Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R1938

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1938/93 tad-19 ta' Lulju 1993 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3002/92 b'mod partikolari fir-rigward ir-rilaxx tal-garanzija depożitata bl-iskop ta' l-esportazzjoni ta' prodotti ta' intervent

ĠU L 176, 20.7.1993, p. 12–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/12/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/1938/oj

31993R1938



Official Journal L 176 , 20/07/1993 P. 0012 - 0013
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 51 P. 0015
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 51 P. 0015


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1938/93

tad-19 ta' Lulju 1993

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3002/92 b'mod partikolari fir-rigward ir-rilaxx tal-garanzija depożitata bl-iskop ta' l-esportazzjoni ta' prodotti ta' intervent

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta' Settembru 1966 dwar it-twaqqif ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2046/92 [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 12(4) u 26 (3) tiegħu, u għad-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fir-Regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli,

Billi l-Istati Membri għandhom jingħataw aktar żmien biex iwettqu kull organizzazzjoni mill-ġdid fl-aġenziji tal-kontroll tagħhom, li huma meħtieġa biex jikkonformaw mal-ħtieġa li jkun hemm korp wieħed tal-kontroll li jkun responsabbli għall-verifika ta' l-użu u/jew id-destinazzjoni tal-prodotti kollha, tkun minn fejn tkun l-oriġini tagħhom, u li jkunu koperti b'xi miżura speċifika jew parti minnha;

Billi f'ċerti każijiet il-prodotti mill-interventi jinbiegħu bi prezz li jiġi kalkulat billi jitqies l-ammont tar-rimborż applikabbli għall-pajjiżi terzi jew għall-pajjiż terz partikolari; billi, għalhekk il-jedd għar-rimborż ta' l-esportazzjonui jiġi mnaqqqas mill-prezz tal-bejgħ;

Billi, biex jiġi żgurat li l-operazzjoni titlesta kif suppost għandha tiġi depożitata garanzija; billi l-ammont ta' din il-garanzija jiġi kkalkulat billi jitqiesu d-diversi aspetti ta' l-operazzjoni li tkun, b'mod partikolari r-riskju li jkun hemm żvijar fil-kummerċ u l-konformità sħiħa mal-wegħdi li jkunu ingħataw mill-operaturi;

Billi, fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba, huwa meħtieġ li jiġu kkunsidrati mill-ġdid il-konsegwenzi tat-tqegħid ta' prodotti mill-intervent fis-swieq tal-pajjiżi terzi minbarra dawk li jkunu maħsuba fiż-żmien ta' l-esportazzjoni;

Billi, biex isir dan, ir-regoli li jiggwidaw ir-rilaxx tal-garanziji li jkunu ġew depożitati fid-destinazzjonijiet ġeografiċi li jkunu attwalment intlaħqu għandhom jiġu adattati, filwaqt li tiġi assigurata l-effettività tal-miżuri adottati għall-bejgħ tal-prodotti mill-interventi; billi, filwaqt li titqies id-diversità tas-sitwazzjonijiet, jidher li jkun possibli li jsir provvediment, f'livell orizzontali, biss għar-regoli dwar ir-rilaxx tal-garanzija li jkunu limitati għall-aspett tar-rimborżi ta' l-esportazzjoni;

Billi, għalhekk, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru [3] għandu jiġi emendat [4];

Billi l-miżuri preskritti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni in kwistjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 3002/92 qed jiġi emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2 (1), it-tielet subparagrafu, il-kliem "sitt xhur" għandhom jiġu sostitwita bil-kliem "10 xhur";

2. L-Artikolu 11(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Il-ħtiġiet stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1 għandhom jikkostitwixxu l-ħtiġiet primarji fis-sens ta' l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 15 (2) ta' dan ir-Regolament";

3. L-Artikolu 15 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"L-Artikolu 15

1. Ir-rilaxx tal-garanzija għandu jsir bil-kondizzjoni li tinġieb il-prova msemmija fl-Artikolu 4, u

- fejn il-prodotti jkunu sa jiġu importati minn pajjiż terz speċifiku, jew

- fejn, f'każi fejn il-prodotti jkunu ser jiġu esportati mill-Komunità, ikunu jeżistu dubji serji dwar id-destinazzjoni vera,

sabiex tinġieb il-prova kif speċifikat fl-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87.

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu jitolbu prova addizzjonali sodisfaċenti li l-prodotti jkunu verament tqiegħdu fis-suq tal-pajjiż terz li jkun qed jimporta.

Fejn ikun hemm dubji serji dwar id-destinazzjoni vera tal-prodotti, il-Kummissjoni tista' titlob li l-Istati Membri japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu.

2. Fejn il-prodott ikun sa jiġi importat f'pajjiż terz speċifiku u fejn l-ammont tar-rimborż ikun ġie mnaqqas mill-prezz tal-bejgħ u l-prova relevanti imsemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx inġabet:

(a) parti mill-garanzja għandha tiġi rilaxxata malli tiġi ppreżentata l-prova li l-prodott ikun ħalla t-territorju doganali tal-Komunità; l-ammont rilaxxat għandu jkun ugwali għall-anqas rimborż determinat skond l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87 li jkun applikabbli fil-jum li fih id-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni tkun ġiet aċċettata;

(b) b'żieda ma' l-ammont imsemmi taħt (a), dik il-parti tal-garanzija li tkun tikkorrispondi mad-differenza bejn ir-rimborż l-aktar baxx imsemmi aktar il fuq u l-ammont tar-rimborż applikabbli fil-jum li fih id-dikjrazzjoni ta' l-esportazzjoni lill-pajjiż terz tkun ġiet aċċettata, sakemm dan l-ammont ma jaqbiżx l-ammont tar-rimborż applikabbli għad-destinazzjoni obbligatorja, din għandha tiġi rilaxxata fejn

- l-esportazzjoni lejn il-pajjiż terz imsemmi hawn fuq ma tkunx setgħet issir minħabba każ ta' forza maġġuri u

- il-prova ta' l-importazzjoni fil-pajjiż tad-destinazzjoni l-ieħor tkun tressqet konformi mal-paragrafu 1."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Il-punt 1 ta' l-Artikolu 1 għandu jgħodd mill-1 ta' Lulju 1993.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Lulju 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66.

[2] ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 1.

[3] ĠU L 301, tas-17.10.1992, p. 17.

[4] ĠU L 124, ta’ l-20.5.1993, p. 25.

--------------------------------------------------

Top