skond l-ordni alfabetiku tal-kodiċi ta' l-ISO: "MO | Il-Makaw | x" | | "MY | Il-Malasja (il-peniżola) | x" | | "SG | Singapor | x" | | L-Artikolu 2 Id-Deċiżjoni 92/260/KEE hija emendata kif ġej: 1. "Il-Makaw", "Il-Malasja (il-peniżola)" u "Singapor" jiġu miżjuda mal-lista tal-pajjiżi terzi fil-Grupp Ċ ta' l-Anness I; 2. Jiġu miżjuda "il-Makaw", "il-Malasja (il-peniżola)" u "Singapor" mal-lista tal-pajjiżi terzi fit-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa ddikjarat fl-Anness II Ċ. Fin-nota fil-qiegħ tal-paġna (6) ta' l-Anness II Ċ, "Hong Kong u l-Ġappun" jiġu mibdula bi "Hong Kong, il-Ġappun, il-Makaw, il-Malasja (il-peniżola) u Singapor"; 3. Jiġu miżjuda "il-Makaw", "il-Malasja (il-peniżola)" u "Singapor" mat-tielet indent tal-punt (d) tal-Kapitolu III ta' l-Annessi II A, B, Ċ, D u E. L-Artikolu 3 Id-Deċiżjoni 93/195/KEE hija emendata kif ġej: 1. Jiżdiedu "il-Makaw", "il-Malasja (il-peniżola)" u "Singapor" mal-lista tal-pajjiżi terzi fil-Grupp Ċ ta' l-Anness I; 2. Jiżdiedu "il-Makaw", "il-Malasja (il-peniżola)" u "Singapor" mal-lista tal-pajjiżi terzi fit-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa ddikjarat fl-Anness II Ċ. L-Artikolu 4 Id-Deċiżjoni 93/197/KEE hija emendata kif ġej: 1. Jiżdiedu "il-Makaw", "il-Malasja (il-peniżola)" u "Singapor" mal-lista tal-pajjiżi terzi fil-Grupp Ċ ta' l-Anness I; 2. Fit-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa ddikjarat fl-Anness II Ċ, "Hong Kong u l-Ġappun" jiġu mibdula bi "Hong Kong, il-Ġappun, il-Makaw, il-Malasja (il-peniżola) u Singapor"; Fin-nota fil-qiegħ tal-paġna (5) ta' l-Anness II Ċ, "Hong Kong u l-Ġappun" jiġu mibdula bi "Hong Kong, il-Ġappun, il-Makaw, il-Malasja (il-peniżola) u Singapor". L-Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Lulju 1994. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] GU L 224, tat-18.8.1990, p. 42. [2] ĠU L 157, tal-10.6.1992, p. 28. [3] ĠU L 146, ta' l-14.6.1979, p. 15. [4] ĠU L 137, ta' l-1.6.1994, p. 72. [5] ĠU L 130, tal-15.5.1992, p. 67. [6] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 1. [7] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 16. [8] ĠU L 187, tat-22.7.1994, p. 11. --------------------------------------------------