EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994D0110

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni tad-Dwana fuq l-Importazzjoni Temporanja ta' Vetturi Privati tat-Triq (1954) u l-aċċettazzjoni tar-riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tat-2 ta' Lulju tal-1993 dwar l-applikabilità ta' carnets de passage en douane u carnets CPD għal vetturi privati tat-triq

ĠU L 56, 26.2.1994, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/110/oj

Related international agreement
Related international agreement

31994D0110



Official Journal L 056 , 26/02/1994 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 11 P. 0043
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 11 P. 0043


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-16 ta' Diċembru 1993

dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni tad-Dwana fuq l-Importazzjoni Temporanja ta' Vetturi Privati tat-Triq (1954) u l-aċċettazzjoni tar-riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tat-2 ta' Lulju tal-1993 dwar l-applikabilità ta' carnets de passage en douane u carnets CPD għal vetturi privati tat-triq

(94/110/KE)

IL-KUNSILL TA'L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu, flimkien ma'l-Artikolu 228(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Konvenzjoni tad-Dwana fuq l-Importazzjoni Temporanja ta' Vetturi Privati tat-Triq, miftiehma taħt l-awspiċi ta'l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti u ffirmata fi New York fl-4 ta' Ġunju 1954, tkopri l-kondizzjonijiet u l-proċeduri ta'l-importazzjoni temporanja għal vetturi privati tat-triq fit-territorji tad-dwana tal-Komunità u f'pajjiżi terzi u hija ftehim doganali li jista' jgħin il-kummerċ internazzjonali;

Billi, skond l-Artikolu 34 (1bis), il-Konvenzjoni hija miftuħa għall-adeżjoni minn organizzazzjonijiet ta'l-integrazzjoni reġjonali u ekonomika;

Billi, barra minn dan, l-Istati Membri kollha tal-Komunità ħlief il-Greċja huma Partijiet Kontraenti fil-Konvenzjoni;

Billi, biex il-Komunità ssir Parti Kontraenti, din għandha tiddepożita dokument ta'l-adeżjoni għand is-Segretarju Ġenerali ta'l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti;

Billi d-dispożizzjonijiet Komunitarji kurrenti fuq l-importazzjoni temporanja ta' vetturi tat-triq għall-użu privat jaqblu ma' dawk tal-Konvenzjoni u għalhekk m'hemmx bżonn li jidħlu ebda riservi dwar il-Konvenzjoni;

Billi huwa approprjat li l-Konvenzjoni tiġi approvata;

Billi, ikun xieraq li tiġi aċċettata fl-istess waqt ir-riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tat-2 ta' Lulju 1993 fuq l-applikabilità ta' carnets de passage en douane u carnets CPD għal vetturi privati tat-triq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Il-Konvenzjoni tad-Dwana dwar l-Importazzjoni Temporanja ta' Vetturi Privati tat-triq hija b'hekk approvata għan-nom tal-Komunità.

It-test tal-Konvenzjoni jidher fl-Anness I.

2. Ir-riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tat-2 ta' Lulju 1993 dwar l-applikabilità ta'

carnets de passage en douane

u carnets CPD għal vetturi privati tat-triq hija b'hekk aċċettata mill-Komunità, bla

ħsara għall-kundizzjonijiet spjegati fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1. Il-President tal-Kunsill huwa b'hekk awtorizzat li jinnomina l-persuna li għandha s-setgħa tiddepożita d-dokument ta' l-adeżjoni mal-Konvenzjoni għan-nom tal-Komunità.

2. Il-persuna hekk nominata għandha tavża lis-Segretarju Ġenerali ta'l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti bl-aċċettazzjoni tar-riżoluzzjoni.

3. Il-Kummissjoni hija b'hekk awtorizzata li tibgħat lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 34(lbis) tal-Konvenzjoni, wara li tikkonsulta lill-Istati Membri u tiddepożita d-dokument ta' l-adeżjoni msemmi fil-paragrafu 1.

Meħuda fi Brussel, 16 ta' Diċembru 1993.

Għall-Kunsill

Il-President

R. Urbain

--------------------------------------------------

Top