Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R3089

    Ir-Regolament tal-Kunsill (ΚEE) Nru 3089/93 tad-29 ta' Ottubru 1993 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2299/89 dwar kodiċi ta' kondotta għal sistemi ta' riservazzjoni kompjuterizzata

    ĠU L 278, 11.11.1993, p. 1–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/03/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0080

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/3089/oj

    31993R3089



    Official Journal L 278 , 11/11/1993 P. 0001 - 0009
    Finnish special edition: Chapter 7 Volume 5 P. 0012
    Swedish special edition: Chapter 7 Volume 5 P. 0012


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3089/93

    tad-29 ta' Ottubru 1993

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2299/89 dwar kodiċi ta' kondotta għal sistemi ta' riservazzjoni kompjuterizzata

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b' mod partikolari l-Artikolu 84(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 2299/89 [4] jikkostitwixxi passi sinifikanti lejn biex ikun hemm kompetizzjoni mhux distorta bejn trasportaturi bl-ajru u bejn sistemi ta' riservazzjoni kompjuterizzata, biex b' hekk jiġu mħarsa l-interessi tal-konsumaturi;

    Billi hu meħtieġ li jiġi estiż l-għan tar-Regolament (KEE) Nru 2299/89 u biex jiġu kkjarifikati d-dispożizzjonijiet tiegħu u hu xieraq li jittieħdu dawn il-miżuri fil-livell tal-Komunità biex jiġi assigurat li l-obbjettivi tar-Regolament jintlaħqu fl-Istati Membri kollha;

    Billi dan ir-Regolament hu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat;

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 83/91 [5] jeżenta ftehim għall-iżvilupp ta' bejgħ komuni u operazzjoni ta' sistemi ta' riservazzjonijiet kompjuterizzati mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 85(1) tat-Trattat;

    Billi s-servizzi ta' l-ajru mhux skedati huma ta' importanza prinċipali fit-territorju tal-Komunità;

    Billi l-massa ta' dawn il-vjaġġi huma ġiti organizzati jew prodotti miġbura flimkien, bit-trasport ta' l-ajru jifformaw biss element wieħed tal-prodott kollu;

    Billi, fil-prinċipju, ”is-siġġu biss” jew prodotti mhux miġbura flimkien f' servizzi ta' l-ajru mhux skedati jikkompetu direttament ma' prodotti ta' trasport bl-ajru offruti fis-servizzi skedati;

    Billi hu mixtieq li prodotti simili jiġu ttrattati ugwalment u biex tiġi assigurata kompetizzjoni ġusta bejn żewġ tipi ta' prodotti ta' trasport bl-ajru u t-tqassim newtrali ta' l-informazzjoni lejn il-konsumatur;

    Billi hu xieraq li jiġu ttrattati l-materji kollha ta' użu ta' sistemi ta' riservazzjonijiet kompjuterizzati għat-tipi kollha ta' prodotti ta' trasport bl-ajru fl-istess Regolament tal-Kunsill;

    Billi konsumaturi li jfittxu prodotti differenti għandhom jingħataw il-possibbiltà li jitolbu wirjiet għal titjiriet skedati biss jew mhux skedati;

    Billi hu mixtieq li jiġi kkjarifikat li r-Regolament (KEE) Nru 2299/89 għandu japplika għas-sistemi ta' riservazzjonijiet kompjuterizzati offruti lill- u/jew lill-konsumaturi finali kollha, kemm jekk dawn ikunu membri individwali tal-pubbliku jew utenti inkorporati;

    Billi trasportaturi bl-ajru li jużaw sistema ta' riservazzjoni kompjuterizzata fl-uffiċċini tagħhom jew għal bejgħ dirett immarkati kjarament m' għandhomx ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-wirja prinċipali;

    Billi distinzjoni ċara bejn kuntratt għal parteċipazzjoni fi jew biex tiġi mħollija sistema u forniment ta' l-apparat tekniku nnifsu hu xieraq, li dan ta' l-aħħar ikun suġġett għal-liġi kuntrattwali normali, b' hekk jippermettu sistema li fiħa l-bejjiegħ jitlob l-ispejjeż diretti tiegħu fil-każ ta' terminazzjoni ta' parteċipazzjoni jew ta' kuntratt ta' abbonament skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;

    Billi ċ-ċaħda minn dawk l-ewlenija li jġorru biex jipprovdu l-istess informazzjoni dwar skedi, tariffi u disponibbiltà għal sistemi minbarra dawk tagħhom u biex jaċċettaw riservazzjonijiet magħmula b' dawk is-sistemi jista' jiddistorta serjament il-kompetizzjoni bejn sistemi ta' riservazzjonijiet kompjuterizzati;

    Billi n-newtralità kompetittiva ta' sistemi ta' riservazzonijiet kompjuterizzati għal trasportaturi bl-ajru għandha tkun assigurata fir-rigward ta' funzjonament egwali u sigurtà ta' informazzjoni, b' mod partikolari permezz ta' aċċess ugwali għal funzjonijiet, informazzjoni/data u interfaces u separazzjoni ċara bejn faċilitajiet privati ta' linji ta' l-ajru u faċilitajiet ta' distribuzzjoni;

    Billi parità kompetittiva titjieb billi tiġi assigurata l-identità legali separata ta' sistemi ta' riservazzjonijiet kompjuterizzati;

    Billi it-trasportatur ewlieni jista' jgawdi vantaġġi inġusti li jirriżultaw mill-kontroll li jkollu fuq is-sistema tiegħu ta' riservazzjonijiet kompjuterizzata fil-kompetizzjoni bejn trasportaturi bl-ajru; billi, għalhekk, ugwaljanza sħiħa ta' trattament ta' trasportaturi kemm ewlenin u ukoll parteċipanti hija meħtieġa sal-limitu li t-trasportatur ewlieni juża l-faċilitajiet tas-sistema tiegħu li huma koperti b' dan ir-Regolament;

    Billi hu mixtieq fl-interess tal-konsumatur li l-wirjiet prinċipali ikunu pprovduta għal kull transazzjoni mitluba minn konsumatur;

    Billi hu mixtieq li kummerċ dettaljat, informazzjoni dwar riservazzjonijiet u bejgħ għandhom ikunu disponibbli lejn il-parteċipanti li jġorru fuq bażi mhux diskriminatorja u bl-istess prontezza; billi identifikazzjoni jew informazzjoni personali dwar passiġġier jew utent inkorporat għandha tibqa' privata; billi, għalhekk, sistema ta' bejgħ għandha tassigura mezzi tekniċi u salvagwardi xierqa, għall-inqas dwar software, sabiex ma jseħħ l-ebda aċċess mhux awtorizzat;

    Billi informazzjoni dwar il-fattura għandha tkun iddettaljata biżżejjed biex tippermetti lil trasportaturi parteċipanti u lill-abbonati li jikkontrollaw l-ispejjeż tagħhom; billi, sabiex jiġi ffaċilitat dak il-kontroll, dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq media manjetika;

    Billi hu mixtieq fl-interess tal-konsumatur li jiġi ċċarat li l-ebda titjira jew taħlita ta' titjiriet m' għandha tiġi murija aktar minn darba fil-wirji prinċipali, minbarra fejn, f' joint venture jew arranġament ieħor, kull operant li jġorr jassumi responsabbiltà separata għall-offerta u l-bejgħ ta' prodotti ta' trasport bl-ajru dwar it-titjiriet ikkonċernati;

    Billi l-bejjiegħ tas-sistemi għandu jassigura li l-prinċipji ta' konformità teknika mad-dispożizzjonijiet dwar funzjonalità ugwali u sigurtà ta' l-informazzjoni jkunu ssorveljati minn awditur indipendenti,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2299/89 hu b' dan emendat kif ġej:

    1. L-Artikoli 1, 2 u 3 huma mibdula b' dawn li ġejjin:

    "L-Artikolu 1

    Dan ir-Regolament japplika għal sistemi ta' riservazzjonijiet kompjuterizzati sakemm dawn jinkludu prodotti ta' trasport bl-ajru, meta offruti għal użu u/jew użati fit-territorju tal-Komunità, irrispettivament:

    - mill-istatus jew nazzjonalità tal-bejjiegħ tas-sistema,

    - mis-sors ta' l-informazzjoni użata jew il-lokalità ta' l-unità ċentrali ta' l-iproċesssar tad-data relevanti,

    - mil-lokalità ġeografika ta' l-ajruporti li bejniethom isir trasport bl-ajru.

    L-Artikolu 2

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

    (a) "prodott tat-trasport bl-ajru mhux miġbur" tfisser it-trasport bl-ajru ta' passiġġier bejn żewġ ajruporti, inklużi kull servizzi anċillari relatati u benefiċċji addizzjonali offruti għall-bejgħ u/jew mibjugħa bħala parti integrali minn dak il-prodott;

    (b) "prodotti tat-trasport bl-ajru miġbura flimkien" tfisser taħlita imħejjija bil-quddiem ta' prodott tat-trasport bl-ajru mhux miġmugħ ma' servizzi oħra mhux anċillari għal trasport bl-ajru, offruti għall-bejgħ u/jew mibjugħa bi prezz inklużiv;

    (ċ) "prodott ta' trasport bl-ajru" tfisser kemm prodott tat-trasport bl-ajru mhux miġbur u wkoll miġbur;

    (d) "servizz skedat bl-ajru" tfisser serje ta' titjiriet li kollha jkollhom il-karatteristiċi li ġejjin;

    - magħmula minn ajruplan għat-trasport tal-passiġġieri jew tal-passiġġieri u l-merkanzija u/jew il-posta bi ħlas, b' tali manjiera li għal kull titjira l-postijiet ikunu disponibbli fuq kull titjira kemm għal xiri individwali minn konsumaturi jew direttament mingħand trasportatur bl-ajru jew mill-aġenti awtorizzati tiegħu),

    - operati biex iservu traffiku bejn l-istess tnejn jew aktar punti, jew;

    1. skond skeda tal-ħin pubblikat: jew

    2. permezz ta' titjiriet li jkunu hekk regolari jew frekwenti li jikkostitwixxu serje sistematika li tkun rikonoxxibbli;

    (e) "tariffa" tfisser il-prezz li għandu jitħallas għal prodotti mhux miġbura tat-trasport bl-ajru u l-kundizzjonijiet li għalihom japplika l-prezz;

    (f) "sistema ta' riservazzjoni kompjuterizzata" (CRS) tfisser sistema kompjuterizzata li jkollha informazzjoni dwar, inter alia,

    - skedi,

    - disponibblità,

    - tariffi, u

    - servizzi relatati

    tat- trasportaturi bl-ajru

    bi jew mingħajr faċilitajiet li permezz tagħhom:

    - jistgħu isiru riservazzjonijiet, jew

    - jistgħu jinħarġu biljetti,

    sal-limitu li uħud jew dawn is-servizzi kollha jkunu magħmula disponibbli lill-abbonati;

    (g) "faċilitajiet ta' distribuzzjoni" tfisser faċilitajiet ipprovduti minn bejjiegħ ta' sistema għall-għoti ta' l-informazzjoni dwar skedi ta' trasportaturi bl-ajru, disponibbiltà, tariffi u servizzi relatati u biex isiru riservazzjonijiet u/jew biex jinħarġu biljetti, u għal servizzi relatati oħra;

    (h) "bejjiegħ tas-sistema" tfisser kull entità u l-affiljati tagħha li hi jew huma responsabbli għall-operazzjoni jew tal-kummerċjalità ta' CRS;

    (i) "trasportatur ewlieni" tfisser kull trasportatur bl-ajru li direttament jew indirettament, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, ikollu l-proprjetà jew effettivament jikkontrolla 'l dak li jbigħ is-sistema, kif ukoll kull trasportatur bl-ajru li jkollu l-proprjetà jew effettivament jikkontrollha;

    (j) "kontroll effettiv" tfisser relazzjoni stabbilita permezz ta' drittijiet, kuntratti jew kull mezz ieħor li, jew separatament jew flimkien u wara li jkunu meqjusa l-konsiderazzjonijiet ta' fatt jew tal-liġi involuta, jagħtu l-possibbiltà li direttament jew indirettament jeżerċitaw influwenza deċiżiva fuq impriża, b' mod partikolari permezz tal:

    - jedd li jintużaw l-assi kollha ta' impriża jew partijiet minnhom,

    - jeddijiet jew kuntratti li jagħtu influwenza deċiżiva fuq il-kostituzzjoni, votazzjoni jew deċiżjonijiet tal-korpi ta' impriża jew inkella jagħtu influwenza deċiżiva fuq it-tħaddim ta' l-operat kummerċjali ta' l-impriża;

    (k) "trasportatur parteċipant" tfisser trasportatur bl-ajru li jkollu ftehim ma' bejjiegħ ta' sistema għad-distribuzzjoni ta' prodotti tat-trasport bl-ajru permezz ta' CRS. Sakemm it-trasportatur ewlieni juża l-faċilitajiet tas-CRS tiegħu stess li huma koperti b' dan ir-Regolament, dan għandu jkun meqjus li huwa trasportatur parteċipant;

    (l) "abbonat"

    tfisser persuna jew impriża, minbarra parteċipant li jġorr, li tuża l-faċilitajiet ta' distribuzzjoni għall-prodotti tat-trasport bl-ajru ta' CRS skond kuntratt jew arranġament ieħor permezz ta' bejjiegħ ta' sistema;

    (m) "konsumatur" tfisser kull persuna li tfittex informazzjoni dwar u/jew ikollha l-intenzjoni li tixtri prodott tat-trasport bl-ajru;

    (n) "wirja prinċipali" tfisser il-wirja newtrali komprensiva ta' dettalji dwar servizzi bl-ajru bejn bliet-pari, f' perjodu ta' żmien speċifiku;

    (o) "żmien skadut ta' vjaġġ" tfisser id-differenza fil-ħin bejn it-tluq u l-ħin tal-wasla skedati;

    (p) "titjib tas-servizz" tfisser kull prodott jew servizz offrut minn bejjiegħ ta' sistema għan-nom tiegħu stess lejn abbonati flimkien ma' CRS, minbarra l-faċilitajiet ta' distribuzzjoni.

    L-Artikolu 3

    1. Bejjiegħ ta' sistema għandu jkollu l-kapaċità, f' ismu proprju bħala entità separata mit-trasportatur ewlieni, li jkollu drittijiet u obbligazzjonijiet ta' kull xorta, li jagħmel kuntratti, fost l-oħrajn mat-trasportatur ewlieni, trasportaturi parteċipanti u abbonati, jew biex jikseb atti legali oħra u li jfittex u jiġi mfittex.

    2. Bejjiegħ tas-sistema għandu jippermetti li kull trasportatur bl-ajru ikollu l-opportunità li jipparteċipa, fuq bażi ugwali u mhux diskriminatorja, fil-faċilitajiet ta' distribuzzjoni tiegħu fil-kapaċità disponibbli tas-sistema inkwistjoni u suġġett għal kull limitazzoni teknika barra mill-kontroll tal-bejjiegħ tas-sistema.

    3. (a) Bejjiegħ tas-sistema m' għandux:

    - jagħmel kundizzjonijiet mhux raġonevoli għal kull kuntratt ma' parteċipant li jġorr,

    - jeħtieġ l-aċċettazzjoni ta' kundizzjonijiet supplimentari li, min-natura tagħhom jew skond l-użanza kummerċjali, ma jkollhom l-ebda konnessjoni ma' parteċipazzjoni fis-CRS tiegħu u għandu japplika l-istess kundizzjonijiet għall-istess livell ta' servizz.

    (b) Bejjiegħ tas-sistema m'għandux jagħmilha kundizzjoni ta' parteċipazzjoni fis-CRS tiegħu li parteċipant li jġorr m' għandux fl-istess ħin ikun parteċipant f' sistema oħra.

    (ċ) Parteċipant li jġorr jista' jittermina l-kuntratt tiegħu ma' bejjiegħ tas-sistema meta jagħti avviż li m' għandux għalfejn jeċċedi sitt xhur, li għandu jiskadi mhux qabel it-tmiem ta' l-ewwel sena.

    F' dan il-każ il-bejjiegħ m'għandux ikun intitolat li jirkupra aktar mill-ispejjeż direttament relatati għat-tmiem tal-kuntratt.

    4. Jekk bejjiegħ tas-sistema ikun iddeċieda li jżid xi titjib għall-faċilitajiet ta' distribuzzjoni pprovduti jew l-apparat użat fl-għoti tal-faċilitajiet, dan għandu jipprovdi informazzjoni dwar u joffri dan it-titjib lit-trasportaturi parteċipanti, inklużi t-trasportaturi ewlenin, b' linji taż-żmien ugwali u bl-istess pattijiet u kundizzjonijiet, suġġetti għal kull limitazzjoni teknika barra mill-kontroll tal-bejjiegħ tas-sistema, u b' tali mod li ma jkun hemm l-ebda differenza fil-leadtime għall-implimentazzjoni tat-titjib ġdid bejn trasportaturi parteċipanti ewlenin."

    2. L-Artikolu segwenti huwa miżjud:

    "L-Artikolu 3a

    1. (a) It-trasportatur ewlieni m' għandux jiddiskrimina kontra CRS kompetitur billi jirrifjuta li jipprovdi lejn dan ta' l-aħħar, fuq talba u bl-istess prontezza, bl-istess informazzjoni dwar skedi, tariffi u disponibbiltà dwar is-servizzi bl-ajru tiegħu stess bħal dak li dan jipprovdi lill-CRS tiegħu jew li jiddistribwixxi il-prodotti ta' trasport bl-ajru tiegħu permezz ta' CRS ieħor, jew billi jirrifjuta li jaċċetta jew jikkonferma bl-istess prontezza riservazzjonijiet magħmula minn CRS kompetitur għal xi wieħed mill-prodotti tat-trasport bl-ajru tiegħu li jkun distribwit permezz tas-CRS tiegħu. It-trasportatur ewlieni għandu jkun obbligat li jaċċetta u li jikkonferma biss dawk ir-riservazzjonijiet li jkunu konformi mat-tariffi u mal-kundizzjonijiet tiegħu.

    (b) It-trasportatur ewlieni m' għandux ikun obbligat li jaċċetta xi spejjeż f' dan ir-rigward minbarra għal riproduzzjoni ta' l-informazzjoni li għandha tingħata u biex jaċċetta r-riservazzjonijiet.

    (ċ) It-trasportatur ewlieni għandu jkun intitolat li jagħmel kontrolli biex jassigura li l-Artikolu 5(1) ikun irrispettat mis-CRS kompetitur.

    2. L-obbligazzjoni magħmula permezz ta' dan l-Artikolu ma tapplikax favur CRS kompetitur meta, skond il-proċeduri ta' l-Artikolu 6(5) jew l-Artikolu 7(3) jew (4), ikun ġie deċiż li s-CRS tkun fi ksur ta' l-Artikolu 4a jew li bejjiegħ tas-sistema ma jistax jagħti garanziji biżżejjed li jkun hemm osservanza ta' l-obbligazzjonijiet skond l-Artikolu 6 dwar aċċess mhux awtorizzat tat-trasportatur ewlieni għall-informazzjoni."

    3. L-Artikolu 4 hu mibdul b' dan li ġej:

    "L-Artikolu 4

    1. Trasportaturi parteċipanti u dawk l-oħrajn li jipprovdu prodotti ta' trasport bl-ajru għandhom jassiguraw li d-data li jiddeċiedu li jissottomettu lil CRS tkun korretta, mhux li tħawwad, trasparenti u mhux inqas komprensiva milli għal CRS oħra. Id-data għandha, fost l-oħrajn, tippermetti lil bejjiegħ tas-sistema li jilħaq il-ħtiġiet tal-kriterji ta' prijoritajiet kif stabbiliti fl-Anness.

    Data mogħtija permezz ta' intermedjarji m' għandhiex tiġi mmanipulata minnhom b' manjiera li twassal għal informazzjoni skorretta, li tħawwad jew diskriminatorja.

    2. Bejjiegħ tas-sistema m' għandux jimmanipula l-materjal imsemmi fil-paragrafu 1 b' tali mod li jwassal għall-għoti ta' informazzjoni skorretta, qarrieqa jew diskriminatorja.

    3. Bejjiegħ tas-sistema għandu jdaħħal u jipproċessa data mogħtija minn trasportaturi parteċipanti bl-istess attenzjoni u prontezza, suġġett biss għal-limitazzjonijiet tal-metodu ta' loading magħżul minn trasportaturi parteċipanti individwali u għall-istandard formats użati mill-imsemmi bejjiegħ."

    4. Għandu jiżdied l-Artikolu li ġej:

    "L-Artikolu 4a

    1. Faċilitajiet ta' tagħbija u/jew ipproċessar mogħtija minn bejjiegħ tas-sistema għandhom jiġu offruti lit-trasportaturi ewlenin u trasportaturi parteċipanti kollha mingħajr diskriminazzjoni. Meta jkun relevanti u standards ta' industrija ta' trasport aċċettabbli b' mod ġenerali jkunu disponibbli, bejjiegħ tas-sistema għandu joffri faċilitajiet kompatibbli magħhom.

    2. Bejjiegħ tas-sistema m' għandux jirriserva xi proċedura ta' loading jew ipproċessar jew xi faċilita ta' distribuzzjoni oħra għal trasportatur ewlieni wieħed jew aktar tiegħu.

    3. Bejjiegħ tas-sistema għandu jassigura li l-faċilitajiet ta' distribuzzjoni tiegħu ikunu separati, b' mod ċar u verifikabbli, minn inventarju privat u mmaniġġjar u faċilitajiet ta' kummerċ ta' xi trasportatur. Separazzjoni tista tiġi stabbilita jew b' mod loġiku permezz ta' software jew fiżikament b' tali mod li kull konnessjoni bejn il-faċilitajiet ta' distribuzzjoni u l-faċilitajiet privati jistgħu jintlaħqu permezz ta' application-to-application interface biss. Irrispettivament mill-metodu ta' separazzjoni użat, dak l-interface għandu jkun magħmul disponibbli lejn kull trasportatur ewlieni u trasportaturi parteċipanti u fuq bażi mhux diskriminatorja u għandu jipprovdi ugwaljanza ta' trattament fir-rigward ta' proċeduri, protokolli, inputs u outputs. Meta standards ta' industrija tat-trasport bl-ajru relevanti u aċċettabbli b' mod ġenerali jkunu disponibbli, bejjiegħ tas-sistema għandu joffru interfaces kompatibbli magħhom."

    5. L-Artikoli 5 u 6 huma sostitwiti bis-segwenti:

    "L-Artikolu 5

    1. (a) Wirjiet ġenerati permezz ta' CRS għandhom ikunu ċari u mhux diskriminatorji.

    (b) Bejjiegħ tas-sistema m' għandux intenzjonalment jew b' mod negliġenti juri informazzjoni żbaljata jew li tfixkel fis-CRS tiegħu.

    2. (a) Bejjiegħ tas-sistema għandu jipprovdi wirja jew wirjiet prinċipali għal kull transazzjoni individwali permezz tas-CRS tiegħu u għandu jinkludi fiha d-data mogħtija minn trasportaturi parteċipanti dwar skedi ta' titjiriet, tipi ta' tariffi u disponibbiltà ta' postijiet b' mod ċar u komprensiv u mingħajr diskriminazzjoni jew xaqlib, b' mod partikolari dwar l-ordni li fiha tiġi ppreżentata informazzjoni.

    (b) Konsumatur għandu jkun intitolat li jkollu, fuq talba, l-wirja prinċipali limitata biss għal servizzi skedati jew mhux skedati.

    (ċ) M' għandha ssir l-ebda diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' ajruporti li jservu l-istess belt meta jiġu stabbiliti u magħżula titjiriet għal pari ta' bliet partikolari biex tidħol f' wirja prinċipali.

    (d) Prijoratizzazzjoni ta' għażliet ta' titjira f' wirja prinċipali għandha tkun kif stabbilit fl-Anness.

    (e) Il-kriterji li għandhom jintużaw fil-prijoritizzazzjoni m' għandhomx ikunu bbażati fuq xi fattur direttament jew indirettament relatat ma' l-identità ta' trasportatur u għandhom jiġu applikati fuq bażi mhux diskriminatorja lit-trasportaturi parteċipanti kollha.

    3. Meta bejjiegħ tas-sistema jipprovdi informazzjoni dwar tariffi, il-wirja għandha tkun newtrali u mhux diskriminatorja u għandu jkollha mill-inqas it-tariffi pprovduti għat-titjiriet kollha ta' trasportaturi parteċipanti murija fil-wirja prinċipali. Is-sorsi ta' dik l-informazzjoni għandha tkun aċċettabbli għall-parteċipanti li jġorru u l-bejjiegħ tas-sistema kkonċernat.

    4. Informazzjoni dwar prodotti miġbura flimkien għar-rigward, fost l-oħrajn, min qed jorganizza l-mawra, d-disponibbiltà u l-prezzijiet, m' għandhomx jidhru fil-wirja prinċipali.

    5. CRS m' għandhiex tkun ikkunsidrata bi ksur ta' dan ir-Regolament sakemm din tbiddel wirja sabiex tilħaq it-talba(talbiet) speċifika(speċifiċi) tal-konsumatur.

    L-Artikolu 6

    1. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom jirregolaw id-disponibbiltà ta' l-informazzjoni, kemm dik dwar statistika jew mod ieħor, minn bejjiegħ tas-sistema permezz ta' CRS:

    (a) informazzjoni dwar riservazzjonijiet individwali għandha tingħata fuq bażi ugwali u biss lil trasportatur bl-ajru li jipparteċipa fis-servizz kopert minn u lill-abbonat(i) involuti fir-riservazzjoni;

    (b) kull data dwar kummerċ, riservazzjoni u bejgħ li tkun disponibbli għandha tkun fuq il-bażi li :

    (i) din id-data tkun offruta bl-istess prontezza u fuq bażi mhux diskriminatorja lit-trasportaturi parteċipanti kollha, inkluż it-trasportatur ewlieni;

    (ii) dik id-data tista' u, fuq talba, għandha tkopri lit-trasportaturi parteċipanti jew abbonati kollha, iżda m' għandhiex tinkludi identifikazzjoni dwar informazzjoni personali dwar il-passiġġier jew utent inkorporat;

    (iii) it-talbiet kollha għal dik id-data huma ttrattati bl-istess attenzjoni u prontezza, suġġetti għall-metodu ta' trasmissjoni magħżul minn trasportatur individwali.

    2. Bejjiegħ tas-sistema m' għandux jagħmel disponibbli informazzjoni personali dwar passiġġier lill-oħrajn mhux involuti fit-transazzjoni mingħajr il-kunsens tal-passiġġier.

    3. Bejjiegħ tas-sistema għandu jassigura li d-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 t' hawn fuq ikunu osservati, b' mezzi tekniċi u/jew salvagwardi xierqa dwar mill-inqas is-software, b' tali mod li l-informazzjoni mogħtija minn jew maħluqa għal trasportaturi bl-ajru ma tista' bl-ebda mod tkun aċċessata minn trasportatur ewleni wieħed jew aktar minbarra kif permissibbli b' dan l-Artikolu.

    4. Bejjiegħ tas-sistema għandu, fi żmien tiet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jagħmel disponibbli fuq talba lejn it-trasportaturi parteċipanti kollha deskrizzjoni ddettaljata dwar il-miżuri tekniċi u amministrattivi li jkun adotta sabiex ikun konformi ma' dan l-Artikolu.

    5. Fuq riċevuta ta' deskrizzjoni ddettaljata dwar il-miżuri tekniċi u amministrattivi li jkunu ġew adottati jew immodifikati minn bejjiegħ tas-sistema, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien tliet xhur jekk il-miżuri jkunux biżżejjed biex jipprovdu s-salvagwardi meħtieġa taħt dan l-Artikolu. Jekk le, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tista' tinvoka l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 3a(2). Il-Kummissjoni għandha minnufih tinforma lill-Istati Membri b' dik id-deċiżjoni. Sakemm il-Kunsill, fuq talba ta' Stat Membru, ma jieħux deċiżjoni differenti fi żmien xahrejn mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ."

    6. Fl-Artikolu 7, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b' dawn li ġejjin:

    "1. L-obbligazzjonijiet ta' bejjiegħ tas-sistema taħt l-Artikoli 3 u 4 sa 6 ma japplikawx fir-rigward tat-trasportatur ewlieni ta' pajjiż mhux membru sakem is-CRS tiegħu barra mit-territorju tal-Komunità ma toffrix lil trasportaturi bl-ajru tal-Komunità trattament ugwali bħal dak mogħti taħt dan ir-Regolament u taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 83/91 [6].

    2. L-obbligazzjonijiet ta' trasportatur ewlieni jew tat-trasportaturi parteċipanti taħt l-Artikoli 3a, 4 u 8 ma japplikawx fir-rigward ta' CRS ikkontrollata minn trasportatur bl-ajru ta' pajjiż terz wieħed jew aktar sal-limitu 'l barra mit-territorju tal-Komunità l-ewlieni jew trasportaturi parteċipanti jingħata(w) trattament ugwali bħal dak mogħti taħt dan ir-Regolament u taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 83/91."

    7. Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej fl-Artikolu 7:

    "5. (a) F' każijiet fejn diskriminazzjoni serja skond it-tifsira fil-paragrafu 1 jew 2 tinstab li tkun teżisti, il-Kummissjoni tista' permezz ta' deċiżjoni tordna lis-CRSijiet biex timmodifika l-operazzjonijiet tagħha b' mod xieraq sabiex twaqqaf dik id-diskriminazzjoni. Il-Kummissjoni għandha minnufih tinforma lill-Istati Membri b' dik id-deċiżjoni.

    (b) Sakemm il-Kunsill, fuq talba ta' Stat Membru, ma jieħux deċiżjoni oħra fi żmien xahrejn mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ."

    8. L-Artikolu 8 hu mibdul b' dan li ġej:

    "L-Artikolu 8

    1. It-trasportatur ewlieni m' għandux ,kemm direttament jew indirettament jorbot l-użu ta' xi CRS speċifika permezz ta' abbonat ma' l-akwist ta' xi senserija jew inċentiv jew disinċentiv ieħor għall-bejgħ ta' prodotti ta' trasport bl-ajru disponibbli fuq it-titjiriet tiegħu.

    2. It-trasportatur ewlieni m' għandux la direttament l-anqas indirettament jeħtieġ l-użu ta' xi CRS speċifika minn abbonat għal bejgħ jew ħruġ ta' biljetti għal xi prodotti tat-trasport bl-ajru mogħtija kemm direttament jew indirettament minnu.

    3. Kull kundizzjoni li trasportatur bl-ajru jista' jeħtieġ mingħand aġent ta' l-ivjaġġar meta jawtorizzah li jbigħ u li joħroġ biljetti għall-prodotti tiegħu tat-trasport bl-ajru għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2."

    9. L-Artikolu 9(4), (5) u (6) hu mibdul b' dan li ġej:

    "4. (a) Bejjiegħ tas-sistema m' għandux iżid xi kundizzjonijiet mhux raġonevoli ma' xi kuntratt ta' abbonament li jippermetti l-użu tas-CRS tiegħu u, b' mod partikolari, abbonat jista' jittermina l-kuntratt tiegħu ma' bejjiegħ tas-sistema billi jagħti avviż li ma jkunx meħtieġ li jeċċedi t-tliet xhur, li ma jiskadix qabel it-tmiem ta' l-ewwel sena.

    F' dan il-każ, bejjiegħ tas-sistema m' għandux ikun intitolat li jieħu lura aktar milli l-ispejjeż direttament relatati mat-terminazzjoni tal-kuntratt.

    (b) Suġġett għall-paragrafu 2, il-forniment ta' apparat tekniku mhux suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f' (a).

    5. Bejjiegħ tas-sistema għandu jipprovdi f' kull kuntratt ta' abbonament:

    (a) għall-wirja prinċipali, li tkun konformi ma' l-Artikolu 5, li jkun aċċessat f' kull transazzjoni individwali, minbarra meta l-konsumatur jitlob informazzjoni għal trasportatur bl-ajru wieħed biss jew meta l-konsumatur jitlob informazzjoni għal prodotti biss tat-trasport bl-ajru miġbura flimkien;

    (b) għall-abbonat biex ma jimmanipolax il-materjal mogħti mis-CRSijiet b' tali mod li twassal għal preżentazzjoni ta' l-informazzjoni skorretta, li tfixkel jew diskriminatorja lejn il-konsumaturi.

    6. Bejjiegħ tas-sistema ma jistax jimponi obbligazzjoni fuq abbonat biex jaċċetta offerta ta' apparat tekniku jew software, iżda jista' jeħtieġ li apparat u software użat ikunu kompatibbli mas-sistema tiegħu."

    10. Fl-Artikolu 10 il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b' dawn li ġejjin:

    "1. Kull dritt mitlub minn bejjiegħ tas-sistema m' għandux ikun diskriminatorju, strutturat b' mod raġonevoli u relatat b' mod raġonevoli ma' l-ispiża tas-servizz ipprovdut u użat u għandu, b' mod partikolari, jkun l-istess għal-istess livell ta' servizz.

    Il-kont għas-servizzi ta' CRS għandu jkun iddettaljat biżżejjed biex jippermetti lit-trasportaturi parteċipanti u abbonati li jaraw eżattament liema servizzi jkunu ġew użati u d-drittijiet għalihom; bħala minimu, kontijiet ta' drittijiet ta' riservazzjoni għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja għal kull segment:

    - it-tip ta' riservazzjoni bis-CRS,

    - l-isem tal-passiġġier,

    - il-pajjiż,

    - il-kodiċi ta' l-identifikazzjoni ta' l-aġenzija IATA/ARC,

    - il-kodiċi tal-belt,

    - il-bliet-pari jew is-segment,

    - id-data tar-riservazzjoni (data tat-transazzjoni),

    - id-data tat-titjira,

    - in-numru tat-titjira,

    - l-status code (status tar-riservazzjoni),

    - it-tip ta' servizz (klassi ta' servizz),

    - PNR record locator,

    - l-indikatur tar-riservazzjoni/tal-kanċellament.

    L-informazzjoni dwar il-kont għandha tingħata fuq media manjetika.

    Trasportatur bl-ajru parteċipanti għandu jingħata l-faċilità li jkun infurmat fil-ħin meta ssir kull riservazzjoni/transazzjoni li għalih jintalab ħlas tar-riservazzjoni. Meta trasportatur jagħżel li jkun hekk infurmat, dan għandu jkun offrut l-għażla li ma jħallix dik ir-riservazzjoni/transazzjoni, sakemm dan ta' l-aħħar ikun diġà ġie aċċettat.

    2. Bejjiegħ tas-sistema għandu, fuq talba, jipprovdi lejn il-partijiet interessati b' dettalji ta' proċeduri preżenti, drittijiet u faċilitajiet ta' sistemi, inklużi interfaces, editing u kriterji użati għal-wirja. B' dana kollu, din id-dispożizzjoni ma tobbligax bejjiegħ tas-sistema li jiżvela proprietary information bħalma huma programmi ta' software."

    11. L-Artikolu 21 hu mibdul b' dan li ġej:

    "L-Artikolu 21

    Id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 5, l-Artikolu 9(5) u l-Anness ta' dan ir-Regolament ma japplikawx għal CRS użata minn trasportatur bl-ajru jew grupp ta' trasportaturi bl-ajru fl-uffiċċju tiegħu(tagħhom) u bejgħ dirett li jkunu identifikati biċ-ċar bħala tali."

    12. Għandu jiżdied l-Artikolu li ġej:

    "L-Artikolu 21a

    1. Il-bejjiegħ tas-sistema għandu jassigura li l-konformità teknika tas-CRS tiegħu ma' l-Artikoli 4a u 6 tkun issorveljata minn awditur indipendenti. Għal dan il-għan, l-awditur għandu jingħata aċċess f' kull ħin għal xi programmi, proċeduri, operazzjonijiet u salvagwardi użati fuq kompjuters jew sistemi ta' kompjuter li permezz tagħhom il-bejjiegħ tas-sistema jkun qiegħed jipprovdi l-faċilitajiet tad-distribuzzjoni tiegħu. Kull bejjiegħ tas-sistema għandu jissottometti r-rapport ta' l-awditur tiegħu dwar l-ispezzjoni u r-riżultati lejn il-Kummissjoni għall-inqas darba fis-sena. Ir-rapport għandu jkun eżaminat mill-Kummissjoni bil-għan li ssir kull azzjoni meħtieġa bi qbil ma' l-Artikolu 11(1).

    2. Il-bejjiegħ tas-sistema għandu jinforma trasportaturi parteċipanti u lill-Kummissjoni bl-identità tal-awditur mill-inqas tliet xhur qabel il-konferma ta' l-appuntament u għall-anqas tliet xhur qabel kull appuntament annwali mġedded. Jekk, fi żmien xahar min-notifika, xi wieħed mit-trasportaturi parteċipanti joġġezzjona għall-kapaċità ta' l-awditur li jagħmel id-dmirijiet tiegħu kif meħtieġ taħt dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, fi żmien xahrejn oħra u wara konsultazzjoni ma' l-awditur, mal-bejjiegħ tas-sistema u ma' kull parti oħra li tgħid li jkollha interess leġittimu, tiddeċiedi jekk l-awditur għandux ikun mibdul jew le."

    13. L-Artikolu 22 hu mibdul b' dan li ġej:

    "L-Artikolu 22

    1. Dan ir-Regolamnet għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni nazzjonali dwar is-sigurtà, l-ordni pubblika u l-protezzjoni ta' data.

    2. Il-benefiċjarji ta' jeddijiet li jinsabu fl-Artikolu 3(4), l-Artikoli 4a, 6 u 21a ma jistgħux jirrinunzjaw dawn il-jeddijiet b' mezzi kuntrattwali jew mezzi oħra."

    14. L-Artikolu 23 hu mibdul b' dan li ġej:

    "L-Artikolu 23

    1. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar ir-reviżjoni ta' dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 1997, fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni li għandha tingħata sal-31 ta' Marzu 1997, akkumpanjata b' rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

    2. Il-Kunsill għandu jirrevedi l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 4a u 6 (3), li tkun ibbażata fuq rapport li għandu jingħata, għall-anqas sa' l-aħħar tal-1994, mill-Kummissjoni."

    15. L-Anness hu sostitwit permezz ta' l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    L-Artikolu 2

    1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tletin jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    2. L-Artikoli ġodda 3(1) u 5(2)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2299/89 ma japplikawx sa sitt xhur wara d-data msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni tista' tagħti deroga ta' 12-il xahar oħra lejn CRSijiet li, għal raġunijiet oġġettivi, ma jkunux kapaċi li jkunu konformi mal-Artikolu 3 (1) u l-Artikolu 5 (2) (b).

    3. L-obbligazzjoni fil-punt 9(ċ) ta' l-Anness li jiġu murija titjiriet ta' konnessjoni ma' linja għal kull segment ta' l-ajruplan għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 1995.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Ottubru 1993.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    R. Urbain

    [1] ĠU C 56, tas-26.2.1993, p. 28.

    [2] ĠU C 176, tat-28.6.1993, p. 65.

    [3] ĠU C 108, tad-19.4.1993, p. 16.

    [4] ĠU L 220, tad-29.7.1989, p. 1.

    [5] ĠU L 10, tal-15.1.1991, p. 9. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1618/93 (ĠU L 155, tas-26.6.1993, p. 23).

    [6] ĠU L 10, tal-15.1.1991, p. 9.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Kriterji ewlenin għal prijoritajiet tal-wirja għal titjiriet li joffru prodotti ta' l-ajru mhux miġbura

    1. Il-prijoritajiet ta' għażliet ta' titjiriet f' wirja prinċipali, għall-jum jew jiem mitluba, għandhom ikunu fl-ordni li ġej sakemm ma jkunx mitlub b' mod differenti minn konsumatur għal transazzjoni individwali:

    (i) tijiriet mingħajr waqfien diretti kollha bejn il-bliet-pari kkonċernati,

    (ii) titjiriet diretti oħra, li ma jinkludux bdil ta' ajruplan, bejn il-bliet-pari kkonċernati,

    (iii) titjiriet b' konnessjoni.

    2. Konsumatur għandu jiġi mogħti għall-anqas il-possibbiltà li jkollu, fuq talba, l-wirja prinċipali bil-prijorità skond il-ħin tat-tluq jew tal-wasla u/jew il-ħin tal-vjaġġ li jkun għadda. Sakemm mhux mitlub mod ieħor minn konsumatur, il-wirja prinċipali għandha jkollha l-prijorità skond il-ħin tat-tluq għal grupp (i) u ħin tal-vjaġġ li jkun għadda għal gruppi (ii) u (iii).

    3. Meta bejjiegħ tas-sistema jagħżel li juri l-informazzjoni għal xi bliet-pari fir-rigward ta' l-iskedi jew tariffi ta' trasportaturi li m'humiex parteċipanti, iżda mhux neċessarjament dawk it-trasportaturi kollha, dik l-informazzjoni għandha tiġi murija b' mod preċiż, li ma jħawwadx u mhux diskriminatorju bejn trasportaturi murija.

    4. Jekk, safejn ikun jaf il-bejjiegħ tas-sistema, l-informazzjoni dwar in-numru ta' servizzi bl-ajru diretti skedati u l-identità tal-trasportaturi bl-ajru kkonċernati ma tkunx komprensiva, dan għandu jkun iddikjarat kjarament fil-wirja relevanti.

    5. Titjiriet minbarra servizzi bl-ajru skedati għandhom ikunu identifikati kjarament.

    6. Titjiriet li jinkludu waqfien matul ir-rotta għandhom ikunu identifikati kjarament.

    7. Meta titjiriet ikunu operati minn trasportatur bl-ajru li ma jkunx trasportatur bl-ajru identifikat mill-carrier designator code, l-operatur attwali tat-titjira għandu jkun identifikat b' mod ċar. Din il-ħtieġa għandha tapplika fil-każijiet kollha, minbarra għal arranġamenti short-term ad hoc.

    8. Bejjiegħ tas-sistema m' għandux juża l-istess screen space f' display prinċipali b' manjiera li tagħti exposure eċċessiv lill-għażla ta' vjaġġ wieħed partikolari jew li turi għażliet ta' vjaġġi mhux realistiċi.

    9. Minbarra kif ipprovdut fil-paragrafu 10, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

    (a) għal servizzi diretti, l-ebda titjira m' għandha tidher aktar minn darba f' wirja prinċipali;

    (b) għal servizzi multi-sector li jinkludu bdil ta' l-ajruplan, l-ebda kombinazzjoni ta' titjiriet m' għandha tidher aktar minn darba f' wirja prinċipali;

    (ċ) titjiriet li jkollhom bdil fl-ajruplan għandhom ikunu ttrattati u murija bħala titjiriet li jagħmlu konnessjoni, b' linja waħda għal kull segment ta' l-ajruplan.

    Minkejja dan, riservazzjoni waħda biss għandha tkun meħtieġa meta t-titjiriet ikunu operati mill-istess trasportatur bl-ajru, bl-istess numru tat-titjira, u meta trasportatur bl-ajru jkun jenħtieġ kupun tat-titjira wieħed biss.

    10. 1. Meta trasportaturi parteċipanti jkollhom joint venture jew arranġamenti oħra kuntrattwali li jeħtieġu li tnejn jew aktar minnhom jassumu responsabbiltà separata għall-offerta u bejgħ ta' prodotti ta' trasport bl-ajru fuq titjira jew ġemgħa ta' titjiriet, il-kelma ”titjira” (għal servizzi diretti) u ”ġemgha ta' titjiriet” (għal servizzi multi-sector) fil-paragrafu 9 għandha tfisser li tippermetti kull wieħed mit-trasportaturi f' dak il-każ - sa massimu ta' tnejn - li jkollhom wirja separata bl-użu tal-carrier designator code individwali.

    2. Meta aktar minn żewġ trasportaturi jkunu involuti, id-desinjazzjoni ta' żewġ trasportaturi intitolati li jagħmlu użu mill-eċċezzjoni mogħtija fis-subparagrafu 1 għandha tkun materja għal trasportatur li jkun qiegħed attwalment jopera t-titjira.

    11. Wirja prinċipali għandha, kull meta jkun prattikabbli, tinkludi titjiriet konnesi f' servizzi skedati li jkunu operati minn trasportaturi parteċipanti u huma kostruwiti bl-użu ta' numru minimu ta' disa' punti ta' konnessjoni. Bejjiegħ tas-sistema għandu jaċċetta talba minn trasportatur parteċipant, li tinkludi servizz indirett, sakemm ir-rotta tkun teċċedi l-130 % tal-great circle distance bejn iż-żewġ ajruporti jew minbarra fejn dan iwassal għal-esklużjoni ta' servizzi permezz ta' żmien anqas skadut tat-titjira. Connecting points b' rotot li jeċċedu l-130 % jistgħu ma jintużawx.

    --------------------------------------------------

    Top