Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994D0557

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1994 li tawtorizza l-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika biex jiffirmaw u jikkonkludu l-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej

    ĠU L 212, 17.8.1994, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/557/oj

    Related international agreement

    31994D0557



    Official Journal L 212 , 17/08/1994 P. 0001 - 0002
    Finnish special edition: Chapter 16 Volume 2 P. 0081
    Swedish special edition: Chapter 16 Volume 2 P. 0081


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tas-17 ta' Ġunju 1994

    li tawtorizza l-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika biex jiffirmaw u jikkonkludu l-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej

    (94/557/KE, Euratom)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment Artikolu 235 tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u partikolarment Artikolu 203 tiegħu,

    Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni, [1]

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Billi l-Komunitajiet Ewropej huma interessati li jipprovdu għall-edukazzjoni konġunta tat-tfal tal-persunal tagħhom fl-Iskejjel Ewropej bħala mezz li jiżgura t-tħaddim xieraq tal-istituzzjonijiet tal-Komunità u l-iffaċilitar tat-tlestija tal-impenji tagħhom; billi għal dak il-għan, fit-12 ta' April 1957 l-Istati Membri oriġinali ffirmaw il-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej;

    Billi, fil-31 ta' Mejju 1990, il-Kunsill u l-Ministru ta' l-Edukazzjoni, fil-laqgħa tal-Kunsill, għamlu sejħa biex titfassal Konvenzjoni ġdida dwar l-Iskejjel Ewropej biex tagħti effiċjenza akbar għall-ħidma ta' l-Iskejjel u rikonoxximent akbar għar-rwol fihom mill-Komunità;

    Billi l-partiċipazzjoni tal-Komunitajiet fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni msemmija hija meħtieġa biex tiżgura li jintlaħqu l-għanijiet tal-Komunità Ewropea u tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika;

    Billi l-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika ser jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni billi jeżerċitaw is-setgħat li joħorġu mir-regoli provduti fil-Konvenzjoni u b'dawk l-atti futuri li jistgħu jadottaw skond it-termini tal-Konvenzjoni;

    Billi huwa għalhekk meħtieġ għall-Komunitajiet Ewropej li jikkonkludu l-Konvenzjoni msemmija;

    Billi l-uniċi setgħat ta' azzjoni disponibbli għall-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni huma dawk provduti f'Artikolu 235 tat-Trattat, li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u Artikolu 203 tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

    IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.

    It-test tal-Konvenzjoni huwa mehmuż hawnhekk.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar persuna jew persuni awtorizzati li jiffirmaw il-Konvenzjoni, bl-effett li jorbtu l-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u li jinnominaw il-persuna awtorizzata li tiddepożita l-istrument ta' approvazzjoni skond Artikolu 33 tal-Konvenzjoni.

    Magħmula fil-Lussemburgu, fis-17 ta' Ġunju 1994.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Th. Mikroutsikos

    [1] ĠU Nru Ċ 93, tat- 2.4.1993, p. 1.

    [2] ĠU Nru Ċ 128, tad- 9.5.1994.

    --------------------------------------------------

    Top