Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994D0325

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Mejju 1994 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd u ta' akkwakultura li joriġinaw mit-Tajlandja

ĠU L 145, 10.6.1994, p. 30–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2007; Imħassar b' 32006R1664

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/325/oj

31994D0325



Official Journal L 145 , 10/06/1994 P. 0030 - 0036
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 58 P. 0036
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 58 P. 0036


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-19 ta' Mejju 1994 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw

importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd u ta' akkwakultura li joriġinaw mit-Tajlandja

(94/325/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbillixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta' saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tagħha,

Billi espert tal-Kummissjoni żar it-Tajlandja sabiex jagħmel spezzjoni u jivverifika l-kondizzjonijiet li taħthom jiġu prodotti, maħżuna u mibgħuta prodotti tas-sajd lill-Komunità;

Billi d-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni Tajlandiża dwar spezzjoni ta' saħħa u sorveljanza fuq prodotti tas-sajd jistgħu jitqiesu ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 91/493/KEE;

Billi l-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Koperattivi, Dipartiment tas-Sajd, l-awtorità kompetenti Tajlandiża, u d-Diviżjoni ta' Spezzjonar tal-Ħut u Kontroll tal-Kwalità, id-dipartiment ta' spezzjoni tiegħu, huma kapaċi jivverifikaw b'mod effettiv l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ;

Billi l-proċedura sabiex jinkiseb iċ-ċertifikat ta' saħħa msemmi fl-Artikolu 11(4)(a) tad-Direttiva 91/493/KEE għandha tkopri wkoll id-definizzjoni ta' ċertifikat mudell, il-ħtiġijiet minimi dwar il-lingwa/i li fiha jrid jiġi abbozzat u l-kwalifiki tal-persuna awtorizzata li tiffirmah;

Billi, skond l-Artikolu 11(4)(b) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandha titwaħħal marka fuq pakketti ta' prodotti tas-sajd li tagħti l-isem tal-pajjiż terz u n-numru ta' approvazzjoni ta' l-istabbiliment ta' oriġini;

Billi, skond l-Artikolu 11(4)(ċ) tad-Direttiva 91/493/KEE, trid titħejja lista ta' stabbilimenti approvati; filwaqt li dik il-lista għandha titħejja fuq il-bażi ta' komunikazzjoni mill-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Koperattivi, id-Dipartiment tas-Sajd, lill-Kummissjoni; billi huwa għalhekk il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Kooperattivi, Dipartiment tas-Sajd, li jrid jiżgura konformità mad-disposizzjonijiet stabbiliti għal dak il-għan fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 91/493/KEE;

Billi l-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Koperattivi, Dipartiment tas-Sajd, ipprovda assigurazzjonijiet uffiċjali dwar konformità mar-regoli stabbiliti f'Kapitolu V ta' l-Anness għad-Direttiva 91/493/KEE u dwar l-adeżjoni tal-ħtiġijiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti minn dik id-Direttiva għall-approvazzjoni ta' l-istabbilimenti;

Billi l-miżuri provvduti għalihom f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Koperattivi, Dipartiment tas-Sajd (Diviżjoni ta' Spezzjonar tal-Ħut u Kontroll tal-Kwalità), għandu jkun l-awtorità kompetenti fit-Tajlandja għall-verifikazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-konformità ta' prodotti tas-sajd u akkwakultura mal-ħtiġijiet tad-Direttiva 91/493/KEE.

Artikolu 2

Prodotti tas-sajd u akkwakultura li joriġinaw mit-Tajlandja, iridu jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. kull kunsinna għandha tkun akkompanjata b'ċertifikat tas-saħħa oriġinali nnumerat, mimli kif dovut, iffirmat, datat u li jkun jinkludi folja waħda skond il-mudell fl-Anness A ma' din;

2. il-prodotti jridu jaslu mingħand stabbilimenti approvati mniżżla fl-Anness B ta' din;

3. minbarra fil-każ ta' prodotti ta' sajd iffriżati bl-ingrossa u maħsuba għall-manufattura ta' ikel ippriservat, il-pakketti kollha għandhom juru l-kelma "Tajland" u n-numru ta' approvazzjoni ta' l-istabbiliment ta' oriġini f'ittri li ma jitħasrux.

Artikolu 3

1. Iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 2(1) għandu jiġi magħmul mill-inqas f'lingwa uffiċjali waħda ta' l-Istat Membru fejn isiru l-kontrolli.

2. Iċ-ċertifikat għandu juri l-isem, il-kapaċità u firma tar-rappreżentant tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Koperattivi, Dipartiment tas-Sajd, u t-timbru uffiċjali ta' dan ta' l-aħħar b'kulur differenti minn dak ta' awtorizazzjonijiet oħra.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Awissu 1994.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Mejju 1994.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, pġ. 15.

--------------------------------------------------

ANNESS A

HEALTH CERTIFICATE

for fishery and aquaculture products originating in Thailand and intended for export to the European Community

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS B

LISTA TA' STABBILIMENTI APPROVATI

Nru ta' approvazzjoni | Ditta | Indirizz | Approvazzjoni mogħtija sa |

1001 | A & N Foods Co., Ltd | Samutsakorn | Bla limitu |

1002 | Aquastar Foods Ltd | Songkhla | Bla limitu |

1003 | Klang Co., Ltd | Rayong | Bla limitu |

1004 | Lucky Union Foods Co., Ltd | Samutsakorn | Bla limitu |

1005 | N & N Foods Co., Ltd | Samutsakorn | Bla limitu |

1006 | Seafoods Enterprise Co., Ltd | Samutsakorn | Bla limitu |

1007 | Siam Ocean Frozen Foods Co., Ltd | Samutsakorn | Bla limitu |

1008 | Surapon Nichirei Foods Co., Ltd | Samutprakarn | Bla limitu |

1009 | Surapon Seafoods Public Co., Ltd | Samutprakarn | Bla limitu |

1010 | Surat Seafoods Co., Ltd | Suratthani | Bla limitu |

1011 | The Thai Fisheries Co., Ltd | Samutsakorn | Bla limitu |

1012 | The Thai Fisheries Cooperation Co., Ltd | Songkhla | Bla limitu |

1013 | Anglo-Siam Seafoods Ltd | Samutprakarn | Bla limitu |

1014 | I.C.C. Cosmos Co., Ltd | Samutsakorn | Bla limitu |

1015 | Kiang Huat Sea Gull Trading Frozen Food Co., Ltd | Songkhla | Bla limitu |

1016 | Narong Seafood Co., Ltd (Samutsakorn Branch) | Samutsakorn | Bla limitu |

1017 | Okeanos Co., Ltd | Samutsakorn | Bla limitu |

1018 | Overseas Marine & Cold Storage Co., Ltd | Chana, Songkhla | Bla limitu |

1019 | Premier Frozen Products Co., Ltd | Samutprakarn | Bla limitu |

1020 | Seafresh Industry Public Co., Ltd | Chumporn | Bla limitu |

1021 | STC Foodpak Ltd | Chonburi | Bla limitu |

1022 | Siam Tin Food Product Co., Ltd | Satun | Bla limitu |

1023 | Thai Luxe Enterprise Co., Ltd | Samutsongkram | Bla limitu |

1024 | Thai Prawn Culture Center Co., Ltd | Songkhla | Bla limitu |

1025 | Thai Union Frozen Products Co., Ltd | Samutsakorn | Bla limitu |

1026 | A.P. Frozen Foods Co., Ltd | Samutsakorn | Bla limitu |

1027 | Bright Sea Co., Ltd | Samutsakorn | Bla limitu |

1028 | Chaivaree Marine Products Co., Ltd | Samutsakorn | Bla limitu |

1029 | Co-op Foods (Thailand) Ltd | Samutprakarn | Bla limitu |

1030 | Far East Cold Storage Co., Ltd | Samutprakarn | Bla limitu |

1031 | FriOnor. (Thailand) Ltd | Bangkok | Bla limitu |

1032 | Kantang Cold Storage Industry Co., Ltd | Trang | Bla limitu |

1033 | Kantang Seafood Co., Ltd | Trang | Bla limitu |

1034 | Kingfisher Holdings Ltd | Samutsakorn | 31 ta' Mejju, 1995 |

1035 | Kingfisher Holdings Ltd (Songkhla Branch) | Songkhla | Bla limitu |

1036 | May Ao Co., Ltd | Bangkok | Bla limitu |

1037 | Narong Seafood Co., Ltd (Songkhla Branch) | Songkhla | Bla limitu |

1038 | Ongkorn Cold Storage Co., Ltd | Samutsakorn | Bla limitu |

1039 | Pakpanang Coldstorage Co., Ltd | Nakornsrithamarat | Bla limitu |

1040 | Queen Marine Food Co., Ltd | Samutsakorn | Bla limitu |

1041 | Sam D Farm Co., Ltd | Chumphon | Bla limitu |

1042 | S. Chaivaree Cold Storage Co., Ltd | Samutsakorn | Bla limitu |

1043 | Seafood City Co., Ltd | Nakornsrithamarat | Bla limitu |

1044 | Sea Horse Public Co., Ltd | Songkhla | Bla limitu |

1045 | Sea Horse Public Co., Ltd Donsak Branch | Suratthani | Bla limitu |

1046 | Sea Horse Public Co., Ltd Krabi Branch | Krabi | Bla limitu |

1047 | Sea Horse (Suratthani) Trading Co., Ltd | Suratthani | Bla limitu |

1048 | Shianlin Bangkok Co., Ltd | Samutsakorn | Bla limitu |

1049 | Siamchai International Food Co., Ltd | Ranong | Bla limitu |

1050 | S.K. Foods Co., Ltd | Samutsakorn | Bla limitu |

1051 | Spi Canning Co., Ltd | Samutprakarn | Bla limitu |

1052 | Star Frozen Foods Co., Ltd | Samutsakorn | 31 ta' Mejju, 1995 |

1053 | Takzin Samut Co., Ltd | Songkhla | Bla limitu |

1054 | Tep Kinsho Foods Co., Ltd | Samutsakorn | Bla limitu |

1055 | Teppitak Seafoods Co., Ltd | Pattanee | Bla limitu |

1056 | Tey Seng Cold Storage Co., Ltd | Samutsakorn | 31 ta' Mejju, 1995 |

1057 | Thai International Seafoods Co., Ltd | Songkhla | Bla limitu |

1058 | Thailand Fishery Cold Storage Co., Ltd | Samutprakarn | Bla limitu |

1059 | Trang Seafood Products Co., Ltd | Trang | Bla limitu |

1060 | Transamut Food Co., Ltd | Samutsakorn | Bla limitu |

1061 | Tropical Seafood Products Co., Ltd | Songkhla | Bla limitu |

1062 | Transiam Food Co., Ltd | Samutsakorn | Bla limitu |

1063 | The Union Frozen Products Co., Ltd | Samutsakorn | 31 ta' Mejju, 1995 |

1064 | V.I. International Co., Ltd | Ranong | Bla limitu |

1065 | Yeenin Frozen Products Co., Ltd | Rayong | Bla limitu |

1066 | Apitoon Enterprise Industry Co., Ltd | Samutsakorn | 31 ta' Mejju, 1995 |

1067 | B.S. Manufacturing Co., Ltd | Bangkok | Bla limitu |

1068 | Chao Phraya Coldstorage Co., Ltd | Bangkok | Bla limitu |

1069 | Man A. Frozen Foods Co., Ltd | Songkhla | 31 ta' Mejju, 1995 |

1070 | Pacific Fish Processing Co., Ltd | Songkhla | 31 ta' Mejju, 1995 |

1071 | Southern Marine Products Co., Ltd | Songkhla | Bla limitu |

1072 | Thavee Seafood Co., Ltd | Samutsakorn | Bla limitu |

1073 | Thai Agri Foods Co., Ltd | Samutprakarn | 31 ta' Mejju, 1995 |

1074 | Thai Royal Frozen Food Co., Ltd | Samutsakorn | 31 ta' Mejju, 1995 |

1075 | Unicord Public Co., Ltd | Samutsakorn | 31 ta' Mejju, 1995 |

1076 | United Cold Storage Co., Ltd | Samutprakarn | 31 ta' Mejju, 1995 |

1077 | Patarat Tanakorn Co., Ltd | Ratchburi | Bla limitu |

1078 | Pacific Kaneka Foods Co., Ltd | Songkhla | Bla limitu |

1079 | Sethachon Co., Ltd | Samutprakarn | Bla limitu |

1080 | Pacific A.C. Foods Co., Ltd | Samutsakorn | Bla limitu |

1081 | Sakorn Fishery Co., Ltd | Samutsakorn | Bla limitu |

1082 | King Cold Storage Industry Co., Ltd | Songkhla | Bla limitu |

1083 | Aksara Foods Co., Ltd | Samutsakorn | Bla limitu |

1084 | Asian Seafoods Coldstorage Public Co., Ltd | Samutsakorn | Bla limitu |

1085 | Andaman Seafood Co., Ltd | Ranong | Bla limitu |

1086 | T.S. Processing Co., Ltd | Samutsakorn | Bla limitu |

1087 | Thai Excel Foods Co., Ltd | Samutprakarn | Bla limitu |

1088 | Thai Seri Universal Co., Ltd | Samutprakarn | 31 ta' Mejju, 1995 |

2001 | ISA (International Seafood Associates) Co., Ltd | Nakornprathom | Bla limitu |

2002 | Pataya Food Industries Ltd | Samutsakorn | Bla limitu |

2003 | Southeast Asian Packaging And Canning Ltd | Samutprakarn | Bla limitu |

2004 | Chotiwat Manufacturing Co., Ltd | Songkhla | Bla limitu |

2005 | Thai Union Manufacturing Co., Ltd | Samutsakorn | Bla limitu |

2006 | Continental Pacific (1979) Ltd | Pattani | Bla limitu |

2007 | Pan Asia (1981) Co., Ltd | Suratthani | Bla limitu |

2008 | R.S. Cannery Co., Ltd | Samutprakarn | Bla limitu |

2009 | Sea Horse Public Co., Ltd (Cannery) | Songkhla | 31 ta' Mejju, 1995 |

2010 | S.K. Foods Co., Ltd (Cannery) | Samutsakorn | Bla limitu |

2011 | Narong Canning Co., Ltd | Bangkok | Bla limitu |

2012 | Tropical Canning (Thailand) Co., Ltd | Songkhla | Bla limitu |

2013 | Songkla Canning Public Co., Ltd | Songkhla | Bla limitu |

2014 | Spi Canning Co., Ltd (Cannery) | Samutprakarn | Bla limitu |

2015 | Thai Agri Foods Co., Ltd (Cannery) | Samutprakarn | 31 ta' Mejju, 1995 |

2016 | Surat Canning Co., Ltd | Suratthani | Bla limitu |

2017 | Royal Canning Co., Ltd | Songkhla | 31 ta' Mejju, 1995 |

2018 | Siam Tin Food Product Co., Ltd (Cannery) | Satun | Bla limitu |

2019 | Premier Canning Industry Co., Ltd | Samutprakarn | 31 ta' Mejju, 1995 |

2020 | Pattani Food Industries Co., Ltd | Pattani | Bla limitu |

2021 | Poosin Thang Nguan Hah Co., Ltd | Samutsakorn | 31 ta' Mejju, 1995 |

2022 | B & M Products Co., Ltd | Samutsakorn | 31 ta' Mejju, 1995 |

2023 | Chin Huay Co., Ltd | Samutsakorn | 31 ta' Mejju, 1995 |

2024 | Eastern Packer (AK) Co., Ltd | Trad | 31 ta' Mejju, 1995 |

2025 | Nimit Intermark Co., Ltd | Samutprakarn | 31 ta' Mejju, 1995 |

2026 | On-Green Produces Co., Ltd | Samutsakorn | 31 ta' Mejju, 1995 |

2027 | Unicord Public Co., Ltd (Cannery) | Samutsakorn | Bla limitu |

--------------------------------------------------

Top